Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245210

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 editorjal Ħsibijiet qabel Sajf differenti I x-xemx issa bdiet tiżreġ aktar u ddum aktar. Is-sħana bdiet tiżdied u fl-arja beda jinxtamm l-istaġun sabiħ tas-sajf - li jġib miegħu baħar, xemx, xalar, festi, nar fl-ajru, BBQs u xi safra ximkien għal kwiet. Is-Sajf tal-2020 se jkun xi it jew wisq differenti - mingħajr festi, probabilment bi it jew xejn safar, probabilment inqas flus fil-but għal eluf ħaddiema u negozjanti żgħar u b'attenzjoni partikolari għall- iddistanzjar soċjali. Iżda jista' jkun Sajf illi fih nitgħallmu napprezzaw ħafna aktar dak ta' madwarna. L-ewwel u qabel kollox - il-baħar, waħda mill-isbaħ riżorsi li għandna f 'dan il-pajjiż. Kemm huwa importanti li nżommuh nadif u li kulħadd - inkluż ċerti multi miljunarji li jaħsbu li kullimkien tagħhom għax għandhom ħafna flus - jimu li dan huwa riżorsa li minnu jgawdi kulħadd. Għalhekk mhux biss li nżommuh nadif imma wkoll li naraw illi s-sajd ikun sostenibbli, li nippermettu lill-ħajja tiorixxi fil-baħar u nagħtu sehemna biex inħarsu dak li huwa protett. Mingħajr il-baħar - nadif, ħaj u sabiħ, Malta ma tkun xejn. Nitgħallmu ukoll mill-importanza tal- arja. Għamilna u għadna qed nagħmlu kjass sħiħ fuq il-coronavirus u dan huwa ġustifikat fid-dawl ta' telf ta' ħajja. Imma allura m'għandniex ukoll inkunu inkwetati u nqajmu kjass dwar il-kwalità tal-arja li nieħdu ġo fina kull sekonda u li kkawżat tant imwiet b'kanċer madwar id-dinja u anke hawn Malta? Wara dan in-nifs li qed tieħu d-dinja bl-emissjonijiet mistennijin jaqgħu b'rekord fi snin sħaħ, forsi wasal iż-żmien li bis-serjeta nikkunsidraw l-alternattivi, bis-serjetà nikkunsidraw inqas użu ta' karozzi, uwils aktar nodfa u aktar siġar madwar il-pajjiż kollu. Jekk jgħodd għal Malta - wieħed mill-iżgħar pajjiżi fid-dinja - aħseb u ara kemm tgħodd għal pajjiżi kbar u popolati, bħall-Indja fejn f 'ċerti bliet bħal Delhi l-arja tant hija mmniġġsa u tqila li lanqas viżibilità ma hemm. Nitgħallmu kemm hija sabiħa - meta f 'postha - id-dixxiplina. Mhux li nkunu pajjiż kollox bl-eżatt jew qisna poplu nordiku - mhijiex f 'demmna. Imma dixxiplina f 'waqtha b'rispett lejn ħaddieħor hija sabiħa. Xi kultant għad hawn wisq diżrispett lejn ħaddieħor u wiċċ tost f 'dan il-pajjiż. Il-ħmieġ li għadek tara fit-toroq jew fejn ikun sar xi -picinic/BBQ, il-boroż taż-żibel maħruġin fi ġranet ħżiena jew xi vandaliżmu - dan kollu jixhed nuqqas taż dixiplina. Din il-pandemija wrietna li bid- dixxiplina niksbu r-riżultati. Żgur li eluf ma ħassewx in-nuqqas tat- traffiku fit-toroq tagħna. Forsi wasal issa ż-żmien li bis-serjetà ninvestu f 'sistema aktar effiċjenti ta' trasport - kemm fuq l-art, u anke taħt u anke fuq il-baħar? Ma jistax ikun nibqgħu noħolmu - hemm bżonn nibdew, preferibblment billi nkomplu ntejbu s-sistema ta' trasport pubbliku u ninvestu bis-serjetà f 'trasport fuq il-baħar. X'qed nistennew? Tkun sistema li tieħdok minn Birżebbuġa saċ-Ċirkewwa u tieqaf f 'diversi portijiet u bliet mal-baħar - Marsaxlokk, Wied il-Għajn, ix-Xgħajra, il- Port il-Kbir, San Ġiljan, Buġibba, Mellieħa - x'qed nistennew? taħdem kważi dejjem, tista' tinżamm bi prezz baxx jew issusidjat, se tasal malajr u ara kemm niffrankaw karozzi. Żgur li dan is-Sajf, filwaqt li se jkollna iktar fejn nifirxu xi xugaman u nixxemxu fuq xi bajja - ħa niakru wkoll kemm it-turiżmu huwa mutur importanti għall- ekonomija ta' pajjiżna u kemm fil-verità biex nibqgħu il-wiċċ lilu għandna bżonn, ħafna qabel ċerti setturi oħrajn - li jagħmlu ħafna aktar storbju, f 'kull sens tal-kelma. Finalment, mhux sajf sabiħ daqs l-oħrajn għal eluf ta' dilettanti tal-festa. Forsi dan is-sajf se jkun opportunità biex niakru illi wara kollox - minkejja kull attivita, marċ, briju, nar, armar u xi party - il-qofol tal-festa u r-ruħ tagħha tibqa' l-Knisja u l-qaddis u stedina għal dawk li jemmnu biex jgħixu ħajja aħjar. Dan ma jfissirx li se jkunu kompluti l-festi u għalkemm għad fadal, nifirħu minn issa lil dawn l-eluf ta' dilettanti għal-2021. illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020