Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
04 analiżi IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Dak li qed nissottovalutaw? Id-determinazzjoni Hemm dak li jiġi ssottovalutat, jiġifieri li ma jingħatax biżżejjed valur u fit-tiġrija fil-PN dawn huma: Id-determinazzjoni ta' Delia speċjalment meta jkun minn taħt u minn naħa l-oħra l-għatx qawwi ta' ħafna Nazzjonalisti biex il-PN joħroġ mill-fondoq elettorali ikrah li jinsab fih... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Meta tissottovaluta lil xi ħadd jew xi ħaġa inti tagħti valur inqas lil dik il-persuna jew dik is-sitwazzjoni, mill-valur veru tagħha. F'din l-analiżi tal-lum se naraw kif qed jiġi ssottovalutat Delia u kif qed jiġi ssottovalutat ukoll Grech - forsi minn barra mill-partit u minn dawk li mhumiex qegħdin fiċ-ċentru tal- ħidma tad-Dar Ċentrali. Fir-rigward tal-Kap kurrenti se nagħtu ħarsa lejn l-abilità tiegħu li jissopravivi minkejja li jkun fil- qiegħ jew inkella jekk ikun taħt it- toqol ta' ħafna kritika. Adrian Delia huwa dak li bl-Ingliż jissejjaħ survivor. Minn naħa l-oħra fir- rigward ta' Bernard Grech naraw kif jista' jkun qed jiġi ssottovalutat l-għatx qawwi li hemm fost bl- għeruq tal-Partit Nazzjonalista għall- bidla mis-sitwazzjoni e l e t t o r a l m e n t mwiegħra li jinsab fiha. Delia: Kważi f 'kull ċirkostanza baqa' jqum mid-daqqa. Imma issa? Adrian Delia mhux l-ewwel darba li kellu jiffaċċja sfida li kienet tidher illi se tgħerrqu politikament. Mill-infanzja politika tiegħu, meta kien għadu biss kandidat għall-kariga ta' Kap Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia ppubblikat storja illi fiha allegat - u kien ikkonfermat - illi kellu kont f 'Jersey (ġurisprudenza li mhix trasparenti) u li minn dan il-kont għaddew flus allegatament minn ċirku ta' prostituzzjoni f 'Soho, Londra - immexxi minn żewġt'aħwa Maltin. Delia kien qal li dan kien Client Account u li l-flus ma kinux għalih. Iżda Caruana Galizia ma waqfitx hemmhekk. U daret fuq diversi nies li dak iż-żmien kienu qed jikkampanjaw għal Delia - każi li seta' kellhom il-Qorti u l-karattru tagħhom. Iżda minkejja dawn l-akkużi u dellijiet Delia rebaħ. Waqt li kien Kap Nazzjonalista Delia sofra minn l-akbar telfa li qatt sofra partit politiku f 'Malta mill- gwerra - meta tilef l-Elezzjoni tal- Parlament Ewropew b'distakk ta' it aktar minn 42,000 vot u f 'isem il-PN reġgħu kienu eletti Roberta Metsola u David Casa, filwaqt li Frank Psaila li kuntrarjament għal dawn it-tnejn kien magħruf sew li qed jappoġġja lil Delia, baqa' l-art. Iżda fl-istess waqt Delia tilef l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali b'distakk pjuttost umiljanti ta' it aktar minn 47,000 vot. Qamu l-irwiefen u sar vot ta' fiduċja f 'Delia fil-Kunsill Ġenerali u mill-ġdid Delia rebaħ. Adrian Delia - kienu żvelaw rapporti fuq il-midja - kien qed jiġi investigat fir-rigward ta' ħasil ta' flus fuq l-akkużi ta' Caruana Galizia u hawnhekk reġgħu qamu l-irwiefen, imma Delia baqa' f 'postu. Saħansitra filmati ta' argumenti privati li kellu ma' uliedu u dak il-famuż rekording fejn jgħajjar lil Clyde Puli kif ukoll fejn qed jinstema' jgħajjar lil bintu spiċċaw daru mal- whatssapp. Dan fl-istess żmien li se jissepara minn martu u fl-istess żmien li parti minn xhieda tal- istess familja spiċċat mxerrda fuq il-Whatssapp ukoll. Minkejja li anke hawnhekk qamu l-irwiefen, Delia baqa' Kap. Delia kien - it biss wara li kienet ippubblikata l-konklużjoni/ sommarju tar-rapport Egrant - keċċa lill-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil mill-Grupp Parlamentari għax qal li kien ibbaża l-kampanja Nazzjonalista tal-2017 fuq gidba - kważi l-istess kliem ta' Muscat. Din ħolqot ribelljoni fil-Grupp Parlamentari - bil-maġġoranza tad-Deputati jibqgħu ma jaħfrux lil Delia għal dan il-pass bla preċedent. Delia baqa', iżda d-deċiżjoni tiegħu kellu jreġġaha lura. Delia kien - fil-vera sens tal- kelma - umiljat minn oħt Daphne Caruana Galizia quddiem il- maar tal-ġurnalista fil-ħoġor tal-Monument tal-Assedju. Delia sofra umiljazzjonijiet simili f 'attivitajiet tal-massa ta' Repubblika meta bosta drabi Simon Busuttil, Jason Azzopardi u oħrajn kien jaqilgħu applawsi kbar filwaqt li Delia kien jaqla' indifferenza jew saħansitra tgħajjir. U finalment Adrian Delia qed ikun akkużat li hu - permezz ta' Pierre Portelli - allegatament irċieva €50,000 jew madwar minn Yorgen Fenech, ir-raġel li qed ikun akkużat illi kien il-moħħ wara l-qtil ta' Caruana Galizia. Din l-allegazzjoni indikaha l-ewwel David ake, dakinhar ma kienx għadu sar Deputat Nazzjonalista, irrepetiha fix-xhieda Melvin euma u ta d-dettalji mill-ġdid tagħha f 'xhieda ġuramentata Keith Schembri - li kien ħabib kbir ta' Fenech. Schembri kien qal li Portelli kien imur il-lobby tal- Portomaso u minn hemmhekk jiġbor €20,000 kull darba - flus mogħtija minn Fenech. Qal li darba sa dam jistenna siegħa għal dawn il-flus. Imbagħad, meta kien diġa' magħruf li Fenech huwa sid ta' 17 Black u wara li Delia kien qal li qatt ma kkomunika ma' Fenech irriżulta li fil- fatt kien hemm komunikazzjoni fuq il-whatssapp bejn it-tnejn. F'każ minnhom biex Delia u Fenech imorru jieklu, b'Delia allegatament jgħidlu li Pierre Portelli se jirranġa kollox. Din kienet l-aħħar akkuża li mbagħad bdiet proċess li sa issa ra lil Delia jitlef dejjem għajr postu bħala Kap tal-Oppożizzjoni grazzi għal deċiżjoni Preidenzjali. Delia tilef il-maġġoranza u l-fiduċja tal- Grupp Parlamentari, tilef għal darbtejn il-maġġoranza u anke l-fiduċja fl-Eżekuttiv tal-PN u finalment tilef b'839 vot fil-Kunsill Ġenerali li kien hu li ddeċieda li l-partit jerġa' jmur għal elezzjoni ġdida ta' Kap Nazzjonalista - kontra x-xewqa ta' Delia. Sa issa, Delia wera' illi kapaċi jsalva u hu dejjem argumenta li qed isalva għaliex għandu lit-tesserati warajh. Kemm se jsalva allura min dan l-aktar test importanti u kruċjali f 'dawn it- tliet snin turbolenti tiegħu se jiddependi mill-kampanja li se jmexxi u kemm se jkun kapaċi jirrispondi b'mod sodisfaċenti mistoqsija waħda, importanti u li qegħda fuq moħħ ħafna Nazzjonalisti. Adrian Delia għandu l-kapaċità li joffri sfida lill-Partit Laburista u finalment inaqqas mid-distakk li hemm bejn il-PN u l-PL jew le? Sa issa, in-numri fis-sondaġġi mhux qed jiffavorixxuh u minkejja li Grech mistenni jaqla' tumakka mill-kwistjoni tat-taxxa, dan mhux se jagħti palata biżżejjed lill-kampanja ta' Delia Jagħtih palata biss jekk ikun hemm persentaġġ "sinjifikanti biżżejjed" ta' tesserati li wara l- istorja tat- taxxa jiddeċiedu li jaqilbu l-vot minn Grech għal Delia. Grech: L-għatx għall-bidla u tama elettorali Biex wieħed jiem sew il-linja ta' ħsieb u dak li nsejħulu l-forma mentis ta' ħafna Nazzjonalisti bħalissa jrid imur oltrè mid- diskussjoni (pjuttost ripettitiva) li għaddejja bħalissa ma' Grech u Delia. Filwaqt li kwistjonijiet bħall-immigrazzjoni, abort u aktar jistgħu jagħtu indikazzjoni kruċjali ta' fejn jinsab il-kandidat u fejn ikun kieku jsir Kap tal-