Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

24 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 • illum L-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat linji gwida dwar l-integrità viżiva tal-bini skedat u l-monumenti li għandhom jiġu protetti L-Awtorità tal-Ippjanar ser tkun aktar viġilanti meta jiġu evalwati proposti u deċiżi applikazzjonijiet għall-iżvilupp fuq siti li jinsabu fil-viċin ta' bini jew monumenti skedati. Għal dan il-għan, l-Awtorità ppubblikat linji gwida aktar ċari dwar kif tidentifika, tinterpreta u tittratta l-kuntest tal-bini skedat. Is-Sur Martin Saliba, iċ- Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv qal li "aħna wegħedna li nkunu aktar viġilanti meta nivvalutaw u nieħdu deċiżjonijiet fuq applikazzjonijiet ta' żvilupp propost fuq siti li jinsabu viċin bini jew monumenti skedati. Aħna nemmnu li kull bini skedat jinsab f 'kuntest ta' spazju li miegħu jirrelata f 'aspetti differenti. Għaldaqstant, il-kuntest ta' spazju ta' madwar il-bini huwa parti essenzjali ta' kif jiġi esperjenzat." Huwa żied jgħid li "għal din ir-raġuni, il-kuntest tal- ispazju jistħoqqlu attenzjoni speċifika. Aħna ppubblikajna linji gwida li jispjegaw kif għandna l-intenzjoni li ma nikkompromettux il-wirt kulturali mibni tagħna." Dawn il-linji gwida jfittxu li jikkonsolidaw l-ispirtu wara l-Objettiv Tematiku 8 tal-iStrategic Plan for the Environment and Development (SPED) li huwa favur il- protezzjoni tal-kuntest ta' siti li għandhom valur storiku. Meta d-Direttorat tal- Immaniġġjar tal-Iżvilupp, fi ħdan l-Awtorità, jevalwa applikazzjoni għal żvilupp fuq sit li jkun viċin ħafna ta' bini jew monument skedat irid jara li fl-istadju tal-iscreening jew wara l-validazzjoni tal- applikazzjoni jidentifika l-viċinanza tal-propjetà skedata, jagħmel valutazzjoni dettaljata tal-impatti tal-iżvilupp propost fuq il-bini protett u jidentifika l-miżuri ta' mitigazzjoni li għandhom jittieħdu. Dan il-proċess ta' valutazzjoni għandu jkun sostnut minn r a k k o m a n d a z z j o n i j i e t magħmula mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH). Ladarba l-firxa tal-kuntest tkun stabbilità, il-perit tal- applikazzjoni jkun meħtieġ li jipprovdi lid-Direttorat survey fotografiku komplut, kif ukoll character appraisal tal-kuntest. Biex jiġi valutat aħjar l-impatt viżwali u impatti potenzjali oħra li jistgħu jeffattwaw il-bini skedat, ikunu meħtieġa wkoll fotomontaġġimeħuda minn perspettivi strateġiċi. L-SCH għandu d-dritt li jitlob kull informazzjoni oħra meħtieġa. L-Awtorità għandha tiżgura li l-iżvilupp kollu propost, anke dak li normalment jista' jiġi propost permezz ta' applikazzjoni tal-Proċess Sommarju, u li jista' jkollu impatt negattiv fuq l-integrità u l-karattru ta' bini skedat, f 'distanza ta' madwar 50 metru mill-konfini tal-istess binja, jeħtieġ li jiġi propost f 'applikazzjoni Sħiħa għal Żvilupp. B'dan il-mod, ix- xogħlijiet proposti f 'siti sensittivi bħal dawn jiġu skrutinizzati b'mod aktar effettiv. Biex tara l-linji gwida żur www.pa.org.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020