Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 L-okkupanza fil-lukandi Għawdxin hija ta' madwar 35% … kważi vojta fost il-ġimgħa 'Allaħares qatt ikollna nerġgħu ndaħħlu l-miżuri' … Joe Muscat mill-GTA jisħaq mal- ILLUM li s-settur huwa reżiljenti iżda hemm limitu. YENDRICK CIOFFI Anke jekk l-ajruport huwa magħluq, il-Maltin bdew xi it jew wisq idawru r-rota fl-akkomodazzjonijiet turistiċi Għawdxin hekk kif ġimgħa wara l-oħra qed jiżdiedu dawk li qed jaqsmu l-fliegu biex iqattgħu btala ta' it jiem fil-Gżira Għawdxija. Madanakollu, l-appell tal- lukandiera u s-sidien ta' stabbilimenti turistiċi huwa li jkun hemm pjan fit-tul għas-settur turistiku. Qal dan mal-gazzetta ILLUM il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, Joe Muscat li jidher ottimist li t-turiżmu domestiku it it beda jagħti r-ruħ lill-akkomodazzjonijiet turistiċi u anke stabbilimenti oħra bħar-ristoranti. "Bdejna bil-mod fil-weekend tal-4 ta' Mejju u it it kull tmiem il-ġimgħa qed iżid. Ir-ristoranti wkoll qed iżiedu. Ovvjament mhux qed jilħqu l-livelli li kellhom fl-2019, kemm għax ma hawnx turisti barranin u anke għax ix-xogħol tagħhom huwa kkonċentrat mill-Ġimgħa sal-Ħadd," saħaq Muscat. Fil-fatt, fi kliemu, matul il-ġimgħa qed ikun hemm min lanqas biss qed jopera. "Fost l-Għawdxin għad ma hemmx biżżejjed kunfidenza li jiffrekwentaw dawn l-istabbilimenti tal-ikel. Qed niddependu totalment fuq il-Maltin," saħaq Muscat. Il-farmhouses sejrin aħjar mil-lukandi Tkellimna aktar fid-dettall dwar l-akkomodazzjoni. Muscat spjega kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, għall-ewwel darba wara ġimgħat, il-lukandi kollha Għawdxin kienu miuħa, ħlief waħda li qed isirulha xi xogħlijiet. "L-okkupanza tagħhom hija ta' bejn 35% u 40%," spjega Muscat. Mistoqsi kif iħares lejn dawn iċ-ċifri, Muscat saħaq li meta wieħed iqis li ma hawnx turisti, l-andament "mhuwiex ħażin," iżda saħaq li mit-Tnejn sal-Ħamis il-lukandi qed ikunu kważi jekk mhux vojta. Mill-banda l-oħra, fi kliem Muscat, is-settur tal-farmhouses huwa aktar movumentat, bil-weekend tal-Imnarja jidher li hemm ħafna domanda għalih. 'Ħafna bookings jinsabu on-hold' L-ILLUM staqsiet lil Muscat x'indikazzjonijiet għandhom għat-tliet xhur tas-sajf mill-bookings, kemm fil-lukandi u anke fil-farmhouses u akkomodazzjonijiet oħra. "Nittamaw li l-affarijiet jiċċaraw għax għandna ħafna bookings li jinsabu on-hold, għax huma bbukkjati mill-barranin," spjega Muscat. "Aħna l-akbar suq tagħna huwa l-Ingilterra. Suppost mill-15 ta' Lulju se jinfetħu d-destinazzjonijiet kollha. Dik se tgħin lis-settur biex jikkonferma l-bookings u l-operaturi jkunu jistgħu jwieġbu għad- domanda mill-Maltin." Fil-fatt, Muscat tenna dak li saħaq ġimgħat ilu mal-ILLUM, jiġifieri li kemm il-lukandi u anke s-sidien tal-farmhouses qed ikollhom jirriutaw bookings mill- Maltin għax id-dati li jkunu jixtiequ jkunu meħuda mit-turisti li għadhom ma jafux hux se jkunu jistgħu jiġu Malta. Tal-farmhouses qed isegwu protokolli? Morna lura għall-farmhouses, bl-ILLUM tistaqsi lil Muscat x'passi qed jittieħdu f 'dawn l-akkomodazzjonijiet biex ikun żgurat it-tindif u l-iddiżinfettar tagħhom u jekk hux qed isiru spezzjonijiet. Muscat fakkar li dawn jistgħu joperaw biss bil-liċenzja tal-Awtorità Maltija għat- Turiżmu u kien hemm domanda qawwija mis-sidien biex jingħataw protokolli. "Nassigurak li qed isegwu dawn il- protokolli bl-akbar diliġenza. Kienu mħassba dwar is-saħħa tagħhom stess, il- familji, l-impjegati u anke l-klijenti," insista Muscat. Proposti tajbin… L-ILLUM staqsiet ukoll lil Muscat dwar il-pakkett ta' għajnuna li ħabbar il-Gvern u l-impatt li dan se jkollu fuq is-settur tat- turiżmu f 'Għawdex. Muscat iddeskriva l-miżuri bħala pożittivi ħafna u li jgħinu lis-settur jgħaddi minn dawn ix-xhur diffiċli. Faħħar ħafna l-miżura tas-sussidju fuq il-kera (anke jekk saħaq li hemm min għandu kirja eżorbitanti), il-waiver fuq il-liċenzja tal- MTA, is-sussidju fuq il-kontijiet u oħrajn. "Dawn se jgħinu ħafna lill-istabbilimenti żgħar biex ikomplu joperaw f 'dawn iċ- ċirkostanzi. Mill-15 ta' Lulju 'l quddiem jista' jkollna l-opportunità sħiħa, iżda konxji wkoll li ma jfissirx li se jkollna l-akkomodazzjonijiet mimlija," saħaq Muscat. 'Imma x'se jiġri wara Settembru?' Kien hawn li Muscat staqsa x'se jiġri wara Settembru. Fi kliemu jixtiequ li jaraw soluzzjoni aktar fit-tul. "Kif se nerġgħu nilħqu l-livelli tal- 2019. Irid ikollna strateġija biex fl-2021 u l-2022 nilħqu mill-ġdid il-livelli tas- sena li għaddiet," insista Muscat. Mistoqsi jekk kienx hemm akkomodazzjonijiet jew stabbilimenti li għalqu kawża tal-kriżi li ġabet magħha l-pandemija, Muscat wieġeb fin-negattiv iżda saħaq li kien hemm madwar 20% tal-istabbilimenti li waqqfu li xi impjegati. Ħafna mill-istabbilimenti felħu għal din id-daqqa. Hemm min qed jibża' minn Ottubru. L-istabbilimenti f 'Għawdex jifilħu għal daqqa oħra? "Din hija waħda mill-akbar tħassib li għandna," insista Muscat. "Fit-turiżmu trid tippjana fit-tul. Kieku llum, tkun bdejt tagħmel il-kuntratti tax- xitwa 2021 u 2022. Jiena għandi fiduċja li s-settur turistiku huwa reżiljenti iżda hemm limitu. Allaħares qatt ikollna nerġgħu ndaħħlu l-miżuri li kellna." Fi kliemu, f 'Għawdex dejjem ħadmu biex fix-xhur tas-sajf ikun hemm biżżejjed profitti li ma jkunux mikula mix-xhur ta' Novembru u Diċembru. "Nittamaw li ma jkollna l-ebda tieni mewġa fix-xitwa," temm jisħaq. Joe Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020