Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 analiżi IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 • illum BIS-SONDAĠĠI FAVURIH JISTA' JISTENNA ... IMMA L-EKONOMIJA U L-KAŻ DAPHNE SE JISFRATTAW KOLLOX? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minn taħt diġa' hemm min tefa' l-kelma, forsi minħabba raġunijiet purament politiċi. Imma ċertament li - anke jekk ma tiġrix - kien hemm min qajjem il-prospetti ta' elezzjoni ġenerali kmieni. Elezzjoni Ġenerali din is-sena stess, wara tliet snin u nofs mill-leġiżlatura jew elezzjoni s-sena d-dieħla? Jew saħansitra elezzjoni fl-2022 meta jagħlaq it-terminu tat-tieni leġiżlatura Laburista? Il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn xenarji differenti u għalfejn il- Prim Ministru jaqbillu jagħmel elezzjoni fi żmienha jew inkella waħda iktar bikrija. M'għandux xi għaġġla bis-sondaġġi kif inhuma Bis-sondaġġi kif inhuma sa issa l-PM Robert Abela mhux li għandu xi urġenza biex isejjaħ elezzjoni. L-aħħar sondaġġ ippubblikat fuq il- gazzetta Maltatoday fil-25 ta' Mejju juri lill- Partit Laburista minn fuq b'52%, il-Partit Nazzjonalista ħafna warajh b'22%, dawk li ma jafux kif jivvutaw kieku kellha ssir elezzjoni kienu 14.5% u it aktar minn 10% jgħidu illi ma jivvutawx. Dan juri distakk ta' 30% bejn iż-żewġ partiti, li huwa madwar 90,000 vot - jekk wieħed naturalment jeskludi dawk l-eluf li qed jgħidu illi ma jafux kif jivvutaw jew li ma jivvutawx kieku elezzjoni kellha ssir f 'Mejju. F'dan is-sondaġġ il-PL jidher minn fuq f 'kull żona tal-pajjiż, anke dawk li huma aktar Nazzjonalisti u l-aktar qawwi fiż- żoni ta' Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, Imqabba, Qrendi u Żurrieq, fost oħrajn, fejn 73% ta' dawk li rrispondew qalu illi kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali issa jivvutaw lill-Partit Laburista. Jekk wieħed jara l-aħħar trust rating li sar f 'April, dan juri illi Robert Abela huwa fdat minn 62.4% tal-poplu, filwaqt li Adrian Delia huwa fdat biss minn 17.3%. Dawn iċ-ċifri juru illi minkejja kritika u tgergir fuq Facebook, sa issa jidher li Abela qed igawdi minn appoġġ bla preċedent fuq Adrian Delia u allura d-differenza bejn iż- żewġ partiti hija komda biżżejjed biex Abela jġebbed sal-2021 u forsi anke sal-2022, mingħajr ma jipperikola wisq distakk ta' bejn wieħed u ieħor dak fl-2017 jew aktar. L-istat tal-Oppożizzjoni wara snin ta' ġlied intern u attentati biex Delia jitneħħa minn Kap tal-istess partit ħallew l-effett tagħhom fuq il-partit, b'xejra ċara diżastruża fin-numri għal Delia, mhux biss fis-sondaġġi, imma wkoll fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl- 2019 b'telfa ta' aktar minn 42,000 vot u telfa akbar fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. Imma xejn mhu ċert fil-politika, speċjalment bil-Covid-19 Filwaqt illi huwa vera illi l-appoġġ li jgawdi Abela huwa massiċċ, fil-politika xejn mhu ċert speċjalment fid-dawl tal-fatt illi l-Gvern għad għandu żiemel li jista' jisfratta fi kwalunkwe mument: il-Covid-19. Sa issa, minkejja kritika u żbalji relatati mar-relazzjonijiet pubbliċi u messaġġi xi minn daqqiet kunfliġġenti, ir-riżultati ta' Malta fil-ġlieda kontra l-coronavirus ħallew il-frott. In-numri baqgħu baxxi, bħal ma baqgħet l-R Factor - u allura kemm il-marda tittieħed - kif baqgħet ir-rata ta' mortalità. Jidher li sa issa pajjiżna u s-sistema tas-saħħa kienet preparata. Il-preżenza ta' Chris Fearne bħala Ministru tas-Saħħa u s-Supretendent tas- Saħħa Pubblika Charmaine Gauci għenu mhux it biex jibnu immaġini ta' sistema ta' saħħa li tinsab f 'idejn tajbin. Il-PM - jew għallinqas il-perċezzjoni popolari hekk hi - ħareġ inqas kawt, aktar "pożittiv" , anke jekk din il-pożittività xi minn daqqiet kienet tiżgarra mar-realtajiet u l-burdata pubblika u xi kultant deher iktar vulnerabbli għall-żbalji li mexxej politiku ġdid ġeneralment jagħmel fil-bidu tal- karriera tiegħu. Jekk in-numri ta' każi ta' Coronavirus jerġgħu jiżdiedu bil-qawwi - l-attitudni inqas kawta u aktar pożittiva tal-PM taf iddur kontrih, hekk kif ħafna jippuntaw swaba' lejh għall-fatt li huma ħassew illi bħala pajjiż ir-rilassament tal-miżuri kien wisq kmieni. L-effett ta' xenarju ipotetiku bħal dan mhux magħruf, imma jista' jkun dannuż - hekk kif l-elezzjoni ġenerali li jmiss żgur illi se tiċċentra ħafna fuq il-pandemija, il-mod kif il-Gvern ġab ruħu, il-miżuri li ttieħdu u kif il-pajjiż ikun ħareġ minnha u reġa' beda jdawwar ir-rota ekonomika. Jekk l-ekonomija se tibqa' tespandi, il-PM Abela ma jkunx jaqbillu jagħmel elezzjoni din is-sena, imma jistenna sad-dieħla sa meta l-kunfidenza tkun reġgħet bdiet tiżdied, il- poplu jerġa jħossu sigur u finanzjarjament komdu u meta nkunu dorna ċ-ċirku kollu tan-normalità. Jekk (allaħares qatt għal pajjiżna) f 'Ottubru jew Novembru n-numri jerġgħu jiżdiedu bil-qawwi u r-rota ekonomika terġa tibda tiġġammja - bil-konsegwenza li l-qgħad ikompli jerfa' rasu u negozji żgħar - ħerġin diġa' minn kważi tliet xhur magħluqin - ma jkunux jifilħu għal oħra - il- probabbiliità hija li d-data tal-elezzjoni tiġi posposta għal 2022. Elezzjoni kmieni ħafna, f 'Ottubru li ġej, tista' tkun wisq kmieni biex Abela jassigura rebħa rekord hekk kif ħafna negozji u anke ħaddiema jkunu għadhom qed isibu saqajhom. Illum Robert Abela jidher li għandu kważi garanzija li jikseb distakk storiku - akbar minn dak ta' Muscat. Imma għada ħadd ma rah u bil-Covid-19 ix-xenarju - għalkemm xorta favorevoli ħafna għal Abela - xorta jibqa' wieħed volatili ħafna. Jagħmel il-baġit u jerġa jroxx Elezzjoni daqstant kmieni, tfisser illi l-Gvern iċaħħad lilu nnifsu milli jerġa jagħmel baġit ieħor - din id-darba il-propju baġit - fejn jerġa jroxx, jerġa jagħti injezzjoni ta' enerġija lill-ekonomija u jerġa jkollu ċ-ċans illi jipprova l-kredenzjali ekonomiċi tiegħu. Dan dejjem, naturalment, jekk ikun jista' jagħmel dan għax ikun reġa' qiegħed iżid id-dħul tiegħu minn taxxa u VAT, għax l-ekonomija tkun reġgħet bdiet tiċċaqlaq. B'baġit ieħor li jerġa joħloq sens ta' ottimiżmu u li jkun approvat minn ħafna minn dawk li jirrapreżentaw lil min iħaddem u lill-ħaddiema, ikun imbagħad jista' jixgħel il-magni bil-mod, il-mod għal elezzjoni ġenerali f 'Marzu/April/Mejju tal-2021. Il-każ Daphne Caruana Galizia: Art mimlija nasses Naturalment għad hemm il-każ u l-evidenza li qed toħroġ fil-Qorti dwar Daphne Caruana Galizia - evidenza li taf tkun dannuża ħafna għall-Gvern u li tkompli timplika nies bħal Keith Schembri u l-eks Ministru Chris Cardona mal-assasinju. Il-mod kif Abela se jġib ruħu, min se jitlaq, minn se jiġi interrogat u min se jispiċċa Bis-sondaġġi juru lil Robert Abela u lill-Partit Laburista minn fuq bil-kbir, m'hemmx għaġġla għal elezzjoni ġenerali. Imma l-impreviddibilità tal-Covid-19 u l-bżonn ta' mandat ċar jafu jbiddlu kollox Illum Robert Abela jidher li għandu kważi garanzija li jikseb distakk storiku - akbar minn dak ta' Muscat. Imma għada ħadd ma rah u bil-Covid-19 ix-xenarju - għalkemm xorta favorevoli ħafna għal Abela - xorta jibqa' wieħed volatili ħafna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020