Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 • illum Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej PRE-AVVIŻ Sejħa għall-proposti rigward proġetti ta' l-akkwakultura (innovazzjoni) ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Il-Programm Operattiv Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti, jagħti opportunitajiet ta' finanzjament lill-industriji tas-sajd u l- akkwakultura flimkien mal-komunitajiet kostali sabiex jgħinhom jaddattaw għal kundizzjonijiet settorjali li dejjem qegħdin jinbidlu, filwaqt li jindokkra r-reżistenza ekonomika u s-sostenibbilità ekoloġika tagħhom. Il-Fond ser ikun qed jipprovdi assistenza bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata, hekk kif stipulat fir- Regolament (UE) Nru. 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi qegħda tinforma lill-benefiċjarji potenzjali li sejħa għall- proposti rigward proġetti ta' l-akkwakultura (innovazzjoni) se tiġi varata fit-22 ta' Ġunju 2020. Artikolu 47 Miżura II.1 Innovazzjoni Data finali għas-sottomissjoni tal-Applikazzjonijiet: 31 ta' Lulju 2020 Din is-sejħa għandha allokazzjoni totali ta' madwar €800,000.00 f'fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l- Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta' Ġestjoni qegħda tirriserva d-dritt li żżid jew tnaqqas din l- allokazzjoni. Sessjoni ta' informazzjoni ser tiġi organizzata fit-03 ta' Lulju 2020 fl-10.00am fil-binja tad-Diviżjoni fi Triq il-Kukkanja, Sta. Venera. L-Applikazzjoni u l-annessi rispettivi jistgħu jitniżżlu mill-web link elenkata hawn taħt mit-22 ta' Ġunju 2020: http://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Agricultural%20Fisheries%20Fund/Pages/ News-and-Events.aspx Aktar informazzjoni u/jew reġistrazzjoni għas-sessjoni ta' informazzjoni (sat-02 ta' Lulju) tista tintalab fuq 22001108 jew via e-mail lil fpd.mfea@gov.mt jew fuq www.eufundsmalta.gov.mt. Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) Rata ta' ko-finanzjament: 37.5% fondi Ewropej; 12.5% fondi nazzjonali; 50% fondi privati Investiment f'sajd u akkwakultura sostenibbli Rabja fil-PL hekk kif l-aħħar żviluppi jinnewtralizzaw ir-rapport pożittiv tal-Kummissjoni Venezja ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela li l-Prim Ministru Robert Abela qiegħed serja- ment jikkun- s i d r a elezzjoni kmieni - elezzjoni ġen- erali li suppost għandha ssir fl- 2022. Dan il-ħsieb, għalkemm issemma u kien diskuss fil-Par- tit Laburista u anke lilhinn, jid- her illi ssaħħaħ bl-aħħar żvilup- pi matul din il-ġimgħa u anke bil-biżgħat dwar l-ekonomija. Sorsi qrib sew il-Prim Ministru qalu li dan huwa rrabjat ħafna u esprima x-xokk tiegħu għal dawn l-iżviluppi li huwa mium li inżammu prattikament misturi mill-Kabinett kollu. Minkejja diversi xenarji u possibilitajiet (ara paġni 8 u 9) Abela qed jagħmilha ċara li min huwa politikament kolpevoli ma jistax jibqa' fl-partit. Din il-ġimgħa diġa' kienet immarkata mit- tneħħija ta' Chris Cardona minn Deputat Mexxej tal-PL, tneħħija li huwa mium li sabet reżistenza qawwija mill-istess Cardona li għadu jinsisiti illi hu m'għandux ħtija fil-qtil ta' Caruana Galizia imma li min qatilha qed jipprova jitfa' l-ħtija fuqu. Fl-aħħar sigħat kien imiss li l-attenzjoni terġa taqa' fuq l-eks Ministru Konrad Mizzi, l-eks PM Joseph Muscat u naturalment l-eks Chief of Staff f 'Kastilja Keith Schembri. Din id-darba dwar informazzjoni ġdida u allegazzjonijiet gravi ta' qligħ minn bejgħ lill-Enemalta, liema qligħ spiċċa fil-kumpanija 17 Black - kumpanija fid-Dubaj ta' Yorgen Fenech li skont email ta' Nexia BT hija target client tal- kumpaniji fil-Panama f 'isem Keith Schembri u Konrad Mizzi. Dawn il-kumpaniji kellhom jagħmlu $2 miljuni fl-ewwel sena biss - minn proġetti ta' riċiklaġġ, turiżmu u sajd f 'pajjiżi bħal Bangladesh u l-Indja. Dan qed idejjaq ħafna lill- PM Abela, anke għall-fatt li din l-informazzjoni kważi mewtet b'mod assolut il-konklużjonijiet mill-aktar pożittivi dwar ir- rapport tal-Kummisjoni Venezja- mument suppost importanti għall-Gvern tiegħu. Fil-fatt, ir- Reuters u e Times, ippubblikaw l-istorja nhar il-Ġimgħa - fl-istess jum meta kien ippubblikat ir- rapport tal-Kummissjoni Venezja - li kif żvelat l-ILLUM nhar il- Ħadd li għadda, kien wieħed ġeneralment pożittiv. Is-sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta qalu illi bħalissa hemm diskussjoni, kważi aperta, fil- Partit Laburista dwar jekk għandhiex issir elezzjoni ġenerali kmieni - wara s-Sajf. Jidher li wara l-aħħar żviluppi Abela huwa determinat li jneħħi nies marbutin wisq mal-każijiet li qed jissemmew, bl-inqas inkwiet intern possibbli, xi ħaġa li elezzjoni ġenerali tista' tagħmel. Iżda din mhijiex l-unika kunsiderazjoni - hemm ukoll dik ekonomika fid-dawl ta' stħarriġ xjentifiku li kien ippubblikat illum fuq il-gazzetta Maltatoday u li juri illi Abela tilef 8% fil-livell ta' fiduċja mill-aħħar stħarriġ, tnaqqis konsiderevoli. Minkejja dan xorta għadu fuq quddiem bil- kbir meta kkumparat ma' Adrian Delia. L-inkwiet ekonomiku iżda, hekk kif b'mod speċjali mhux qed nistennew ħafna turiżmu dan is- sajf, jaf jiggrava s-sena d-dieħla minflok isir aħjar, b'diversi negozji jsibuha diffiċli jkomplu joperaw. Il-biża' li l-qagħda ekonomika in ġenerali tiggrava u timpatta bil- kbir lil bosta fl-ekonomija u anke lill-finanzi tal-Gvern, qed tkun ukoll fil-kunsiderazzjoni ta' bosta strateġisti tal-Partit Laburista. Diversi jħossu li dan jaf ifisser illi l-vantaġġ bejn iż-żewġ partiti jibda jiċkien. (Ara paġni 8 u 9) X'ħareġ nhar il-Ġimgħa? Il-każ tal-Ġimgħa ikompli jitfa' aktar dawl fuq din il-kumpanija fid-Dubaj 17 Black li - skont emails minn Nexia BT, il-kumpanija li fetħet Hearnville u Tillgate fil-Panama għal Keith Schembri u Konrad Mizzi - kellha tgħaddi flus għand il-kumpaniji ta' Schembri u Mizzi. Huwa allegat illi fiha daħlu flus mill-Ażerbajġan ($1.4 miljun) u $200,000 mill-aġent tat-tanker tal-gass tf 'Delimara. Issa jirriżulta li daħlu €4.6 miljun oħra fi profitti minn bejgħ ta' Wind Farm fil- Montenegro. Dan il-Wind Farm inxtara minn kumpanija fis-Seychelles Cidifex - li ngħatat €3 miljuni minn 17 Black. Din imbagħad bigħet dan il-Wind Farm - wara ġimagħġtejn biss - lill-Enemalta bid-differenza li xtratu b'€2.9 miljun u l-Enemalta xtratu b'€10.3 miljun. Minn dawn, €4.6 miljun reġgħu spiċċaw f '17 Black. Kienet Daphne Caruana Galizia l-ewwel li bdiet tindika illi taf informazjoni dwar 17 Black, ftit qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017. Hi qatt iżda ma ħarġet id-dettalji kollha, li issa ħerġin wara l-qtil tagħha. Il-PM u diversi strateġisti u uffiċjali fil-partit qed jikkunsidraw il-possibilità ta' elezzjoni kmieni...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020