Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
22 opinjoni IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Dun Anġ Seychell Rebaħ l-egojiżmu fl-Unjoni Ewropea Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth I r-rivista ta' kull ġimgħa FAMIGLIA CRISTIANA li ġġib id-data tas-26 ta' Lulju 2020, fl-ewwel paġna tagħha kiteb l-ekonomista Taljan Leonardo Beccheti. Fil-kitba tiegħu għamel twissija dwar l-Unjoni Ewropeja. Qal li bħalissa din l-Unjoni tinsab imhedda mill-egoiżmu, li bl-ebda mod ma għandu jissejjaħ għaqal!—imma xeħħa ma' dawk il-pajjiżi membri li jeħtieġu l-għajnuna finanzjarja biex jagħmlu tajjeb għal eluf ta' ħaddiema li qed jisfaw bla xogħol u jeħtieġu n-nifs finanzjarju min-naħa tal-gvernijiet. L-Olanda Il-perċimes ta' dan l-egoiżmu huwa Mark Rutts, ta' 53 sena, prim ministru ta' l-Olanda li qed jagħmel minn kollox biex inaqqas ir-Recovery Fund li biha l-Unjoni Ewropeja qed tgħin biex pajjiżi bħal Malta u l-Italja jirkupraw mill- qagħda ekonomika li jinsabu fiha; basta huma fl-Olanda jibqgħu jagħtu x-xbiha ta' (kważi) ġenna fiskali. Kien il-prim ministru Pollakk li għajjar lill-prim ministru Olandiż "raġel xħiħ" għax ma jridx jaqsam ma' sħabu fqar il-ġid li jgawdi pajjiżu! Hemm pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja li jippreferu d-'dumping' tal-prodotti tagħhom f 'dawk il-pajjiżi fejn ix- xogħol f 'kontinenti oħra huwa mħallas inqas, fejn l-ambjent mhux mogħti l-importanza mistħoqqa u fejn il- prodotti ta' l-Ewropej mhumiex intaxxati ħafna. Hemm ukoll interessi elettorali f 'ċerti pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropeja. Ċerti pajjiżi li qed jopponu l-kobor tar- Recovery Fund qed jagħmlu minn kollox biex it-taħdidiet dwar il-kobor jew it-tnaqqis f 'dawn il-fondi ma jirnexxux ħalli jiksbu l-voti ta' dawn iċ-ċittadini li jippreferu d-dumping f 'pajjiżi foqra milli jagħtu sehemhom għall-fejqan ta' dawk sħabhom fl-Unjoni Ewropeja li qed isofru b'mod perikoluż mill-pandemija tal-Coronavirus. Self flok għotja Is-sinjali juru li dawn il-pajjiżi xħaħ qed jirnexxilhom tgħaddi tagħhom. Sirna nafu li Malta se tkun fost dawk il-pajjiżi li se jingħataw il-għajnuna taħt forma ta' SELF u mhux GĦOTJA. Se nkunu mdejnin ma' l-Unjoni Ewropeja b'tali mod li llum jew għada se nkunu obbligati nħallsu lura l-flus li se jaslu għandna bħala self, u li fil- Budget irridu noħorġu minn ġewwa biex nagħmlu tajjeb għaliħ. Populiżmu Dil-politika hija għamla oħra ta' populiżmu li refa' rasu fil-pajjiżi ta' l-Ewropa tal-Lvant imma li issa qed ikun imitat minn ċerti pajjiżi fil-Punent. Hawn min dal-populiżmu qed isejjaħlu patrijottiżmu. Jiena nsejjaħlu EGOIŻMU għax qed igib fix-xejn l-idea ta' għaqda bejn dawk il-pajjiżi li suppost issieħbu fl-Unjoni Ewropeja! Waħda hi l-għażla ta' Malta - taħdem u titħabat, għax mhix ħaġa ħafifa biex tinbena l-fiduċja, il-koperazzjoni u s-solidarjeta'. l-ekonomista Leonardo Beccheti temm igħid li l-għażla iebsa tas-solidarjeta' hi l-aħjar għażla biex il-forzi tagħna u l-enerġiji tagħna jiksbu s-sens l-iżjed profond għala ninsabu fid-dinja, Min jibni fuq il-firda mhux biss jagħmel ħsara imma qed jagħżel in-naħa żbaljata tal-ħajja. X'għamlu erba' żgħażagħ Fl-istess ħarġa tal-FAMIGLIA CHRISTIANA dehret paġna ta' Don Antonio Mazzi, benefattur kbir taż- żgħażagħ li jkunu ngidmu mill-vizzju tad-droga. Don Mazzi faħħar 4 żgħażagħ li, minflok qagħdu jpaċpċu, kif iseħħ ħafna drabi fil-palazzi tas-setgħana, iddeċidew li flimkien jagħmlu xi ħaġa li biha jagħtu servizz lil sħabhom żgħażagħ. Aqtgħu x'għamlu? Iddeċidew, avolja għadhom fil-klassijiet tal-Liċeo, li jsewwu bla ħlas 'tablets' jew pc użati ħalli jagħmluhom mill- ġdid tajba biex jerġgħu jintużaw!. Jisimhom Emanuele, Jacopo, Matteo u Pietro, ilkoll studenti tal-form 6 tal-Liċeo. (ritratt) Wara li faħħarhom, DonMazzi qallhom li waslet is-siegħa tagħhom għax moħhom mhux imħassar mill-kliem jew paroli tal-politiċi, ta' l-ideloġija li qed twassal lil ħafna fi triqat marbuta mal- qliegħ tal-flus. Dawn iż-żgħażagħ qed jiskopru d-dinja tad-demokrazija li tirrendi n-nies indaqs fil-valuri. Kull min hu ċkejken għandu jiskopri xi ħaġa li biha min hu qrib tiegħu jibda jgħix aħjar!