Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L -għerq ta' kollox - ta' kważi kull ħażin u kull għawġ u kull kritika u kull imbarazzament li qed ikollu jiffaċċja dan il-Gvern - kemm immexxi minn Muscat u anke issa mmexxi minn Abela, hija deċiżjoni waħda, ta' xi ħadd li ħaseb jew emmen illi mandat ta' poplu u l-ġid li twettaq huma liċenzja biex inti tisraq, tħammeġ u titħammeġ u biex toħloq ambjent illi fih xi ħadd - li għad irridu nikkonfermaw jew niskopru min hu b'mod definit - qatel lil dik il-persuna li kienet se tikxef kollox. Id-deċiżjoni hija dik li jinfetħu tliet kumpaniji fil-Panama, minn wara dahar in-nies, fis-segretezza u f 'ġurisdizzjoni maħmuġa u li taċċerta dik is-segretezza. Kieku min fetaħ dawn il-kumpaniji kellu xrara ta' onestà u ġenwinità kien jiaħ kont jew kumpanija hawn Malta, li niaħru tant illi hija ċentru ta' servizzi finanzjarji. Imma min fetaħ kumpanija l-Panama ma kienx onest, ma kienx ġenwin u wisq anqas jista' qatt jissejjaħ Laburist - fis-sens pur u soċjalista tagħha. U bil-mod , il-mod il-borom bdew jinkixfu, minkejja li għall-bidu Keith Schembri u Konrad Mizzi bdew jiċħdu li hemm kumpanija. U Konrad Mizzi semma' t-trust li kellu New Zealand mal- gazzetta oħt Maltatoday. Imma għaliex hija gravi din? Maż-żmien irriżulta - kif kien ovvju mill-bidu - li dawn infetħu biex minnhom jgħaddu flejjes illeċti, maħmuġin u korrotti minn qligħ ta' flus, minn ehim pubbliċi, b'assi pubbliċi, bi flus il-pubbliku. U dan għaliex maż- żmien inkixfet email - iswed fuq l-abjad - minn Nexia BT, il-kumpanija f 'San Ġwann li fetħet Hearnville Inc u Tillgate Inc fil-Panama - u li f 'din l-email kien hemm miktub illi fl-ewwel sena biss dawn il-kumpaniji se jiġġeneraw $2 miljuni, minn attivitajiet ta' skart, infrastruttura, sajd u Turiżmu - mill-Indja, Bangladesh u pajjiżi Afrikani. Issa staqsu lilkjhom infuskom, minn fejn kienu se jġibu $2 miljuni Keith Schembri u Konrad Mizzi? Mill-paga? Din mhux invezjoni. Din l-email hemm qiegħda u ċarament qiegħda tgħid li t-target client ta' dawn il-kumpaniji - jiġifieri 17 Black li issa nafu li hija tal-persuna akkużata bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, kienet se tgħaddi - skont din l-email ta' Karl Cini f 'Diċembru 2015 - il-flus lil dawn iż-żewġ kumpaniji. Daqslikieku din ma kinitx biżżejjed. Insiru nafu - grazzi għall-midja ta', mhux grazzi għall-politiċi jew għal xi Yorgen Fenech - illi f '17 Black intefgħu l-allegati $1.4 miljun minn raġel mill-Ażerbajġan, l-istess pajjiż li miegħu (permezz tas-Socar) intarbatna biex nixtru l-gass. Imbagħad kien hemm allegati $200,000 mill-aġent lokali tat-tanker tal-gass, li qal li mhux vera tefa' dawn il-flus u waqaf hemm. Li hu ċert huwa li meta il-bank Noor fid-Dubaj, illi fih kien hemm il-kontijiet ta' 17 Black, għalaq il-kontijiet ta' Yorgen Fenech kien hemm $1.6 miljun - eżatt l-istess ammont li żvelat il-midja. Tinsewx li meta inqatlet Daphne Caruana Galizia, ma konna nafu xejn minn dan. Issa nsiru nafu li f '17 Black daħlu €4.6 miljuni minn bejgħ ta' Wind Farm minn kumpanija irreġistrata is-Seychelles lill- Enemalta. Xtratha €2.9 miljun mill-flus li taha Yorgen Fenech, u biegħitha lill- Enemalta - kumpanija tal-pubbliku Malti - b'€10.3 miljuni u €4.6 miljuni reġgħu spiċċaw f '17 Black. U ara ma taħsbux li din il-ġimgħa ngħaqad jew ingħalaq iċ-ċirku. Il-kbir għadu ġej. U l-kbir jismu Vitals Global Healthcare. Tliet sptarijiet pubbliċi, jinbiegħu lil kumpanija li ma nafux min qed imexxieha minn wara u li ma nafux min qed jieħu l-flus minnha, bla track record ta' xejn, il-Gvern jintrabat li jħallas l-eluf ta' ewri kuljum, ma jagħmlu assolutament xejn - lanqas biss iħallsu l-ħaddiema u lill-kuntratturi - jiddikjaraw falliment u b'kumdità liema bħalha jgħaddu l-ehim lil kumpanija oħra u jisparixxew. Nafu biss li l-Ultimate Beneficiairy Owner - jiġifieri s-sid - ma nafux min huwa imma nafu li għandu indirizz fil- British Virgin islands, pajjiż ieħor tax haven. Nafu wkoll li l-kelliem tal-VGH kien Ram Tumuluri li ħa ħsieb li jagħti €5miljuni f 'commissions lilu nnifsu (talli m'għamel xejn u minn flusna) u li qabel ġie Malta kien instab ħati minn Qorti fil-Kanada ta' serq mill-lukanda li kien qed imexxi. Naturalment tisraq it mijiet minn lukanda bl-isem Nikita Lake Lodge, ma kinux biżżejjed. Allura ġie Malta, sab poplu ġwejjed u ġarr kemm felaħ u sparixxa wkoll. Robert Abela: Nafu li inti bniedem ta' kuxjenza. Nafu li inti mhux se tippermetti lil min jgħerrqek miegħu - kif forsi għerreq lill-PM ta' qablek. Nafu li inti għandek intenzjonijiet tajbin. Nafu, għax għidtilna, li ddiżgustat - u mhux waħdek! Mela neħħi, qaċċat u naddaf. Neħħi lil Konrad Mizzi minn Deputat u ara li kull min qed jissemma' f 'dawn il-proċeduri tal- Qorti jkun interrogat u fejn hemm ħtija ssir ġustizzja fil-konfront tiegħu. Kun iebes ma' min niżżel lill-Partit Laburista u dawk l-eluf u eluf ta' nies ġenwini u ħabrieka, f 'fondoq ta' ħmieġ. Ibgħat sinjal ċar li you mean business u tibżax, l-eluf ta' nies ta' rieda tajba li bħalek jinsabu iddiżgustati u mqallgħin b'dal- ħmieġ li wassal għall-assasinju li se jibqa' tebgħa fuq pajjiżna, jirriċiprokawlek. Imma ħalli lill-mazzriet ma' saqajk u jgħerrqu lilek kif għerrqu li tant oħrajn! L-għerq ta' kull ħażin, ta' kull biċċa ħmieġ u ta' assasinju ... Kun iebes Robert!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020