Illum previous editions

ILLUM 19 July 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1270958

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 27

21 editorjal illum • IL-ĦADD 19 TA' LULJU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt T aħsbu forsi t-tlieta li huma: x'għandhom x'jaqsmu u kif inhu- ma relatati? Faċli. Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar il-kuntratt mal-Vitals Global Healthcare mal-Gvern għall-konċessjoni ta' tliet sptarijiet - li dwaru l-ILLUM qed tagħmel sommarju għal dawk kollha (probabilment kulħad) li ma qarawx ir-rapport (ara paġni 10 u 11) - jikxef l-iskopijiet ħżiena li kien hemm wara dan il-proġett li falla milli jilħaq il-miri tiegħu minn kumpanija li Alla jbierek ġiet iffurmarata sitt ijiem qabel tefgħet ir- rikjesta għall-proposti għall-proġett li kien se jiswa miljuni kbar. Imma allajbierek din il-kumpanija li lanqas Headquarters m'għandha u li ma nafux min huwa l-Ultimate Beneficiary Owner tagħha, li għandu indirizz fil-British Virgin islands (post ieħor qisu l-Panama f 'termini ta' ġurisdizzjoni finanzjarja) u li r-rapport ta' vijabbilità dwarha l-NAO isejjaħ bħala "fqir" - ingħatat tliet sptarijiert pubbliċi għal 99 sena. L-istorja kulħadd jaa issa. Kulħadd jaf li m'għamlu xejn, ta bonus lilhom infushom u meta fallew, minn wara dahar in-nies biegħu l-konċessjoni li huma ma kienux irrispettaw it-termini tagħha lil xi ħadd ieħor. Issa jkollna konferma mill- Awditur li qabel biss ħarġet ir-Rikjesta għall-Proposti - kien diġa' ġie ffirmat ehim bejn il-Gvern u dawk li kienu wara l-VGH għall-istess proġett. Qisu ehmt li x-xogħol se nagħtih lilek minn qabel u mingħajr sejħa pubblika - imbagħad għamilt teatrin sħiħ għat-taparsi se niaħ proċess ġust ta' għażla ta' tenders biex niddeċiedu lil min se nagħtu l-proġett! Adrian Delia tkellem diversi drabi dwar il-VGH u kull darba li tkellem kellu raġun, m'hemmx fejn iddur. Dan kuntratt jinten seba' pesti. Meta tela' l-Qorti Adrian Delia fuq dan il-ehim u qal li għandu jitwaqqa' kellu raġun - issa l-Awditur stess qal dak li qal Delia. Imma allura la ngħata raġun għaliex xorta nemmnu li Adrian Delia, issa kif żvolġew l-affarijiet, għandu jitlaq? B'xi vendetta personali? Għax nippreferu lil ta' kontrih? Għax huwa bniedem kattiv jew ħażin? Xejn minn dan, anzi nemmnu li Delia huwa bniedem twajjeb iżżejjed għall-politika u żgur li din il-gazzetta li nafu li jsegwi, dejjem tatu raġun meta kien hemm bżonn u meta kellu raġun. Il-każ tal-VGH u nuqqasijiet oħrajn tal-Gvern preżenti hija r-raġuni għaliex għandu jikkunsidra sew il-pożizzjoni tiegħu. Ladarba jaf li l-pożizzjoni tiegħu, issa li ġie sfiduċjat minn żewġ organi importanti tal-PN, qed tikkomprometti mhux biss lill-partit imma wkoll lill- Oppożizzjoni u s-saħħa li din tiġġieled lill-Gvern fuq oxxenitajiet bħall-VGH, pero wkoll fuq punti oħrajn, għandu jwarrab. Ladarba jaf illi oppożizzjoni magħquda qaqoċċa biss tista' toffri alternattiva denja u b'saħħitha għall- Partit Laburista u ladarba jaf ben fatt li kemm idum hu Kap - sena, sentejn jew sebgħa - il-partit ma jista' qatt ikun magħqud, mela għandu jwarrab. Ladarba d-dubji li kien hemm u għad hemm fuqu, anke jekk ħafna inqas sejri minn xi kuntratt bħal tal-VGH, qed jimminawlu l-kredibilità fil-ġlieda kontra affarijiet bħall-kuntratt tal-VGH, mela għandu jwarrab. Ladarba jaf illi bih bħala Kap sezzjoni minoritarja imma kruċjali ta' votanti Nazzjonalisti - sejħilhom elitisti, sejħilhom establishment, sejħilhom li trid, huma votanti kruċjali għall- PN - se jibqgħu d-dar jekk jibqa' hu Kap, minkejja oxxenitajiet bħall-VGH, mela għandu bżonn iwarrab. Ladarba jaf illi li jżomm mal-kariga tiegħu tista' fil-futur mhux 'il bogħod tippreġudika lill-Partit Nazzjonalista aktar milli diġa' ppreġudikatu għax joħorġu aktar fatti, chats u stejjer dwaru li hemm verità fihom, mela għandu jwarrab. Hija kważi klixè llum li ngħidu illi l-pajjiż jeħtieġlu oppożizzjoni b'saħħitha. Din il-gazzetta temmen li l-pajjiż mhux oppożizzjoni b'saħħitha għandu bżonn imma Gvern prospettiv, bl-Ingliż nafuh aħjar bħala Government-in-waiting! Illum huwa ċar li Adrian Delia, għandu kemm għandu raġun fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw korruzzjoni u anke forsi meta jitkellem fuq ċerti kwistjonijiet soċjali, ma jista' qatt jifforma dak il-gvern prospettiv li l-pajjiż għandu bżonn u li l-Gvern preżenti għandu bżonn ukoll, ħalli jibqa' "in check". Tistaqsu; Imma jekk jinbidel Delia l-PN se jirbaħ mill-ewwel? Se jikseb lura eluf ta' voti u ġenerazzjonijiet li tilef? Ir-risposta - ovvjament - hija le. Imma Ruma ma inbnietx f 'jum. Il-PN jixraqlu ċ-ċans. Iċ-ċans li jibda mill-ġdid. iċ-ċans - anke jekk il-frott idum ma jinqata' - li jerġa jingħaqad. In- Nazzjonalisit kienu jkantaw 'Nieħdu Ċans' (We take the Chance tad-duo Modern Talking) fid-90ijiet. Qatt daqs illum il-PN m'għandu jieħu ċ-ċans biex jerġa jinbena. U kulħadd - kemm ta' kontra Delia pero' anke Adrian Delia nnifsu - għandu jagħmel l-ispazju neċessarju u jitlef postu jekk hemm bżonn, biex il-PN jieħu iċ- ċans u jerġa jqum fuq saqajh. Adrian Delia, il-VGH u l-bżonn li l-PN jaħtaf iċ-ċans!

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 July 2020