Illum previous editions

ILLUM 12 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1268414

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 12 TA' LULJU 2020 • illum Il-Grupp li dar għall-Kap - l-anatomija ta' Din il-ġimgħa għixna mumenti interessanti ferm hekk kif konsenturi fil-Partit Nazzjonalista kibru u saru theddida għal pedamenti ta' partit ta' 140 sena. Il-Grupp Parlamentari rribella kontra l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn il-membri tal-aktar grupp ta' politiċi fuq fomm in-nies... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din kienet il-ġimgħa tal-Partit Nazzjonalista - ġimgħa illi fiha Adrian Delia ffaċċja l-akbar kriżi politika li qatt iffaċċja dan il-partit fl-istorja moderna. Il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn kif din il-ġimgħa nqasam il- Grupp Parlamentari - biex għall-ewwel darba fi snin kellna żviluppi politiċi inkredibbilment drammatiċi li ħallew Kap tal-Oppożizzjoni mbuttat 'il barra mill-Grupp Parlamentari tiegħu stess. Għal fini ta' din l-analiżi qsamna lill-Grupp Parlamentari fi tliet gruppi differenti. Il-grupp anti-Delia, u allura dawk li l-aktar kontra Delia apertament u voċiferament, il-grupp tan-nofs li kien favur jew huwa kontra imma mhux daqstant voċiferu u l-grupp Pro-Delia. Fil-qosor nagħtu ħarsa lejn kull persuna minn dawn u għalfejn huwa kontra, favur jew fin-nofs. Kontra Delia bil-qawwi Jason Azzopardi - Dan mill-ewwel kien apertament kontrih u apparti intervalli qosra ta' ħidma konġunta, Jason Azzopardi baqa' kontra Delia sal-aħħar. Azzopardi kien għamel l-akkuża famuża illi Delia kien "iż-żiemel ta' Trojja" mill-Partit Laburista, biex dan jassigura li jibqa' jiggverna. Azzopardi huwa qrib ħafna Repubblika u l-familja Caruana Galizia - u ħareġ għonqu bħala wieħed mis-17 Blue Heroes, jiġifieri dik il-lista tad-Deputati li fi kliemu riedu lil Delia 'l barra. erese Comodini Cachia - Din kienet għamlet l-antipatija tagħha lejn Delia ċarissima meta aktar kmieni din is-sena, wara inkwiet simili bħal dan ta' issa, kienet qalet li "l-partit hemm bżonn isiblu mezz biex jitkeċċa". Hija qrib il-familja Caruana Galizia u kienet ukoll waħda mis-17 Blue Heroes. David Casa - Casa kien dejjem meqjus bħala kontra Delia u kien wieħed mill-aktar persuni li ħarġu għonqhom għal Simon Busuttil meta Delia talbu jitlaq mill- Grupp Parlamentari. Biex tgħaxxaq hemm allegazzjoni li Delia kien aċċetta flus biex Casa ma jkunx elett fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Karol Aquilina - Aquilina wkoll huwa qrib ta' Repubblika u tal-familja Caruana Galizia. Minkejja ħidma ma' Delia Aquilina dejjem kien meqjus bħala kontra l-Kap Nazzjonalista bi preżenzi fi protesti dwar ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia, fejn Delia kien jiġi kkritikat (u meta mar ġie mxekkel) bosta drabi Chris Said - Said qatta' ħafna minn dawn it-tliet snin taħt ir-radar mingħajr qatt ikkritika fl-apert lil Delia, li kien ikkontesta kontrih għall-kariga ta Kap tal-PN. Said u Delia kienu qrib xulxin fir-riżultat b'Delia jikseb 52.7% - 'il bogħod mit-tkaxkira li kien hemm min bassar li se jagħti. Finalment Said kien l-akbar sorpriża hekk kif kien hu li mexxa l-vot kontra Delia din il-ġimgħa. Beppe Fenech Adami - Iben l-eks Prim Ministru Nazzjonalista qatt ma kien miuħ wisq fil-kritika tiegħu minn dejjem kien magħruf bħala persuna mhux wisq qrib Delia. Hemm diversi teoriji dwaru u għalkemm ħafna u ħafna inqas dirett, ċar u preżenti fi protesti li fihom jiġi kkritikat Delia wkoll, jissemmew raġunijiet distrettwali u ta' ambizzjonijiet li seta' kellu għat-tmexxija. Mario De Marco - Iben l-eks President Emeritus u eks Deputat PM Nazzjonalist qatt ma lissen kelma fil-pubbliku kontra Delia, forsi għax huwa politiku diplomatiku. Imma xorta ħareġ kontra d-deċiżjoni li jitneħħa Busuttil wara Egrant, kien wieħed mis-17 Blue Heroes u vvota kontra Delia din il-ġimgħa. Ivan Bartolo - Bartolo kien il-persuna li mexxa 'l quddiem vot ta' fiduċja fil-konfront tal-Kap Nazzjonalista fl-istess żmien illi l-partit kien qed isofri minn telf ta' nies permezz ta' riżenji: primarjament Kristy Debono, Clyde Puli, Robert Arrigo - li reġa' rtira r-riżenja - u Mark Anthony Sammut. David ake - Jekk hemm persuna li ħassitha skomda ma' Delia huwa dan. ake irriżenja minn Viċi Sindku tal-PN f 'San Pawl il-Baħar għax ma riedx jaħdem ma' Delia. Sena ilu indika li Delia kien allegatament irċieva flus mingħand Yorgen Fenech biex David Casa ma jkunx elett - parti mir-raġuni għall-għawġ tal-lum. Claudio Grech - L-id il-leminija tal-eks Ministru Austin Gatt ukoll it li xejn qatt esprima kritika fil-pubbliku għal Delia, anzi hu kien persuna li qed tingħata ħafna appoġġ u spazju minn Delia fil-qasam finanzjarju u f 'termini ta' ideat. Sakemm kien qed jinkiteb dan l-artiklu Grech kien imsemmi bħala l-persuna li mistenni jieħu post Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni minħabbha li kien il-favorit tad-19-il Deputat ribell. Roberta Metsola - Metsola m'għamlitx sigriet li kkampanjat għal Chris Said u wriet l-iskuntentizza tagħha dwaru fl-ewwel (u l-uniku sa issa) Mass Meeting li indirizza Delia. Minkejja illi fl-aħħar xhur qagħdet ħafna iktar attenta u kienet qed tidher li qed tfaħħar lil Delia, finalment din il-ġimgħa vvutat kontrih. Claudette Buttigieg - Hija d-Deputat Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u waħda minn dawk is-17-il Deputat li ħaduha kontra Delia aktar kmieni din is-sena fid-dawl ukoll ta' sondaġġi li kienu qed juru numri ħżiena ħafna għall-PN - xhur wara li l-Partit Nazzjonalista tilef elezzjoni tal-Parlament Ewropew bil-kbir.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 July 2020