Illum previous editions

ILLUM 30 August 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-Manifest tal-Killer Daqs ħmistax-il sena wara Fid-daħla tiegħu għar-rumanz Il-Manifest tal-Killer Mario Azzopardi kien iddeskriva dan it- test bħala "dokument esplussiv", "letteratura speċifikament anarkika" u "l-ewwel rumanz strettament anarkiku". F'din id-daħla li tagħti ħarsa fil-qosor lejn sforz simili li saru matul l-istorja tal-letteratura tagħna, Azzopardi għaldaqstant jgħodd lil dan ir-rumanz – mingħajr ebda riżerva – bħala pass ulterjuri fir-ribelljoni letterarja Maltija. Madankollu maż-żmien, kif żgur taf tajjeb, tfaċċaw awturi lokali oħrajn illi mxew bis-sod fuq dawn il-passi. Uħud minnhom għamlu ħafna ħoss u ġieli saħansitra seħħilhom iċaqalqu ċerti realtajiet. Għaldaqshekk, taħseb illi tabilħaqq kien hemm il-ħtieġa – daqs ħmistax-il sena wara – li dan ir-rumanz jerġa' jiġi ppubblikat? Bl-istess raġunament nistgħu nieqfu nippubblikaw u nistampaw il-kotba kollha wara l-ewwel edizzjoni, għax kollha b'xi mod jew ieħor jiġu segwiti minn kotba oħra. Qisek qed tgħidli li wara l-Koran kien messna waqafna milli nippubblikaw il-Bibbja. Id- deċiżjoni dwar jekk ktieb ikollux jiġi ppubblikat mill-ġdid jew le tiġi fil-parti l-kbira ddeterminata mill- esiġenzi tas-suq: il-pubblikatur jemmen illi wara ħmistax-il sena xorta għad hawn domanda għalih. Jemmen ukoll illi r-rumanz huwa tajjeb u li ta' min jaqrah – għalkemm dan il-valur dejjem jiġi, b'xi mod jew ieħor, sottomess għar- regoli tas-suq. Fl-aħħar mill-aħħar kull ktieb irid jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu. Il-mistoqsija waħdanija li tinteressani hija dik li nagħmel lill-qarrej: kif laqtitek din l-istorja u x'veritajiet qaltlek? Mhux għalija biex ngħid, imma wieħed jista' jara jekk ir-rumanz ħalliex xi impatt fuq il-kitba li ġiet warajh jew fuq il-pubblikaturi. Il-vjaġġ ta' dan ir- rumanz huwa Odissea fiha nfisha: minn pubblikaturi li għoġobhom imma beżgħu joħorġuh, għal ċensura fuq ir-radju u fil-libreriji pubbliċi, għal dramm imtella' fin- Notte Bianca u issa edizzjoni ġdida mal-Merlin. Jekk xejn Il-Manifest ta prova soda ta' dak illi kien ippriedka daqs ħmistax-il sena ilu: ir-ribelljoni u l-persistenza jibqgħu dejjem ħwejjeġ meħtieġa sabiex jitwettqu l-affarijiet illi nemmnu fihom, l-iżjed fil-battalja kontra l-istaġnar konservattiv u reazzjonarju. Fl-2006 Il-Manifest tal-Killer qajjem bosta kontroversji. Dik il-ħabta il-gazzetta Illum ikkummentat li r-rumanz "jaħraq wisq għall-Università". Fr Joe Borg kien ilmenta li "ċertu diskors fir-rumanz seta' jikser provvedimenti tal-Awtorità tax-Xandir". Ġie ċċensurat mill- istazzjon tar-radju tal-Università Campus FM u saħansitra ma kienx qed jitħalla joħroġ mill- librerija pubblika. Ġie skartat għalkollox ukoll mill-ġurija tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb – episodju li sintendi kien wassal għal bosta battibekki fil-ġurnal MaltaToday. Il-biċċa mbagħad donnu mietet fuq ommha. Iżda ftit snin wara mbagħad ġiet f 'idejna l-istorja Li Tkisser Sewwi t'Alex Vella Gera, bil-kjass kollu li qajjem miegħu dan l-episodju kurjuż. Dik id-darba madankollu kien sar sforz kollettiv – fost theddid ta' pieni ta' priġunerija, ma ninsewx – sabiex jinbidlu l-liġijiet li jirregolaw iċ-ċensura fuq l-arti f 'pajjiżna. Bħala kittieb illi ftit qabel kont ġarrabt ħwejjeġ xi ftit jew wisq simili, kif kont ħassejtek bis-suċċess illi nkiseb mill-attivisti kontra ċ-ċensura? Għaliex taħseb illi din il-battalja ma saritx qabel? Taħseb li Il-Manifest tal-Killer seta' kellu rwol u sehem sinifikanti f 'din il-bidla? Nemmen illi Il-Manifest tal- Killer beda jimbotta l-affarijiet u jgħin jikxef il-fusien tal-poter fejn kienu joqomsu l-elementi reazzjonarji. Li Tkisser Sewwi serviet bħala l-ġobna li sfurzat lill- far joħroġ mit-toqba ħalli jiżvela ruħu fid-disgustaġni kollha tiegħu. Dak iż-żmien ir-Rettur tal-Università Juanito Camilleri għamel rapport lill-pulizija. L-Avukat Ġenerali Peter Grech mbagħad iktar ħarqitu qalbu għal novella fuq gazzetta studenteska milli għall-oxxenitajiet kriminali li saru taħt ir-reġim ta' Joseph Muscat. Tajjeb li nfakkru li uħud minnhom saħansitra wasslu biex inqatlet Daphne Caruana Galizia. Mhix koinċidenza li kellha tkun proprju l-Università ta' Malta li tintervjeni kontra l-ktieb tiegħi u l-kitba t'Alex Vella Gera. Meta tqis illi l-enfasi – anki akkademika u intellettwali – hija fuq il-kontinwità tas-sistema, in- nepotiżmu u l-korruzzjoni morali, tiem għaliex dik l-istituzzjoni li suppost tippromwovi l-ħsieb ħieles fil-verità ntużat biex issikket lill-awtur. Paradossalment, il-bidla fil-liġi seħħet taħt ir-reġim ta' Joseph Muscat. Dan il-paradoss interessanti ħafna: l-amministrazzjoni probabbilment l-iżjed korrotta fl-istorja politika tagħna kellha wkoll l-iżjed aġenda liberali fir- rigward tal-liġijiet taċ-ċensura, tad-drittijiet tal-omosesswali u tal-libertajiet ċivili. F'ċertu sens Muscat ifakkarni fl-Iżrael: l-iżjed pajjiż progressiv fil-Lvant Nofsani jekk tkun omosesswali jew transesswali, iżda l-aqwa li m'intix Palestinjan. Jekk int Palestinjan mela lanqas dritt għall-ilma m'għandek. Muscat mexxa dawk id- drittijiet illi, mad-daqqa t'għajn, ma kellhomx potenzjal ovvju li jwaqqfu l-pjan djaboliku tiegħu u ta' dawk ta' madwaru li jirkbu rikba fuq Malta u jħaxxnu bwiethom fil-Panama u f 'Dubaj. Jekk inti omosesswali kwiet, nagħtuk id-dritt li tiżżewweġ. Iżda jekk inti ġurnalista li tikxfilna l-borom, intajruk – letteralment. M'ilux f 'intervista għas-sensiela Taħt il-Qoxra stqarrejt ma' Rachel Deguara li wieħed mill- fatturi ewlenin illi kien nebbaħ il-kitba ta' dan ir-rumanz kien il-fenomenu tal-pluraliżmu fix-xandir. Irrimarkajt illi b'mod speċifiku kellek f 'moħħok din il-mistoqsija: fir-rivoluzzjoni diġitali, kif ser iġibu ruħhom iċ-ċittadini Maltin wara tant u tant snin ta' monopolju fix- xandir lokali? X'ser jagħmel biha dina l-libertà ġdida? Il- karattru ta' Mario Brincat donnu jippersonifika din id-dilemma: jittanta jesprimi ruħu ġaladarba issa seta', iżda mbagħad fl- aħħar mill-aħħar ma jgħid xejn ġdid, tant illi jtenni biss l-ideat ta' ħaddieħor. Nasal ngħid li dan il-karattru jirrappreżenta għadd kbir ħafna ta' persuni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 30 August 2020