Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
21 editorjal illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt N har is-Sibt l-aġenzija ta' kreditu Standard and Poor's ippubblikat ħarsa ekonomika lejn Malta li hija - kif wieħed jistenna - negattiva, pero' li fiha xaqq ta' dawl u tama. Kif jaf kulħadd turisti m'hawnx jew jekk hawn huma f 'numri żgħar ħafna. Dan diġa' jfisser illi l-ekonomija se tieħu daqqa kbira - mhux biss is-settur li direttament jopera fit-turiżmu iżda dawk l-eluf ta' fornituri li jgawdu mit-turiżmu u li bħalissa qed jiġġieldu biex jissopravivu u forsi jagħmluha sas-sena d-dieħla mingħajr ma jfallu. Għal bosta negozji x-xhur li ġejjin se tkun battalja: Jew kemm, kemm jgħixu jew imutu! Setturi oħrajn bħall-kostruzzjoni, dejjem skont l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA), sejrin tajjeb ukoll fiċ-ċirkostanzi. Il-konsum pubbliku minkejja li żgur illi għadu ħafna inqas mis-sena l-oħra ra titjib. Il-Bank Ċentrali ta' Malta qal, għal-Lulju, li l-kunfidenza fost il-konsumaturi tjiebet b'mod gradwali minn April (-15.8) għal Lulju (-3.3), għalkemm baqgħet fin-negattiv. Mhux l-istess fir-rigward ta' ħwienet fis-settur tal-bejgħ bl-imnut (retail) u l-kunfidenza f 'dan is-settur. Din kienet diġa' ta' żero u kompliet nieżla għal -53.6 f 'Lulju, ibbażat fuq kif qed jaraw in-negozju għat- tliet xhur li ġejjin u mill-assesjar tan-negozju tax-xahar ta' qabel. Fl-2018 il-kunfidenza kienet pożittiva u tlaħħaq it-8.2 punti u fl- 2019 laħħqet l-4.2 punti. Din il-ġimgħa wkoll l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem ħarġet rapport illi fih, fost oħrajn, turi kif 38% biss ta' min iħaddem qed jgħid li mhux se jżid it-tkeċċijiet tal-ħaddiema fit-tliet xhur li ġejjin filwaqt li 19% wieġbu illi se jżidu. Intant, 43% għadhom indeċiżi hux se jkeċċu ħaddiema jew le fl-aħħar xhur tal-2020. Standard & Poor's tgħid illi l-ekonomija se tiċkien bi 8% filwaqt li d-defiċit mistenni jiżdied għal 8.7% tal-Prodott Gross Domestiku, ferm 'il bogħod mis-surplus u s-suċċessi ekonomiċi li kien qed jagħmel il-pajjiż qabel il-pandemija. Iżda r-rapport ta' Standard & Poor's qed ibassar li tliet fatturi se jwasslu biex l-ekonomija jkollha fejqan b'saħħtu u biex tal-inqas id-daqqa ma tkunx daqstant kbira: L-ewwelnett, it-tnaqqis tad-dejn tal-pajjiż matul is-snin, biex minn 69% tal-Prodott Gross Domestiku niżel għal 43%. It-tieni; se jgħin ukoll il-fatt li l-Gvern naqqas id- defiċit - id-differenza bejn kemm idaħħal flus pajjiż u kemm joħroġ pajjiż. Kif nafu fl-aħħar snin Malta kienet qed tagħmel surplus u dan allura għen biex meta l-Gvern beda jiekol, kien qed jieħu flus minn kaxxa mimlija mhux kaxxa bil-minus. U fl-aħħarnett l-aġenzija ssemmi il-miżuri li ttieħdu waqt il-pandemija - b'mod speċjali l-Wage Supplement li għenet mhux it biex ma jintilfux impjiegi. Żgur illi dan kollu għandu jagħtina it tama li m'aħniex ħażin daqs kemm inħossu li qegħdin u li wara kollox verament kellna finanzi fis-sod. Gvern Laburista, jekk għandu bosta nuqqasijiet li dan l-editorjal jitkellem dwarhom b'mod skjett, daqstant ieħor għandu preġji; l-ewwel u qabel kollox l-immaniġġjar ekonomiku ta' Malta. U jekk kien hemm bżonn ċertifikat ta' dan kien propju dak tal-S&P. Miċ-ċirku tal-assurd! Ilbieraħ is-Sibt il-kampanja tal-Partit Nazzjonalista waqgħet fl-assurd. Anzi f 'assurditajiet li ma jitwemmnux. Il-kjass kollu inqala' wara li Adrian Delia ddikjara lbieraħ bħala 'jum iswed għall-Partit Nazzjonalista'. Wieħed malajr kien jaħseb li ma tħalliex jitkellem jew jikkampanja jew li kien hemm xi attakk vjolenti fuq il-Partit Nazzjonalista, bħalma kien jiġri snin ilu. Jew forsi xi attakk fuq il-persuna ta' Delia nnifisha. Le, xejn minn dan! Kien sempliċiment il-fatt li wara għaxart ijiem bl-iskeda ċara tar-radju tal-Partit Nazzjonalista, jiġifieri li lbieraħ filgħodu kellu jitkellem Adrian Delia għal nofs siegħa fil-11:00 a.m u Bernard Grech fil-11:30 a.m., Delia lbieraħ ma qabilx u deherlu li jrid jitkellem fil-11:30 a.m bħala Kap tal-Oppożizzjoni u bilfors irid jitkellem f 'dak il-ħin. Iktar tard il-Kummissjoni Elettorali tal-PN qalet li lil Delia saħansitra offrietlu kwarta ħin aktar minn Grech, minħabba li hu Kap tal-Oppożizzjoni. Imma hu ma riedx. Jew fil-11:30 a.m jew xejn! Delia jeħtieġ joqgħod attent li b'għemilu ma jagħtix l-impressjoni li donnu ma jridx jilgħab il-logħba bil-ġust u jidhirlu li jista' jqum filgħodu u jiddeċiedi li hu u hu biss jitkellem! U sopra corna bastonate jekk ma jiħux li jrid imur jgħid li xi ħadd qed jipprova jagħlaqlu ħalqu u li "jum iswed għall-PN". Xi ħadd ta' stoffa u ta' fibra morali, preferibbilment ħabib tal-qalb ta' Delia għandu jiġbdu fil-ġenb u jtarraflu f 'widnejh biex ma jwaqqax lilu nnifsu u lill-Partit Nazzjonalista għaż-żuett u ma joħloqx kwistjonijiet għalxejn f 'partit diġa' mkisser bil-firda! Għandu punti tajbin fuq xhiex jikkampanja jekk irid u jekk ta' madwaru juruh. Xi ħadd - jekk hemm xi ħadd wara kollox - li għandu farka rispett lejn Adrian Delia fil-partit għandu jgħidlu! Ċeritifikati ekonomiċi u assurditajiet tat-tfal!