Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

23 oroskopju illum • 21 TA' ĠUNJU 2020 Bidu tal-Oroskopju ta' Żodjaku ta' Cancer Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Jibda iż-Żodjaku ta' Cancer Dan huwa xahar fejn jibda' iż-żodjaku ta' Cancer, li ovjament ikollu l-bidu tiegħu ma' l-istaġun tas-Sajf fil-21 ta' Ġunju u jintemm fit-22 ta' Lulju. Il-forma ta' dan iż- żodjaku hi il-Granċ li skont il-mitoloġija Griega hemm il-leġġenda dwar il-Ġgant Erkuli kien għaffeġ Granċ u l-fdalijiet tiegħu ffurmaw forma kbira fis-smewwjiet għal bosta żmien u b'hekk inħoloq dan iż-żodajku ferm intersanti ta' Cancer. Iż-Żodajku ta' Cancer huwa mibni fuq diversi aspetti pożittivi. Fost dawn insibu il-burdata stabbli, id- determinazzjoni ta' twettieq u ovjament is-sentiment sensittiv. Iż-Żodajku ta' Cancer huwa mfassal mill-element ta' l-ilma li flimkien ma' żodjaku ta' Pisces u ta' Scorpio u dan it-trio ta' żodjaki jagħmel dan l-element wieħed ferm interessanti meta tiġi għal gwida ta' dak li jkun imwassal fl-Oroskopju. Il-Kristalla idejali għaż-żodjaku ta' Cancer hi l-Moonstone. Jekk int tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku (l-Istilla tiegħek) personali tiegħek, tista' tibgħat ittra postali lil PaulJon PO Box 27 Paola jew żur is-sit: www.pauljon13.com Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Aquarius ser ikun ifisser aktar impenn ta' responsabilita' madwarek. Hekk int ser tagħraf turi aktar il-kapaċitajiet tiegħek. B'hekk minn naħa l-oħra int trid ittejjeb iżjed it-tqassim ta' l-iskeda li issa ovjament ser tinbidillek. Dan kollu ser ikun ta' iżjed stabbilita' madwarek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar stilla ideali għalik għal din il- ġimgħa hi dik ta' Scorpio. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 23, 25 u 27. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Pisces ser ikun ifisser aktar impenn fil-karriera tiegħek. Dan ser jagħmlek li tagħti aktar osservazzjoni kemm biex int ittejjeb il- madwar tiegħek u kemm sabiex twessa aktar l-abbilita' f 'dak li int għandek. Iżda dan trid tagħraf tagħmlu b'mod aktar għaqli. Għaraf. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta' Leo. Dati ideali ghalik għal din il-ġimgha huma: 22, 23, 25 u 26. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Aries ser ikun ifisser aktar impenn ta' preparazzjoni f 'dak li int għandek riesaq lejk sabiex hekk int tkun tista' ittejjeb aktar lilek aħjar sabiex mill-esperjenzi tal-passat int tagħraf taddatta aħjar dak li l-futur ser jipprovdilek. Tajjeb li tagħmel it mumenti ta' riflessjoni. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta' Libra. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 24, 26 u 27. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Taurus ser ikun ifisser aktar impenn f 'dak li hemm madwarek. Għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi esperjenzi iebsa, iżda ser jagħmlek tagħraf aktar int fejn vera trid tħares fit-twettieq tiegħek. Ovjament dan jagħmlek aktar tħares b'serenita' lejn dak li ġej. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta' Gemini. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 24, 25 u 26. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Gemini ser ikun ifisser aktar impenn dwar il-pjanijiet li hemm imħejjin li twettaq. Hekk li dan ser jagħtik ċans ta' dawra sħiħa madwarek kemm mill-lat kif issa ħa tibda tippreżenta lilek sabiex ovjament tasal fejn dak li tant tixtieq. Irrefletti sew. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta' Sagittarius. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 23, 25 u 27. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Cancer ser jagħmlek tanalizza li kollox għandu ż-żmien u l-ħin tiegħu. Għalhekk dak li int għaddej minnu bħal issa int ser toħroġ minnu basta biss tagħraf timxi b'moħħok jista' jkun li wasal iż-żmien li tieħu forma ta' parir bħala mezz ta' gwida f 'din il-fażi. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta' Capricorn. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 23, 26 u 27. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Virgo ser ikun mument ta' pressjoni iżda ipprova bbilajnċja kollox f 'dak li hemm madwarek, huwa importanti li toħroġ b'determinazzjoni kollha tiegħek possibli, għalkemm uħud minn madwarek mhumiex jaraw li sejjer jirnexxilek iżda żgur li ser tħalli lil kulħadd sorpriż. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar stilla ideali għalik għal din il- ġimgħa hi dik ta' Cancer. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 22, 23, 26 u 27. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Libra ser ikun mument ta' xi suġġeriment li ser iġegħlek taħseb li wasal żmien li tbiddel l-istil ta' madwarek ipprova twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm riesaq lejk fil-ġimgħat li ġejjin u kemm biex int tagħraf aktar lilek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta' Aries. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 21, 22, 25 u 27. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Sagittarius ser ipoġġik f 'sitwazzjoni ta' xi ħsibijiet li minn dan żgur tibda tħossok li għandek bżonn xi forma ta' parir. Int għandek esperjenza vasta mill-passat. Għalhekk bejn din l-esperjenza u l-parir ta' gwida ser tikkombina tajjeb għal dak li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta' Pisces. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 23, 25 u 27. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Scorpio ser jagħmlek tkun tħossok aktar persuna matura u dixxiplinata. Din l-esperjenza ser tagħtik nifs ġdid u bis-saħħa tagħha ser tlaqqek ma' persuni ġodda bi probabilta' ukoll ta' pjanijiet ġodda. Biss trid tagħraf li tkun imħejji sew għal dan u trid turi li dak li int tidħol għalih tkun kapaċi. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta' Taurus. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 23, 25 u 26. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Capricorn ser ikun mument li qed tħoss il-pożizzjoni finanzjara ta' madarek sejra ħażin u dan qiegħed joħloq ċertu pressjoni madwarek. Imma jekk int minn issa tagħraf tagħmel forma ta' pjan sabiex tibda' timmaniġja l-infieq tiegħek dan ikun ta' gwadann għal ġimgħat u xhur li ġejjin. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi dik ta' Virgo. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma: 22, 24, 26 u 27. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu ta' żodjaku ta' Cancer għalik Leo ser jagħmlek iddur madwarek sabiex tagħraf jekk hux il-mument ideali. Dan żgur ser tkun tafu fil-ġimgħat li ġejjin għalhekk int trid tkun ferm kawt imma osserva dejjem ħalli tkun tista' tanalizza dak kollu li jkun għaddej u minn hemm tieħu direzzjoni ġusta għalik. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar stilla ideali għalik għal din il- ġimgħa hi dik ta' Aquarius. Dati ideali għalik għal din il-ġimgħa huma dawn: 21, 23, 25 u 26. Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020