Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
13 intervista illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 il-ħabsin ġewwa u titrattahom tal-Ħabs messu jistħi' bħalna, ma hemmx differenza. L-Integrazzjoni tista' sseħħ imma? Iżda din il-gazzetta tfakkru illi hemm bosta li jgħidu illi dawn ġejjin min kultura wisq differenti minn tagħna u allura huwa diffiċli li jintegraw. Azzopardi iżda mhux impressjonat b'dan l-argument lanqas. "Mhux kulħadd ikun lest jintegra, vera. Imma aħna x'qed nagħmlu biex inkunu attivi fl-integrazzjoni? Jiena naf min integra u qiegħed f 'kunsilli ta' skejjel, parti mill-festi, jarma fil-Milied ..." Dwar dan is-suġġett itemm ifakkar li anke Maltin li jagħmlu ħruxijiet hawn ui jgħid illi minkejja li fil-każ ta' attakk fuq mara barranija l-Belt kien hemm min mill- ewwel weħħel fil-barranin, wara rriżulta li l-agressur kien Malti. Huwa jisħaq li n-nies jesprimu mibgħeda lejh, anke min xtaqu mejjet, qed jitlobhom biex jiltaqgħu u ħafna drabi ikun hemm realizzazzjoni, "li la jiena ma jiena monstru u lanqas huma." 'Jiena ma nemminx fil-kastig' Induru fuq kwistjoni oħra li Peppi Azzopardi jaqla' ħafna kritika dwarha: Il- priġunieri u d-drittijiet tagħhom. Kien jiġi akkużat illi jagħti wisq attenzjoni lilhom u mhux lill-vittma. Matul l-intervista jgħid 'jiena ma nemminx fil-ħabs'. Jiġifieri ma jemminx li għandu jkun hemm xi ħaġa li tipprevjeni milli jsir ir-reat bħal qtil jew serq - bħat-teħid tal-libertà? "Jiena ma nemminx fil-kastig. Imma iva xi ħadd li qatel huwa perikolu' għalih u għas-soċjetà." Huwa jieħu l-eżempju ta' Daniel Muka, l-Albaniż akkużat bil-qtil ta' Christian Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski. "X'nagħmlu għax moħħna fil-kastig? Bdejna l-każ, iddiferejna l-każ u tfajnih fuq bail biex jirrepeti l-istess reati. Ara kieku, mal-ewwel darba li tressaq akkużat b'serq skatta proċess li permezz tiegħu tim inter-dixxiplinarju jara u jiem għalfejn qed jisraq - jekk hux għax kleptomaniku jew biex isostni l-vizzju tad- droga." Huwa jgħid illi kieku dan seħħ "probabbli dan ma kienx allegatament jisraq u joqtol." Huwa jsemmi lil Liam Debono, akkużat b'attentat ta' qtil tal-Pulizija Simon Schembri u jfakkar li dan kien tressaq il- Qorti ħames darbiet qabel, fosthom, għax saq bla liċenzja. "Ħames darbiet ta! Ma stajniex naraw għalfejn dal-ġenn għall-karozzi? Ma stajniex naraw x'kien hemm ħażin u nagħtu alternattiva? Inħallih juża simulator, mela ... kieku Liam Debono ma ħoloqx lil Simon Schembri." Huwa qal illi f 'każi fejn minkejja li tittieħed il-libertà, xorta l-persuna ma titgħallimx u ma tinbidilx għandhom jitpoġġew f 'dak li sejjaħ "sptar soċjali" fejn dawk li jkunu żbaljaw jimu dan, jaħfru lilhom infushom u jekk serqu jroddu lura dak li serqu lill-vittma. 'Messu jistħi d-direttur tal-ħabs ...' Peppi Azzopardi f 'dan il-punt jaqbeż fuq id-direttur tal-Ħabs Alexander Dalli u ma tantx jirriżerva kliem ta' tifħir għalih: "Messu jistħi d-direttur tal-ħabs. Kull min jidħol il-ħabs jiddaħħal f 'Diviżjoni 6 - diviżjoni kkundanata u li kellha tingħalaq - u dan biex ibeżżawhom mal-ewwel." Peppi Azzopardi jisħaq illi minkejja li "id-direttur tal-Ħabs neħħa d-droga, ma neħħiex il-bżonn li jieħdu d-droga dawk li qegħdin fil-Ħabs." Huwa staqsa kemm kien hemm nies li joħorġu mill-ħabs "bil-borża f 'idejhom", kemm kien hemm priġunieri li l-ewwel persuna li ċemplu wara li kienu ilhom xhur ma jieħdu droga kien lid-dealer u staqsa kemm minnhom spiċċaw b'overdose jew kellhom jiddaħħlu lura. "Is-suċċess mhux li żżommhom fil-ħabs u tittrattahom ta' żibel imma li ma jerġgħux jidħlu lura l-ħabs. Il-ħabs kif inhu mmexxi llum mhux jitratta lin-nies ta' bnedmin." F'anedottu ieħor Azzopardi jgħid li lilu u lil Mandy darba serquhom tlieta minn nies u ħadulhom kollox - sa hairdryer - minħabba d-droga. Huwa jgħid illi ltaqa' magħhom u wieħed mill-akkużati mar programm tal-Caritas u llum għandu familja. "Mhux aħjar hekk minflok tajnieh il- kastig?' Mill-Cash for Cancer għall-Istrina Induru fuq l-Istrina - attività b'għan nobbli li għamlet ħafna ġid. Imma ma jħossx li mbagħad inbidlet f 'lotterija ta' rigali u tilfet mis-sens tagħha? "Ma nara xejn ħażin li ċċempel jew tagħti karità u tirbaħ. Meta tmur Rockestra, mhux hekk jiġri? tagħti għall-karità u tmur tara x-show? L-August Moon Ball mhux l-istess?" Jammetti iżda li bdiet tidher wisq f 'punt minnhom li qisha lotterija u festa. "Ara jiena ridt inserraħ rasi li l-Istrina tibqa' għaddejja wara li ma nibqax jien u għalhekk tlabt lill-President Emeritus George Vella biex jeħodha f 'idejh permezz tal-Malta Community Chest Fund. Kont tlabtu wkoll biex jikkunsidra li ma jibqax jagħti rigali ħalli jaraw hux vera li n-nies kienu qed jagħtu biss minħabba r-rigali. Fil-fatt, minkejja li r-rigali twaqqfu, l-ammont miġbur fl-Istrina baqa' jiżdied sena wara oħra. Peppi jmur lura fiż-żmien u jiakar kif bdiet il-mixja tal-Istrina u jfakkar kif kollox beda meta l-eks Chairman tal-PBS Sylvana Cristina kien laqqgħatu ma' Maria Bugeja tal-Cash for Cancer u kienet saret ġabra li kienet suċċess kbir. 'M'inix populist, imma l-populiżmu nużah' Resqin lejn it-tmiem u ma nistax ma mmisslux mas-suġġett ta' Xarabank - il- programm popolari li wara aktar minn 20 sena twaqqaf mill-PBS. Ta' sikwit Peppi jiġi akkużat li huwa populist. Kif jirreaġixxi meta jakkużawh b'dan il-mod? "Kieku jiena populist nieħu l-pożizzjoni li nieħu fuq l-immigranti? Jew fuq il- ħabsin? Populist xi ħadd bħal Trump jew Salvini ..." Azzopardi jgħid iżda illi hu jużaħ il-populiżmu biex jagħmel suġġetti li mhumiex popolari, popolari. Hu jsemmi kif minkejja li lilu ma jogħġbuhx ir-reality shows, uża l-istess riċetta bi skop - per eżempju darba laqqa' nies flimkien biex jieqfu jpejpu u min ipejjep jitkeċċa mid- dar u darba oħra tpoġġa grupp ta' nies f 'dar - min hu kontra id-dħul ta' Malta fl-UE, min huwa favur u dawn riedu jikkonvinċu lil dawk li kienu indeċiżi. "Qrajt li l-PBS se jieħu sitt miljun ewro. Jiena nispera li dawk il-flus imorru għand programmi li se jarawhom in-nies għax wara kollox mhux kull programm li jarawh in-nies huwa tajjeb imma biex programm ikun tajjeb iridu jarawh in-nies. Aħna wara kollox fil-midja tal-massa qegħdin." Peppi jgħid illi ikun xi jkun is-suġġett, "anke jekk ikun il-balet li ma naf xejn dwaru jiena nagħmlu interessanti." L-imħabba! U finalment. X'inhu l-legat li jixtieq iħalli warajh Peppi? "Jiena nixtieq li nkun żrajt l-imħabba, li hija wara kollox is-soluzzjoni ta' kollox - ħlief għall-mard u l-mewt. Jekk inkun żrajt l-imħabba ma' dawk li ltqajt magħhom u dawk li kienu jaħdmu miegħi inkun ferħan se ntir.