Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245210

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 ambjent IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 • illum SIntegraM - Niżviluppaw l-integrazzjoni tad-data ġeografika għall-gżejjer Maltin Matul is-sena li għaddiet, l-Awtorità tal-Ippjanar kompliet tagħmel l-aħjar użu mill-fondi tal-Unjoni Ewropea (UE) permezz ta' avvanzi fit-teknoloġija. SIntegraM huwa wieħed mill-proġetti li bbenefika minn dawn il-fondi. Riċentement, l-Awtorità żviluppat l-ewwel Infrastruttura Nazzjonali ta' Data Spazjali ta' Malta. Il-proġett ipoġġi lil Malta fuq quddiem nett fir- rigward tat-teknoloġija ġeo-spazjali, billi rrivoluzzjona d-data kif nafuha, ikkonverta Malta minn 2D għal 3D, Virtual Reality, Augmented Reality u issa Mixed Reality. Aħna ninteraġixxu mad-data ġeografika kuljum, kemm permezz tal-ismartphone tagħna jew teknoloġiji oħra. Data ta' spazju tal-art hija informazzjoni dwar oġġett fiżiku li jista' jkun irrappreżentat minn numri f 'sistema ta' koordinati ġeografiċi. Jirrappreżenta l-post, id-daqs u l-għamla ta' oġġett fid-dinja, bħal bini, wied, jew port. Dan il-proġett għandu l-għan li jiżviluppa infrastruttura ta' data ġeografika nazzjonali u jżid il-kapaċità ta' għarfien ġeo-spazjali / teknoloġija ta' Geographic Information System (GIS) għal Malta. Dan il-proġett jiżgura wkoll li l-infrastruttura u l-informazzjoni tal- ajru, terrestri u batimetrika jkunu disponibbli għall-entitajiet kollha tal- gvern biex iwasslu qafas analitiku skont l-obbligi u r-rekwiżiti internazzjonali, tal-UE u oħrajn. Id-distribuzzjoni intergovernattiva tad-data hija wkoll possibbli permezz ta' din l-infrastruttura. SIntegraM issa joffrilna sistema strateġika ġdida dwar kif id-data ġeografika tinġabar, tiġi mmaniġġjata, analizzata u ssir disponibbli. Mhux biss ħloqna mappa bażika ġdida u akkwistajna l-aħħar teknoloġiji tal-ajru, terrestri u marittimi, iżda d-data kollha akkwistata issa tista' tintuża biex tagħmel analiżi preċiża fil-fond u tiżviluppa xenarji narrattivi futuri. Permezz ta' din it-teknoloġija l-ġdida, li hija l-iktar avvanzata fl-Ewropa, Malta hija f 'pożizzjoni aħjar biex ittejjeb il-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha. Dan mhux biss fl-ippjanar tal-użu tal-art iżda fil-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, it- trasport, il-forensika u setturi oħra. L-Awtorità tal-Ippjanar ġabret aktar minn erbgħin entità biex tintegra l-informazzjoni u toffri pjattaforma komuni li ġġib il-mapep kollha fi spazju reali. Il-benefiċċji għas-soċjetà huma tal-akbar importanza. It-teknoloġija tippermetti lil dawk li jużawha biex jaraw id-data fuq l-ismartphone tagħhom, jaraw toroq fi 3D, jimmarkaw post jew jirrappurtaw illegalità f 'post speċifiku. Dan kollu jsir permezz tal-web portal SIntegraM. Barra minn hekk, din it- teknoloġija tippermettilna wkoll nieħdu stampa tal-ambjent, pereżempju naraw l-effetti ta' żieda fil-livell tal-baħar. Biex tikkumplimenta dan il-proġett, l-Awtorità tal-Ippjanar nediet ukoll skema li toffri boroż ta' studju fil- qasam tal-ġeomatika għal persuni impjegati fis-servizz pubbliku. Flimkien mal-komponent tat-taħriġ tal-proġett SIntegraM, il-boroż ta' studju f 'livell ta' Ċertifikat, Diploma, Baċellerat jew Masters, jiżguraw it-tisħiħ tal-kapaċità umana fit-temi spazjali fl-entitajiet governattivi kollha. Fl-2020, l-Awtorità se tkompli bil- preparazzjoni tagħha għat-twaqqif ta' Istitut Nazzjonali tal-Intelliġenza tal- Ippjanar tal-Ispazju. L-Istitut se jiżgura kontinwità fl-immaniġġjar tad-data ġeografika, riċerka u taħriġ fil-futur. Dan huwa vitali biex ikompli jissaħħaħ il-ħarsien soċjali, permezz tan-netwerk SIntegram u t-taħriġ li jintużaw għal riċerka futura u għat-tfassil ta' diversi policies. Għal aktar informazzjoni dwar is- servizzi u l-inizjattivi tal-Awtorità tista' żżur www.pa.org.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020