Illum previous editions

ILLUM 13 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

Il-Kappillan b'fama ta' qaddis li miet mingħajr sold taħt rasu għax qassam kollox lill-foqra u lill-prostituti 23 bijografiji illum • 13 TA' SETTEMBRU 2020 K arlu Manche twieled il-Belt fit- 22 ta' Settembru, 1905. Kien iben il-magħruf oalmologu Charles Manche u kellu sitt ħutu. Karlu ggradwa fil-Liġi Kanonika fis- sena 1926 u kiseb id-Dottorat fid-Divinità fis-sena 1928 fl-Università ta' Malta. Fit-22 ta' Settembru 1928 meta kellu biss 23 sena ġie ordnat saċerdot fil-Konkatidral ta' San Ġwann. Iċċelebra l-ewwel quddiesa fil- Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, magħrufa bħala tal–Ġebla ġewwa l-Gzira. Rebaħ Scholarship fl-Università Gregorjana Pontifiċja ġewwa Ruma u wara sentejn ħa dottorat fil-Filosofija. Wara li ġie lura Malta l-Arċisqof Dom Mawro Caruana OSB ħatru Kurat fil-Gzira u prefett tad-dixxiplina ġewwa s-Seminarju. Kien bniedem mogħni b'tagħrif u kellu għerf kbir u kien jaf jitkellem bl-Ingliz, it-Taljan, il-Franċiz, il- Ġermaniż, l-Ispanjol u l-Ebrajk. Kien ukoll mużiċista li kien jaf idoqq l-orgni, il-vjolin, il- kitarra u l-obwe. Kien predikatur famuz, kwalita li kien jattribwixxi lill–predikatur Franċiz l-Isqof Jacques Bousset (1627 – 1704). L-istil tiegħu kien kwiet u konvinċenti mingħajr ma' jisħet u jbeżża' bin- nar tal-infern. Kellu vuċi pjaċevoli aġġustata mal-isfond tal-mużika. Manche kien kappillan fil-Parroċċa tal- Madonna tal–Ġebla fil-Gżira għal–15-il sena mill-1935 sas-sena 1950. Stinka biex jikkumbatti l- faqar u l-prostitutzzjoni u bix- xogħol ħabrieki tiegħu rnexxielu jnissel fama tajba fil–parroċċa tiegħu. Qassam dak kollu li kellu lill-fqar u ħalla impatt qawwi fuq l-parruċċani, għax meta sar Kappillan fit-12 ta' Marzu 1935, sab biċċa xogħol iebsa minħabba li l-Gzira kienet magħrufa bħala Strada Stretta oħra għas- Suldati Inglizi li kienu Malta. Fil-fatt kien jaħdem ħafna fost il-prostituti u anke kien jgħinhom finanzjarjament bil-għan li dawn jibdlu ħajjithom u jħallu dik il-ħajja. Ħafna qisuh bħala saċerdot qaddis, u ħalla effett fuq bosta nies bl-għemejjel ta' ħniena, bl-imħabba, bis- sabar u sentimenti nobbli. Kien mogħni b'dawn il-karatteristiċi bil-kotra, u wassalhom lill-diversi nies ta' kull kulur, razza u twemmin. Bosta barranin talbuh l-għajnuna u saru kattoliċi. Miet f 'faqar kbir iżda bosta baqgħu jiakruh f 'qalbhom, minħabba l-imħabba u l-fidi profonda li kellu. Il–parruċċani tiegħu u bosta nies oħra huma l-aqwa ċertifikat tat-tjubija li kien mogħni biha, u fil-funeral tiegħu attendew bosta ministri tal-Assemblea Leġislattiva (il-Gvern, l-ispeaker, rappreżentanti tal- gvernatur, l-Arċisqof u Awtoritajiet oħra). Miet fl-età żgħira ta' 45 sena, u kull ma kellu kienu 5 xelini. Wieħed resident kbir fiż-żmien kien iddeskrivih bħala wieħed mill-aqwa kappillani li qatt kellha Malta. Il-foqra u dawk li kienu neqsin mill- ħtiġijiet tal-ħajja, ħassew li tilfu missier, iżda rebħu qaddis ġdid fis-sema għax għalihom kien mudell bħall-Kurat ta' Ars, Ġwann Maria Vianney, li hu l-qaddis Patrun tal– kappillani. Is-Sur A.Turnham li ħaddan il- Kristjaneżmu Kattoliku stqarr li kien mogħni bil-kelma, b'sens kbir ta' altruwiżmu, u mħabba profonda li tibqa tissemma' għal dejjem. Ħafna rawh bħalha suċċessur ta' San Karlu Borromeo li wettaq riformi kbar fil-Knisja ta' Milan u kien għen lill-Knisja fiż- żminijiet diffiċli. Il-ħajja Spiritwali radikali tiegħu ssawret fuq l-għaqda perfetta li kellu mal-Imgħallem Ġesu. It–tiira tal-umiltà profonda tiegħu, l-imħabba tal-proxxmu u l-faqar li kellu huma l-virtuwijet ewlenin biex jiġi ddikjarat qaddis. Kien tabilħaqq missier il-foqra, ir-romol, l-ommijiet waħedhom u l-morda. Wara mewtu sabu li kellu biss żarbun iswed mqatta' għax kif spjegat, matul ħajtu, kien qassam kollox lill-fqar, kif kiteb Mons. Arturu Bonnici dwaru, fil-ktejjeb ta' Christus Rex, fejn qal li Karlu Manche minħabba dak li wettaq f 'ħajtu jistħoqlu l-premju dejjiemi. Ħa ħsieb ukoll il-parruċċani tiegħu meta waqgħu l-ewwel bombi fuq il-Gżira fil- 11 ta' Ġunju 1940 għax il–vapuri navali Inglizi kienu ankrati fix-xatt ta' Marsamxett. Il- kappillan talab għall-parruċċani u għenhom biex isibu refuġju f 'imkejjen oħra anqas ta' periklu f 'Malta. Kien qisu ġeneral jaħdem lejl u nhar li qatt ma ħalla l-parroċċa iżda kien jieħu ħsieb dawk li ma kellhomx fejn joqogħdu, dawk feruti, u talab għall-ikel għal dawk li ma kellhomx x'jieklu u kien iservi wkoll fil- Victory Kitchen. In-neputi tiegħu, Dr Louis Manche, darba qal li zijuh ma kienx laqa' talba biex jorganizza riċeviment għal Gvernatur li xtaq iżur il-parroċċa tal- Gzira, għax ħass li l-flus li kellhom jintefqu setgħu jintużaw għal kawża aktar ġusta tal-għajnuna lill-dawk fil-bżonn. Wettaq bosta ħidmiet pastorali f 'din il-parroċċa billi għadda sigħat twal iqarar, jipprietka, iżur il-morda, u jgħallem il- Katekiżmu lit–tfal u kien ta servizz tal- merħla afdata f 'idejh. Darba fil-11 ta' bil-lejl, wieħed raġel ħabbatlu l-bieb tad-dar parrokjali għax ried iqerr u it wara, l-għada stess, Dun Karlu sar jaf li dak kien miet fil-paċi mal-Ħallieq. Kellu appostolat ieħor mal-Protestanti, bħall- Beatu Nazju Falzon biex dawn isiru Kattoliċi. Kien jagħmel ukoll l-eżerċizzi Spiritwali għal-Kleru. Din il-qdusija tiegħu kisibha billi kien jgħaddi bosta sigħat jitlob quddiem is- Sagrament. Il-festi li kien iħobb l-aktar kienu Corpus Domini u l-Qalb ta' Ġesu. Kellu mħabba kbira lejn il-Madonna tal- Karmnu u l-Ordni Karmelitan. Darba talab permess biex jingħaqad mal-Karmelitani, iżda l-Arċisqof ma tahx il-permess għax qallu li kellu ix-xogħol siwi ta' Kappillan li kien għadu ma temmx. Hu għadda għall-ħajja ta' dejjem wara ħajja qaddisa u eżemplari ta' saċerdot nhar it- 18 ta' Novembru 1950. J'Alla l-kawża tiegħu tingħata spinta mill– Awtoritajiet tal-Knisja. Patri Herman Duncan Il-Funeral tal-Kappillan Karlu Manche

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 September 2020