Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
24 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Matul dawn l-aħħar snin, il- Belt Valletta għaddiet minn riġenerazzjoni. Bosta proġetti taw lura s-sens ta' kburija lill-belt. Hemm aspettattiva li l-belt malajr qed terġa' issir post fejn tgħix u fejn il- kultura, il-gastronomija, l-arti, d-divertiment u l-ospitalità jikkonverġu, u jibdluha f 'destinazzjoni attraenti. Madankollu, wieħed mill-iktar proġetti nobbli li għaddejjin bħalissa fil-kapitali huwa r-restawr u r-riabilitazzjoni tar-refettorju l-qadim, li jinsab fil-kunvent tal-Franġiskani fi Triq Ursula. Permezz tal-appoġġ finanzjarju mill-Awtorità tal-Ippjanar, qed isiru xogħlijiet li jinsabu fl-aħħar fażi tagħhom, biex il-post jinbidel F'Soup kitchen, post ta' tama għal persuni li qed jgħixu mbegħda mis-soċjetà. Il-proġett, li qed jiġi amministrat mill-Ordni Franġiskana, se jipprovdi post ta' serħan għal nies li qed ibatu fis- skiet. Minbarra li joffri lil dawn in-nies b'ikla kuljum u bżonnijiet oħra, l-post se jipprovdi wkoll lil dawn l-individwi appoġġ u kura, speċjalment għal dawk li jbatu minn problemi relatati ma' saħħa mentali. Il-post ifittex li jagħti ċans lin-nies li huma esklużi mis- soċjetà, sabiex jerġgħu jiksbu d-dinjità tagħhom. Il-proġett jinkludi sala bħala żona tal-ikel, kċina, uffiċċju, kamra għal ħażna, kamra tal-ħasil u faċilitajiet għall-konvenjenza pubblika. La darba miuħa, is- 'soup kitchen' se topera tlett ijiem fil-ġimgħa, iżda eventwalment tespandi l-operazzjonijiet tagħha għal ħamest ijiem fil-ġimgħa. Permezz tal-Fond għall- Ippjanar tal-Iżvilupp (DPF) fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar, il-proġett ingħata s-somma ta' €303,000. Il-Perit Vincent Cassar, Chairperson tal-kumitat responsabbli minn dan il-fond qal, "Dan il-proġett ikompli juri l-impenn tal-Awtorità, li tappoġġja proġetti għall-pubbliku li jfittxu li jtejbu l-ħajja soċjali tar-residenti fi kwalunkwe lokalità. Dan il-proġett, li huwa l-idea ta' Fr Marcellino u l-Ordni Franġiskana, iservi mhux biss bħala post għal nies li qed jitħabtu biex jieklu ikla diċenti, iżda joffri żmien prezzjuż biex jirrilassaw, fejn iħossuhom sikuri u komdi u li huma parti minn komunità. Dan huwa proġett nobbli. " Il-Fond għall-Ippjanar tal- Iżvilupp ġie stabbilit fl-2017 u matul l-aħħar snin ġew iffinanzjati aktar minn €13-il miljun fi proġetti komunitarji madwar il- Gżejjer Maltin. Dan il-fond mexxa proġetti li huma ta' natura soċjali, flimkien ma' proġetti li jsebbħu żoni urbani għall-benefiċċju tal- komunità residenzjali. F'Ġunju 2020, l-Awtorità tal- Ippjanar wessgħet l-ambitu tal- Fond bħala mezz biex tħeġġeġ kunsilli lokali, NGOs u korpi oħra biex jipproponu proġetti innovattivi ta' Green and Blue Infrastructure fiż-żoni urbani tagħna. Il-kundizzjonijiet ta' finanzjament huma vantaġġjużi għal proġetti li jippromwovu ekoloġija sostenibbli, s-saħħa tal-komunità u viżjoni għal suċċess fit-tul. Ġie introdott ukoll finanzjament biex ikopri pjanijiet ta' manutenzjoni għal ħames snin. Il-Fond għall-Ippjanar tal- Iżvilupp jiġi ffinanzjat minn diversi sorsi differenti, b'sors ewlieni jkun il-multi tal-parkeġġ fit-toroq meta tkun ser issir binja ġdida u ma jkunx hemm biżżejjed parkeġġ. Il-Planning Gains jiffurmaw ukoll parti mil-fond, fejn żviluppatur ta' xi żvilupp ġdid jiġi mitlub jagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-inkonvenjenza li ġiet ikkawżata fil-lokalità fejn iseħħ l-iżvilupp. Barra min hekk, proporzjon tad-dħul jiġi iġġenerat minn applikazzjonijiet għar- regolarizzazzjoni tal-iżvilupp. Il-kontribuzzjoni hija allokata lill-lokalità fejn ingħata l-permess għall-iżvilupp, biex dan jintuża fuq proġetti li jtejbu l-faċilitajiet tal-komunità u spazji miuħa. Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.pa.org.mt Is-Soup Kitchen Franġiskana, proġett iffinanzjat mill-Awtorità tal-Ippjanar, mistenni jiġi inawgurat dis-sena L-opportunità għal ikla b'dinjità