Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

Is-settur tat-turiżmu ffaċċja mewġa ta' kanċellamenti f'Awwissu li ġabitu għarkupptejh. Philip Fenech mill-GRTU u Josef Bugeja mill-GWU jwissu li mingħajr aktar għajnuna diversi negozji se jfallu u oħrajn se jkollhom ikeċċu lill-ħaddiema 08 aħbarijiet IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 • illum 'Xitwa ta' sfidi kbar ... jekk il-Gvern ma jgħinx se jitkeċċew il-ħaddiema' - GRTU u GWU ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Il-Wage Supplement lilhinn minn Settembru, għal ħafna operaturi li jaħdmu fit- turiżmu huwa kwistjoni ta' ħajja jew ta' mewt." Hekk sostna l-President tas-Sezzjoni tat-Turiżmu u l-Ospitalità tal- Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji (GRTU) Philip Fenech ma' din il-gazzetta hekk kif is- settur dieħel bil-mod, il-mod lejn ix-Xitwa b'sorsi jgħidu lill-gazzetta ILLUM li numru ta' lukandi se jgħalqu għal dan l-istaġun, filwaqt li għax-Xitwa wkoll numri ta' ħaddiema se jitpoġġew fuq ġimgħa xogħol ta' tlett ijiem. Il-qagħda ħażina ta' ħafna operaturi fit-turiżmu kienet ikkonfermata - din id-darba mill-ottika tal-ħaddiema - is- Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union Josef Bugeja li qal illi diversi lukandiera li jimpjegaw membri tal-GWU diġa' għamluha ċara "li jekk il-Gvern ma jgħinx se jkeċċu." Bugeja qal illi minn diskussjonijiet li kellha l-union kien hemm numru ta' lukandi li kienu proġettati li se jkollhom okkupanza tajba f 'Awwissu u f 'daqqa dawk il- proġezzjonijiet sfaxxaw fix-xejn, malli n-numri tal-Covid-19 reġgħu żdiedu. Bugeja jfakkar illi t-turiżmu qala' daqqa kullimkien mhux Malta biss. Sorsi mill-Gvern qalu illi - fid-dawl ukoll tal-fatt li din il- ġimgħa l-NSO ppubblika ċifri li juru illi fl-ewwel seba' xhur id- defiċit tela' għal aktar minn €1 biljun - qed isiru diskussjonijiet u qed tittieħed kunsiderazzjoni li tiġi estiża l-għajnuna permezz tal-Wage Supplement lilhinn minn Settembru meta l-iskema mħabbra mill-Gvern tieqaf. Huwa mifhum li l-iskema tal-Wage Supplement kienet kruċjali biex eluf ta' impjiegi setgħu jinżammu fi żmien fejn ħ a f n a negozji ma setgħux jibqgħu jħallsu l-pagi jew il-biċċa l-kbira tagħhom. 'Xhur ta' sfida' Philip Fenech ikkonferma mal-ILLUM li x-xhur tax- xitwa se jkunu "ta' sfida ... se tkun ta' sfida għal bosta lukandiera speċjalment dawk li m'għandhomx operati oħrajn biex jiffinanzjaw it-telf tagħhom mill-operat tal-lukanda. Mingħajr estensjoni tal-Wage Supplement lilhinn minn Settembru se tkun diffiċli. Anke biha se jkun diffiċli biex iżomm lill-ħaddiema," qal Fenech. "Aħseb u ara mingħajrha. Kif aħna bħalissa għall-inqas tipprova tillappazza biex iżomm l-operat." Dwar is- settur tad- d i v e r t i m e n t Fenech sostna illi hawnhekk ukoll hemm min huwa magħluq minħabba r-regoli l-ġodda - bħal clubs, imma jgħid ukoll li hemm ħafna oħrajn li għalqu anke jekk setgħu baqgħu miftuħin. "Kien hemm min - u għandna numru ta' dawn in-negozji fit- turiżmu - minħabba l-capacity tagħhom ma baqax sostenibbli li jibqgħu miftuħin." Fakkar illi l-ajruplani qed iwaqqfu jew inaqqsu t-titjiriet tagħhom għal ħafna postijiet u dan ifisser inqas turisti. 'Jekk jirnexxielna nniżlu n-numri u nżommuhom sostenibbli ...' Intant Fenech qal illi l-għan ta' kulħadd fl-industrija bħalissa jinqasam fi tlieta: L-ewwelnett li jiġu ċċekkjati kemm jistgħu per- suni deħlin f 'pajjiżna, imbagħad l-im- p o r - tanza li l-poplu jibqa' viġilanti u finalment li jitniżżlu n-numri b'mod li jibqgħu baxxi u sostenibbli. Fenech qal li ma nistgħux no- qgħodu nilgħabu 'Snakes and Ladders', filli telgħin u filli neż- lin u għalhekk saħaq illi huwa importanti li apparti li jinżlu n - n u m r i inkunu qed noperaw b'mod li ma jerġgħux jiżdiedu ħafna. "Jekk dan isir u jirnexxiel- na nniżlu l-figuri tal-Covid-19 u nitneħħew mill-listi oranġjo (amber) ikun gwadann kbir," temm jgħid Fenech lill-gazzetta ILLUM. Joseph Bugeja (GWU) Philip Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020