Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 27

14 bijografiji IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 • illum PATRI HERMANN DUNCAN O.CARM Dun Nazzaren Camilleri twieled f 'Tas Sliema fit- 18 ta' Novembru 1906 u tgħammed fl- 20 ta' Novembru, fil- parroċċa ta' Stella Maris minn Ġużeppi li kien jaħdem ta' 'Foreman' mal – Uffiċċju tal-Ilma u ommu Ġanna mwielda Muscat. Kienu joqogħdu fi Triq San Vincenz kantuniera ma' Triq San Nikola f 'Tas - Sliema. Tfulitu ħabtet mal-istess żmien ta' meta waslu s- Salesjani fis- sena 1903 u mexxew l-iskola tagħhom ta' San Patrizju bit - tħabrik tas–Sur Alfons Marija Galea, li fis- sena 1908 bena l- uventus Domus u fis–sena 1910 żied ukoll l-oratorju Salesjan għall- klassijiet tad-Duttrina f 'Tas-Sliema. Fis- sena 1920 twaqqaf l- Istitut Sant Alfons u nfetħet ukoll skola biex jitrawmu l–vokazzjonijiet. F'dik is-sena kien hemm l-ewwel student intern, Dun Ġwann De Giorgio, filwaqt li Nazzarenu daħal ma' studenti oħrajn meta kellu biss 14 il- sena. Kien tifel tajjeb u intelligenti u ta' eżempju meta kien jagħmilha ta' abbati fil–parroċċa ta' Stella Maris skont xhieda ta' Maurice Busietta. Kien iħobb l-festa tas-Salvatur ta' Ħal Lija għax il- ġenituri kienu joqogħdu hemmhekk u kien iħobb ukoll joqgħod għand iz-zijiet. Fl-Istitut ta' San Alfons għamel l-eżami u għadda għall-apprendista fit-Tarzna. Madankollu ħabta u sabta nibtet fih il–vokazzjoni biex ikompli bl–istudju. Is- Salesjani sħabu, Dun Ġwann De Giorgio u Dun Anton Farrugia jiakru fit– tiiriet sbieġ tas-superjuri ta' dak iż-żmien bħal Don Orso li miet fit- terremot ta' Messina tas- sena 1908, Don Allagra li dejjem kien iqassam il–ħelu lit–tfal, Don Virzi u Don Bononcini. Żaren laqtitu mmens dik il-ħajja ferrieħa, bl- attivitajiet ta' ħarġiet u l-palk li kien fl –aqwa żmien tiegħu. Nażżarenu kien ikun diġà jaf il-lezzjoni qabel mal-għalliema kienu jagħtuha. Dun Bononcini kien jieħu lill- Żaren kull ġimgħa lBelt biex jikri il- ilm taċ- Ċine. Fl- aħħar tas- sena skolastika (1920-1921) Don Pietro Stella ħa miegħu liż-żagħżugħ Nazzarenu biex isir aspirant fl-Istitut ta' San Gregorio f 'Katanja fejn baqa' għal ħames snin mill-1921 sas–sena 1926. Fil-bidu għamel it-tielet sena sekondarja msejħa 'Ginnasio', in – novizzjat għamlu fis-sena 1922 u 1923 u fl-aħħar il-professjoni sempliċi fl- 4 ta' Ottubru 1923. Dun Nazzaren għamel proponiment mal–Madonna li dejjem isejħilha Ommu u li qalbu trid tkun dejjem magħquda ma 'Alla, saħansitra waqt id-divertiment fil- logħob mat- tfal tal-Oratorju. Il-kitbiet tiegħu, fid- jarju personali tiegħu, juru l-ħeġġa li kellu lejn Ġesu u Marija u xtaq ukoll li jsir Missjunarju għalkemm ma kellu l-ebda ġibda għal dak ix- xogħol. Wara sena prattika, il-Provinċjal bagħtu jistudja il- Filosofija fl- Università Gregorjana bejn is-sena 1926 u 1929. L- istudenti kienu jistudjaw f 'sular wieħed bla ebda kumdità. Kien jaħdem fl- Oratorju ta' Frascati – Capocroce. Kien jibrilla l- aktar fis-suġġetti astratti tal- Filosofija u t- Teoloġija. Kien jidħol fiddettal fil- it kotba li kien jaqra. Ippreżenta mitt teżi tal-Filosofija u iddefenda t- teżi tiegħu quddiem bord ta' Professuri u eżaminaturi li għamlulu bosta mistoqsijiet tqal. Madanakollu kiseb l-ogħla marka: summa cum laude. Fil- Gregorjana bena l- formazzjoni ta' ħajtu fil-Metafisika lil hinn minn dak li jidher fl-ordni tan–natura. Għamel il- voti perpetwi fil-15 ta' Settembru 1929. Għal sena kien jgħallem il–Filosofija lill- istudenti f 'San Gregorio f 'Katanja. Xi studenti bdew jilmentaw li ma jimux u sofra l-umiljazjoni għax daħal student ieħor li ġie warajh fl-eżami biex ikompli t-tagħlim minfloku. Beda jgħallem il-Latin. L-intelligenza li kellu saret għalih diżgrazzja li waslitu sal-qabar. F'Settembru 1931 beda it- Teoloġija. Fit-tielet sena, Dun Nażżaren ġie ordnat saċerdot fit- 30 ta' Settembru 1934 fl-istess sena meta Don Bosco ġie ddikjarat qaddis fl-1 ta' April 1934. Kellu x-xorti li jkun fil-Vatikan meta l- Papa Piju XI iffirma d-digriet għall-permess taċ-ċerimonja tal- Kanonizzazjoni. Sar saċerdot f 'Malta fit-30 ta' Settembru 1934, mill-Isqof Dom Mauro Caruana OSB fil- kappella tal-oratorju f 'Tas - Sliema. Fis–7 ta' Ottubru qaddes l-ewwel quddiesa fil-parroċċa ta' Stella Maris. Fl-aħħar kien irringrazzja lill-ġenituri tiegħu, lill-qraba u lis-Sur Alfons Marija Galea għall-opra kbira tal–Istitut Alfonsan. Hu kien l-ewwel wieħed li sar saċerdot minn dan l-Istitut. Wara l- eżami mar fil-Provinċja ta' Sqallija, iżda r –Rettur Maġġur, Don Ricaldone, bagħtu fid- dar ta' San Caristo li beda jilqa' l-istudenti mill-Italja ta' isfel kollha, biex jibda jgħallimhom u ħatru ukoll bħalha kunsillier jew prefett tal-istudji. Kien għalliem, Kap u student fl– istess ħin, bejn l- 1935 u l- 1937, fejn kompla ukoll bit-tħejjija għad- dottorat.. Kellu jagħmel bosta tiix biex jifformula it-teżi għal quddiem il- bord tal- eżaminaturi biex ikun ippreperat biex jiddefendiha. Kien bniedem ta' dixxiplina mal-kjerici u sab diffikulta biex irawwem l-istudenti li stmerrew is-serjetà tiegħu. Fis–sena 1936 Don Ricaldone talab lill-Papa Piju XI biex jagħraf lill-istudentat ta' Turin li jagħti l- Lawrji (Teoloġiċi) u għalkemm sabha bit-tqila, fl- aħħar tal- kunsens billi rrefera il- kwistjoni f 'idejn is- seminarji u l- istudji Ekklesjastiċi. Fil- bidu tas-sena Skolastika 1936-37, l-Istitut Don Bosco ta' Turin beda jissejjaħ "Species Facultatis" li l-ewwel direttur tiegħu kien Don Ġennaro. Ħadem fuq it-Teżi tiegħu tad-dottorat biex jitkixxef kif qalb il- bniedem hekk dgħajfa tista tingħaqad ma' Alla fis- sema. Il- ħsieb ta' ħajtu issawwar biss fuq il- viżjoni Beatifika. Patri Filograssi, Ġiżwita, mexxieh fit-Teżi tiegħu iżda biex jevita l- istrapazz li kull darba joqgħod jivjaġġa bejn Turin u Ruma, is-Superjuri tiegħu nagħtuh f 'Ruma. Wara li temm it- teżi, taha lill-bord tal- eżaminaturi li damu sitt xhur jistħarġuha. Fil–15 ta' Ġunju 1940 ddefenda it- TeżI u fit-18 ta' Ġunju irċieva r- riżultat: summa cum laude. Peress li Dun Żaren kellu Passaport Ingliz, il-Gvern Taljan internah. Wara l-Gwerra, is- superjuri reġgħu daħlu l-istudenti f 'Turin u Dun Nazzaren sar Professur tad–Domma u l-Liturġija u Dekan tal-Fakultà tat- Teoloġija fl-Università Pontifiċja Salesjana. Fis-sena 1945 – 1946 għamel id- diskors tal-uħ tas- sena akkademika fuq is-suġġett favorit tiegħu, jiġifieri il- viżjoni beatifika u baqa' jgħallem sas- sena 1954. L- istudenti bosta drabi ħabtuh u kiddewh. Għalkemm kien iebes mall-istudenti, kien jaf juri ukoll ol- ħniena għax kellu qalb kbira. Fis-sena 1954 ma baqax id-Dekan għax beda jgħallem fl- Istitut tas-Sorijiet Awżiljatriċi ta' Ulied Marija. Bejn is-snin 1965 u 1973 twaqqfet l–Università Salesjana f 'Ruma u kellu jħalli x-xogħol f 'Turin biex imur mal-ewwel studenti. Kidditu wkoll il-bidla fl-ewwel snin ta' wara l-Konċilju Vatikan II għax il-Knisja bdiet ċċedi ċerti prinċipji u f 'Ruma nibtet mentalità u formazzjoni differenti. Innota tibdil fil-formazzjoni u fix –xogħol akkademiku, madankollu kellu ubbidjenza kbira lejn il-Knisja. F'Mejju 1966 Dun Nazzaren sofra minn attakk tal-qalb. Hu miet fl–1 ta' Marzu 1973 u fit-2 ta' Marzu għamel il-funeral tiegħu Don Luigi Ricceri ir-Rettur Maġġur. Hu midfun fiċ-ċimiterju ta' Ġenzano qrib Ruma. Salesjan Malti li kien intelligenti ħafna u għallem fl-aqwa universitajiet ta' Ruma

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020