Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1283579
17 letteratura illum • IL-ĦADD 30 TA' AWWISSU 2020 li tajjeb jew ħażin għandhom ħabta jikkummentaw fuq kollox permezz tal-mezzi tal- midja soċjali. Fis-sew, tinnota li forsi saru xi avvanzi notevoli f 'dar-rigward minn żmien il-pubblikazzjoni tar-rumanz Il-Manifest tal-Killer? Ngħid għalija saħansitra kultant nasal ngħid – mhux biss fil-kuntest lokali – li akkont għamilna pass 'il quddiem u tnejn lura. L-idea ċentrali tal-Manifest kienet ibbażata fuq il-mistoqsija dwar kif ser iġibu ruħhom iċ-ċittadini malli jingħataw mikrofonu miuħ biex jgħidu li jridu, wara snin ta' ċensura u informazzjoni ċentraliżżata. F'dan is-sens għaqqadt il- pluraliżmu tal-bidu tad- disgħinijiet, bl-istazzjonijiet Maltin tar-radju jfaqqsu f 'daqqa, mal-isplużjoni tal-internet lejn l-aħħar tal-istess deċennju. Għax għalkemm fl-istorja tagħna dawn huma ġrajjiet differenti ħafna, kienu simili fl-idea promettenti ta' empowerment li marret żmerċ. Marret żmerċ għax għal darb'oħra, din l-opportunità li nfetħet bl-internet u bil-midja soċjali nħatfet mill-elementi tas- suq ħieles kapitalist illi qerdet liċ-ċittadini billi ġabithom biss konsumaturi. Tgħid x'tgħid fuq Facebook jew Twitter ser jintuża minn erba' kumpaniji li jiġbru kulma nxandru fuqhom ħalli jdawruh fi flus. Il-forzi tas-suq jafu tajjeb illi mhemm xejn iżjed potenti mill-gratifikazzjoni istantanja tal-ego. L-att tal-kreazzjoni sar esklussivament medjatiku u istantanju. Is-selfie huwa eżempju prim ta' kif it-trivjali, l-irrelevanti u l-marġinali jsir ir-raison d'etre tal-eżistenza tagħna fuq il-midja soċjali. Mill-Homo Sapiens imxejna għall-Homo Selfie – il- bniedem li r-relevanza kollha ta' ħajtu tinġabar f 'li jieħu ritratt tiegħu nnifsu fil-latrina jew fuq il- Kilimanjaro, mal-Papa jew mal- ħabiba, fuq xi missjoni ma' tifel Afrikan ħdejn bir jew mal-banda tar-raħal fil-festa ta' xi qaddis tal- kartapesta. L-isfond u l-kuntest ma jfissru xejn – li jimporta huwa d-diffużjoni tal-immaġni tiegħu nnifsu u r-rikonoxximent istantanju bil-likes u x-shares ta' nies irrelevanti oħra daqsu li fl-aħħar mill-aħħar iservu biss biex tinġabar iżjed informazzjoni kummerċjali, sabiex insiru konsumaturi aħjar. Minkejja dan kollu, mill-banda l-oħra, xorta waħda għad hemm l-aspett iżjed deċentralizzat illi jwassal biex protesta fi pjazza ssir rivoluzzjoni (bħalma rajna fir-Rebbiegħa Għarbija), biex każ ta' ċensura u persekuzzjoni nsiru nafu bih mill-ewwel u fejn possibbli tittieħed azzjoni, biex attivist iwassal il-messaġġ tiegħu waqt li qed jiġi arrestat. B'xorti tajba dawn huma wkoll parti mill-esperjenza tal-midja soċjali li jagħmluha wkoll teatru ta' reżistenza u attiviżmu li jimbuttaw il-linji tal-kontroll u tal-poter. Ngħiduha kif inhi: movimenti bħal MeToo u BlackLivesMatter ma setgħux ikunu possibbli mingħajr il-midja soċjali. Matul din l-intervista ferm f 'waqtha rreferejt għall- programm ta' diskussjoni popolari Xarabank. Bħal ħafna oħrajn esprimejt is-sogħba – saħansitra b'referenzi għat- teoriji tal-ħassieba meedjatiċi Neil Postman u Marshall McLuhan – li l-iżjed programm segwit fil-gżejjer Maltin kien l-ikbar kontributur għall- banalizzazzjoni tad-diskors politiku, ċiviku u intellettwali fil-pajjiż. (Parenteżi ċkejkna: inċidentalment u ironikament snin ilu sirt midħla ta' dawn il-ħassieba proprju bis-saħħa ta' Fr. Joe Borg.) Ftit tax-xhur wara ħarġet l-aħbar pjuttost sensazzjonali li l-istazzjon nazzjonali mhux ser jibqa' jxandar dan il-programm. Bosta membri tal-inteliġensja laqgħu din l-aħbar b'sodisfazzjon liema bħalu. Ngħid għalija qatt ma kont segwaċi ta' Xarabank, iżda f 'dan l-istadju ma nemminx illi l-waqfien tal-programm bilfors ser jimmarka t-tmiem tal- medjokrità fix-xandir nazzjonali. Lanqas biss jien konvint illi għandna ninterpretaw din id-deċiżjoni bħala xi tentattiv konxju favur xi titjib fil-livell tad- diskors pubbliku f 'pajjiżna. Ma nafx għala, bla ma ridt, dak il-ħin ġiet f 'moħħi dika l-mistoqsija rikurrenti tar-rumanz A Clockwork Orange t'Anthony Burgess: "What's it going to be then, eh?" Min-naħa tiegħek, anke bħala l-kittieb ta' dan ir-rumanz u iżjed u iżjed bħala osservatur edukat tad-dinamiċi tal-midja, x'kienet l-ewwel reazzjoni tiegħek malli smajt din l-aħbar? Bħalek m'għandi ebda fiduċja, la fit-tmexxija tal-PBS u wisq inqas tal-pajjiż. Wara 23 sena jipproduċi l-iktar programm segwit fuq l-istazzjon nazzjonali, Peppi Azzopardi għandu raġun jistaqsi għar-raġuni wara d-deċiżjoni li jitneħħa. U anki aħna għandna dritt għal spjegazzjoni – aħna x-shareholders tal-PBS, dan huwa l-istazzjon tagħna u mhux tal-partit fil-gvern. Għaldaqstant jafuna spjegazzjoni għal kull deċiżjoni li jieħdu. Il-kritika tiegħi lejn Xarabank minn dejjem kienet dwar it- trivjalizazzjoni ta' kollox – f 'ċertu sens Xarabank kien il- predeċessur tal-midja soċjali fejn l-opinjoni tiegħi dwar iż-żraben, il-Covid-19 u l-ħass għandha l-istess valur daqs ta' Charmaine Gauci. Peppi għandu l-ħila jġiegħel poplu sħiħ jiddiskuti, ngħidu aħna, ir-razziżmu jew il- kundizzjonijiet atroċi fil-ħabs, u qabel ma nkunu spiċċajna l-argument – dejjem fil-qosor ħa mmorru għar-riklami – jeħodna niddiskutu l-iħirsa u l-pastizzi. Peppi jaf jikkomunika, jaqra l-udjenza tiegħu aħjar minn kull preżentatur ieħor. Huwa wkoll kreatura tat-teatru – jaf l-elementi kollha tad-dramm u kif iżomm l-udjenza. Iżda l-ossessjoni bil- popolarità u n-numri tal-udjenza m'għandhomx ikunu l-valur ewlieni ta' xandar pubbliku. Ovvjament trid li l-programm jarawh in-nies, imma għalija l-punt kollu li programm bħal dak jixxandar fuq ix-xandir nazzjonali huwa li jħalli impatt siewi fuq id-diskors pubbliku, li jeħodna lil hinn mit-tribaliżmu partiġjan u sterjotipiku. Xarabank irnexxielu jpoġġi ħafna kwistjonijiet importantissimi fuq l-aġenda nazzjonali bla ma bidel jew issuġġerixxa ebda alternattiva għall-modi primittivi ta' kif drajna niddiskutuhom. Dan dejjem kien il-qofol tal-kritika tiegħi lejn dan il-programm. Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jiftaħ djalogu ma' Karl Schembri – il-kittieb tar-rumanz Il-Manifest tal-Killer. Id-diskussjoni tiftaħ billi tistħarreġ ir-relevanza u l-ħtieġa tat-tieni edizzjoni ta' dan "l-ewwel rumanz strettament anarkiku" Malti fi żmienna, proprju daqs ħmistax-il sena wara l-ewwel pubblikazzjoni tiegħu. Saliba jistaqsi wkoll jekk dan ir-rumanz "jaħraq" setax kellu rwol fil-bidliet li kienu saru ftit snin wara fil-liġijiet taċ- ċensura f'pajjiżna. Id-diskussjoni mbagħad ddur fuq l-effetti fejjieda u inqas fejjieda tal-miġja tal-midja soċjali u fuq l-aħbar reċenti dwar it-tneħħija tal-programm Xarabank mill-iskeda tax-xandir nazzjonali