Illum previous editions

ILLUM 13 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 27

05 aħbarjiiet illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 Id-determinazzjoni u l-għatx għat-tama elettorali Oppożizzjoni/Prim Ministru - mhumiex il-kwistjoni li proabbilment tinsab fuq moħħ kważi kull tesserat. Ftit xhur (jew madwar sena) qabel elezzjoni ġenerali l-Partit Nazzjonalista jinsab fit-triq ta' niżla gravi li tant hi kerha li tista' tkissru, tifirdu jew saħansitra tbiddlu kompletament minn kif nafuh illum. It-tesserati se jfittxu salvauomo! Xejn aktar u xejn inqas! Wieħed irid jiem li l-għatx għall-bidla, hija riżultat tal-għatx għall-voti li l-Partit Nazzjonalista ilu jitlef aktar minn 10 snin. Wara rebħa ċkejkna ta' 1,500 vot fuq il-Partit Laburista fl- 2008, il-Partit Nazzjonalista sofra umiljazzjoni elettorali wara oħra bl-akbar waħda tkun fl-2019 u s-sondaġġi jindikaw li jekk issir elezzjoni bħalissa b'Delia bħala Kap it-telfa tkun akbar. Fl-2009 il-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew b'35,431 vot, fl-2012 il-Partit Nazzonalista tilef l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ( mhux kollha - grupp ta' lokalitajiet) b'maġġoranza ta' madwar 15,000, imbagħad tilef l-elezzjoni ġenerali tal- 2013 b'distakk ta' 35, 107. Imbagħad kien elett Simon Busuttil Kap tal- Partit Nazzjonalista. Fl-ewwel test - fl- elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2014 il-PN tilef b'distakk ta' 33,677 vot, fl-2015 fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tilef bi 11,200 vot (mhux il-Kunsilli Lokali kollha) u finalment fl-2017 il-Partit Nazzjonlista - flimkien mad-Deputati tal-PD f 'ismu - tilef b'distakk ta' 35, 280 vot. Imbagħad kien elett Adrian Delia fl-2017 stess. Sentejn wara, fl-ewwel test tiegħu Delia tilef l-elezzjoni tal- Parlament Ewropew fl-2019 b'distakk rekord ta' 42,656 vot. Fl-istess jum saru l-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali kollha ta' Malta u Għawdex (għall-ewwel darba), bil-Partit Nazzjonalista jitlef b'distakk ta' 47,116-il vot. Il-PN tilef, fost l-oħrajn, il-Kunsilli tal-Belt Valletta u s-Siġġiewi, għall-ewwel darba u reġa tilef lokalitajiet bħal Birkirkara, Mellieħa, Mosta, Tal-Pietà, l-Imsida u San Pawl il-Baħar - kollha lokalitajiet tradizzjonalment b'maġġoranzi Nazzjonalisti. Hija f 'din ir-realtà elettorali li wieħed irid jikkunsidra wkoll s-sondaġġi li ilhom minn wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew juru lill-partit isofri minn tnaqqis u l-fiduċja f 'Delia tinżel għal taħt l-20%. Fil-fatt ir-rata ta' fiduċja f 'Delia għal din l-aħħar sena qatt ma qabżet l-20% u saħansitra kienet biss 11% fl- aħħar sondaġġ. Dan ifisser li s-sens ta' entużajżmu fil-PN hu tant baxx - jekk mhux noneżistenti u dan tant kien ċar mill-fatt illi fi tliet snin sħaħ Delia lanqas biss seta' jimmobilizza attività tal-massa waħda. Din għenet fil-perċezzjoni illi l-partit huwa diżorganizzat u li fi ħdan l-għeruq m'hemmx ħeġġa. Dan jikkumpara aktar ħażin mal- fatt illi l-għaqda Repubblika li prattikament għadha kif twaqqfet immobbilizzat folol, xi drabi kbar, u ħadet f 'idejha l-ġlieda kontra l-Gvern Laburista ta' Muscat. Wieħed ma jistax jissottovaluta s-saħħa u l-qawwa tar-rieda u x-xewqa ta' ħafna votanti Nazzjonalisti li quddiem żbalji, tnaqqis fil-popolarità u xhieda kerha ħierġa fil-Qorti fil-konfront ta' Joseph Muscat u Keith Schembri, il-PN jagħmel passi sinjifikanti fost l-elettorat. Huwa periklu reali ħafna fil- fatt illi d-distakk bejn il-partiti jiżdied b'tali mod li jagħti saħħa leġiżlattiva eseġerata lill-Partit Laburista u minn naħa l-oħra jdgħajjef lill-PN sal-punt li ma jkunx jista' jirkupra. Għalhekk wieħed ma jistax jissottovaluta l-fatt li minkejja li forsi jkun hemm punti fejn tesserat ma jaqbilx ma' Grech jew inkella fejn iħoss li l-proċess elettorali huwa sfurzat fuqu ladarba fl-2017 ivvota lil Delia, xorta jagħżel lil Grech sforz il-qagħda preżenti tal-partit.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 September 2020