Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 27

22 opinjoni IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 • illum It-turiżmu s-sinsla tal-ekonomija Alex Agius Saliba huwa Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Alex Agius Saliba B la dubju ta' xejn, wieħed mill-aktar setturi li ntlaqat b'mod negattiv matul dawn l-aħħar xhur bil-pandemija tal-COV- ID-19 huwa dak tat-turiżmu. Dan is-settur hu importanti ferm għal pajjiżna għaliex jekk wieħed iħares lejn in-numri, matul is-sena li għaddiet it-tu- riżmu ammonta għal madwar tletin fil-mija tal-prodott gross domestiku tal-ekonomija tagħ- na. Għaldaqstant huwa kruċjali għalina b'mod speċjali li naraw li dan is-settur jerġa' jingħa- ta l-ħajja u jqum fuq saqajh mill-aktar fis possibbli. Għandna diversi negozji li jmissu b'mod dirett ma' dan is- settur bħalma huma l-lukandi, l-linji tal-ajru, ir-ristoranti u ħwienet ta' divertiment, pero' ma' dawn hemm ukoll oħrajn li ntlaqtu wkoll b'mod indirett għaliex it-turiżmu għandu spill- over effect qawwi fuq diversi setturi oħra f 'pajjiżna. Għalhekk bħala pajjiż u ferm aktar importanti minn hekk, fuq livell Ewropew, għandna nagħmlu minn kollox biex nassiguraw li jkollna inċentivi b'saħħithom biex jistimulaw l-ekonomija ħalli dawn in-negozji jerġgħu jaqbdu r-ritmu mgħaġġel li kienu għaddejjin bih sa it xhur ilu. Matul dawn il-ġimgħat bħala Membru tal-Kumitat responsabbli mid-drittijiet tal- konsumaturi ħadt ħafna interess f 'dan is-suġġett u tkellimt diversi drabi, fost oħrajn anke fuq il-bżonn li jinstab bilanċ san u ġust bejn l-interess kummerċjali - għaliex għal raġunjiet ovji n-negozji huma l-aktar li bgħatew minn dan l-aspett - u l-interess tal-konsumaturi. Kellmuni ħafna nies li kienu mħassba għaliex ma kinux jafu x'ser jiġri mill-flus li ħallsu għall- btajjel tagħhom ġaladarba dawn kellhom jitħassru, u għaliex kienu qed iħossuhom konfużi dwar id-drittijiet li kellhom bħala konsumaturi. Din il-ġimgħa fil-Plenarja tal- Parlament Ewropew iddiskutejna u vvutajna fuq reżoluzzjoni importanti ferm li tirrigwarda proprju dan is-suġġett. Fiha bħala Membri Parlamentari nsistejna li jkun hemm referenza ċara għad-drittijiet li għandhom il-konsumaturi, abbażi wkoll tal-komunikati u l-linji gwida li kienet ħarġet il-Kummissjoni Ewropea fil-ġimgħat li għaddew. Fost l-oħrajn punt li sħaqna ħafna fuqu fil-Kumitat għall- protezzjoni tal-Konsumaturi u li rnexxielna nħallu marka f 'din ir-reżoluzzjoni, kien li hemm bżonn li l-messaġġ jasal ċar għand iċ-ċittadini, għaliex minkejja li l-Kummissjoni ħarġet il-gwida tagħha, evidentament xorta kien hawn konfużjoni kbira fuq livell Ewropew u kien hawn min abbuża. Permezz ta' kampanji fuq livell domestiku u mezzi oħra li jistgħu jassistu f 'diffikultajiet, dawn il-messaġġi jistgħu jitwasslu għand iċ-ċittadini sabiex ikunu jafu sewwa x'inhuma d-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. Aktar minn hekk jien nemmen li f 'din iċ-ċirkostanza, minkejja li hija waħda straordinarja, id-drittijiet tal-konsumaturi m'għandhomx jitnaqqru, u għaldaqstant in-nies għandhom jingħataw l-opportunita' li jagħżlu huma jekk jiħdux lura l-flus li kienu ħallsu jew inkella jingħatawx vawċer li jkun jista' jintuża aktar 'il quddiem. Pero' ma waqfniex hemm, għaliex kif għidt aktar qabel, ma rridux ninsew li n-negozji tagħna qegħdin taħt pressjoni finanzjarja kbira u rridu nagħmlu minn kollox biex insalvawhom u magħhom insalvaw eluf ta' impjiegi. Għaldaqstant f 'din ir-reżoluzzjoni tkellimna wkoll fuq il-bżonn li jinħoloq fond li jagħti l-appoġġ lill-kumpaniji marbuta ma' dan is-settur bħall-aġenziji tal-ivvjaġġar, postijiet tal-akkomodazzjoni u l-linji tal-ajru li qed ikollhom jagħtu refużjonijiet lill-klijenti tagħhom. B'dan il-pass nemmen li nkunu wkoll qed nagħtu appoġġ xieraq lill-kumpaniji li jkunu nvestew u ħadu diversi riskji, sabiex ma jkomplux jaqgħu lura. Fil-fehma tiegħi, dawn il- proposti għandhom joħolqu bilanċ u jagħtu nifs lin-negozji, u fl-istess ħin jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-konsumaturi tagħna. Issa għandna quddiemna perjodu twil ta' rkupru u bla dubju, fix-xhur li ġejjin ser ikollna ħafna aktar impenji simili. Inħares 'il quddiem lejn aktar ħidma favur tisħiħ tad- drittijiet tal-konsumaturi, u fuq kollox, lejn żmien aktar feliċi b'ekonomija li tiorixxi mill- ġdid. Aktar minn hekk jien nemmen li f'din iċ-ċirkostanza, minkejja li hija waħda straordinarja, id-drittijiet tal-konsumaturi m'għandhomx jitnaqqru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020