Illum previous editions

ILLUM 21 June 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1262261

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2020 analiżi quddiem il-Qorti se tagħmel differenza għalih u għal dak li jidher illi se jkun il- Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid Angelò Gafa'. Sa issa Abela neħħa lill-Keith Schembri minn Chief of Staff u daħħal minfloku lit- tekonokratiku Clyde Caruana - li jżomm sew il-bogħod mill-għajn pubblika u l-kontroversja pero li din il-gazzetta tinsab infurmata illi qed ikun kruċjali f 'termini ta' policy. Neħħa lil Neville Gafa' minn Kastilja, ma ħatarx lil Konrad Mizzi Ministru u neħħieh minn rappreżentant Malti fl-OSCE, li kien poġġieh fil-kariga hu stess. L-eks Kummissajru tal-Pulizija Lawrence Cutajar tneħħielu kuntratt ta' konsulenza li ngħatalu mill-Gvern ta' Abela stess, wara li dan neħħieħ minn Kummissarju tal-Pulizija u l-eks Ministru Chris Cardona kien mġiegħel jirriżenja minn Deputat Mexxej Kollox ma' kollox u b'differenza mill- predeċessur tiegħu - Robert Abela mhu qed iħalli lil ħadd isir wisq ta' mażżra ma' għonqu u kull min b'xi mod - direttament, indirettament, konxjament jew le - qed jiċċappas mal-assasinju ta' Caruana Galizia, jidher li qed jitneħħa jew jingħta l-ġenb. Abela, kuntrarjment għal Muscat, it li xejn qed jagħmel xi difiża għal mażżriet politiċi bħal Cardona, Schembri u Cutajar. Dan jaf inaffar xi it minn dawk li jemmnu f 'sistema fejn 'you stand by your man' - hu x'inhu. U żgur hemm min iħoss li l-fatt li ċerta nies ingħataw il-ġenb qed "ipaxxi lin- Nazzjonalisti." Fil-bidu fil-fatt - anke l-fatt li Abela ħareġ ordni biex il-uri u xemgħat li jikkommemoraw lil Daphne Caruana Galizia minn fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir ma jitneħħewx - kienet dejqet mhux it lil ħafna mill-votanti Laburisti akkaniti. Din l-istrateġija iżda, ċarament, qiegħda u se tkompli tħalli l-frott ma' eluf ta' votanti li anke jekk mhumiex Laburisti jew inkella l-prospett ta' Abela bħala PM għal sitta, seba' snin oħra ma jeċitahomx, xorta jarawh bħala a) alternattiva ħafna iktar rispettabbli u inqas dubjuża minn Joseph Muscat - fil-fatt Abela sal-lum ma jista' bl-ebda mod ikun akkużat b'korruzzjoni u b) alternattiva aħjar minn Adrian Delia. Jekk Abela jibqa' jidher li qed ikun aktar proattiv anke f 'dak li jirrigwarda nies bħal Keith Schembri, hemm fejn l-art mimlija nasses f 'dak li jirrgwarda l-assasinju ta' Caruana Galizia, ma tkunx daqstant perikoluża u jiġri x'jiġri u jiġi min jiġi akkużat, implikat u jkollu dellijiet tqal fuqu jħallieh jegħreq waħdu. Jiġifieri jista' jkun li dan il-każ jaf ma jiddeterminax wisq data ta' elezzjoni ġenerali. Abela għandu bżonn il-mandat tal-poplu Robert Abela sa issa għandu mandat b'saħħtu mid-delegati u t-tesserati tal-Partit Laburista. Imma din mhix biżżejjed u fir- realtà tpoġġieh fuq l-istess binarju tal-Kap tal-PN li għal darba tnejn kien approvat mill-kunsilliera tal-PN u anke mit-tesserati. Abela għandu bżonn mandat ċar u preferibbilment daqs jew akbar minn tal- 2017. Imma għaliex? B'mandat mill-poplu Abela jirbaħ l-awtorita, fil-partit tiegħu u lilhinn għax issa jkollu it-timbru tan-nies u kull ma jagħmel ikollu sens ta' leġittimità assoluta, mhux biss fost eluf ristretti ta' membri tal-partit, imma fost il-maġġoranza tal-poplu. Imma l-aktar raġuni importanti għaliex Abela jeħtieġ li jkollu dan il-mandat huwa sabiex joħoġ minn taħt id-dell tal- predeċessur tiegħu, xi ħaġa li kważi kull Prim Ministru suċċessur ieħor dejjem sab diffiċli biex jagħmel. Karmenu Mifsud Bonnici - li ħa l-Gvern mingħand Dom Mintoff wara l-elezzjoni tal-1983 qatt ma rnexxielu jiddistingwi ruħu wisq minn Mintoff, li baqa' omnipreżenti wara l-1983 b'mass meetings u anke fin- negozjar għar-riforma fil-Kostituzzjoni biex min jikseb il-maġġoranza tal-voti, awtomatikament ikollu l-maġġoranza tad- Deputati fil-Parlament. Mintoff għandu elenku ta' kisbiet ma' ismu fosthom servizzi soċjali, proġetti kbar ta' housing, il-Ħelsien, ir-Repubblika u l-attirazzjoni tal-manifattura lejn il-pajjiż. Il-kisbiet ta' Mifsud Bonnici huma it. Lawrence Gonzi, kien irnexxielu jibni l-immaġini ta' Prim Ministru differenti minn Eddie Fenech Adami, għalkemm b'mod ġenerali l-kisbiet tiegħu dejjem baqgħu taħt id-dell ta' Fenech Adami li kien f 'battalja ma' Mintoff fit-80ijiet, illiberalizza l-ekonomija, taħtu saru fost l-akbar proġetti infrastrutturali (Ajruport, Università ...) tad-90ijiet, welled il-Kunsilli Lokali, beda l-pluraliżmu fix-xandir u kkampanja u daħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea. Fenech Adami rebaħ maġġoranza f 'kull elezzjoni mill-1981 sal-2003, għajr tal-1996 filwaqt li Gonzi rebaħ l-elezzjoni tal-2008 bl-iżgħar distakk fl-istorja politika moderna u fl-2013 tilef bl-akbar (sa dakinhar) distakk fl-istorja. L-akbar kisbiet ta' Gonzi jibqgħu l-mod kif mexxa l-effetti tal-kriżi fil-Libja, f 'Malta u d-dħul ta' malta fiż-żona ewro. Barra minn Malta naraw l-istess xejriet, per eżempju fil-każ ta' Gordon Brown, il- Prim Ministru Laburista li ssuċċeda lil Tony Blair. Jekk Abela jirnexxielu jissupera s-suċċessi elettorali ta' Muscat, jieħu t-tagħlimiet u jaċċetta l-kritika għandu fejn ikun l-ewwel PM suċċessur li fil-fatt ħalla marka daqs jew aktar mill-predeċessur tiegħu. Il-mument li jsaffar is-suffara elettorali se tiddetermina dan għax probabbilment se tkun il-fattur determinanti tal-kobor jew iċ- ċokon tar-rebħa li tagħti lill-Partit Laburista t-tielet ċans li jiggverna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 June 2020