Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 'Sal-2025 irrid li jkun lest l-inċineratur fil- Magħtab ... u hemm tliet impjanti oħrajn' Albert Gauci Cunningham Il-pajjiż, fix-xhur li ġejjin, se jkun qed jara l-ewwel passi fil- proċessi tat-tendering tal-akbar investiment fi kwalunkwe settur fil-pajjiż - dak tal-iskart - jieħu s-sura tiegħu. B'kollox fuq erba' proġetti separati, li l-proċess tagħhom beda jew mistenni fix- xhur li ġejjin, se jsir investiment ta' nofs biljun ewro. Dawn il-proġetti huma - l-impjant Waste-to-Energy, permezz tal-inċineratur, l-impjant organiku li se joħloq il-kompost, li se jgħaddi għand il-bdiewa u raħħala lokali u inċineratur ieħor żgħir li se jaħraq skart kimiku. Il-Ministru tal-Ambjent, Bidla fil-Klima u Ppjanar Aaron Farrugia ddeskriva dan bħala "wieħed mill-akbar investiment fil-pajjiż. Ara kemm nonfqu għat-toroq u affarijiet oħrajn. L-akbar investiment se jkun fl- iskart." Filwaqt li kollox mistenni jibda jiċċaqlaq fix-xhur li ġejjin l-inċineratur mistenni jkun lest fl-2026, għalkemm mal-gazzetta ILLUM Farrugia jinsisti li jridu lest sal-2025. Il-pjan kien li narmu fil-miżbliet! Qabel jispjega l-proġetti, Farrugia jfakkar li għal ħafna snin il-politika ta' Gvernijiet differenti fil-pajjiż kienet il-miżbliet, sakemm saret id-deċiżjoni li kollox ikun iċċentralizzat f 'miżbla waħda: Il-Magħtab. Dik il-muntanja ta' skart li darba saret weghda li se twarrad (2008 - PN), għalkemm inżergħu siġar u arbuxelli mad-dawra tagħha, fil-fatt intefa' kull tip ta' skart fiha - inkluż skart tosssiku minn kimiċi. Dawn jagħmluha aktar diffiċli allura biex tingħalaq u aktar u aktar biex in-nies ikunu fuqha. Farrugia jispjega u jfaħħar investiment li sar taħt Gvern Nazzjonalista illi permezz tiegħu il-Magħtab ġiet 'issiġillata' u dan sabiex ma jnixxix dak li huwa tossiku fl-ilma tal-pjan u anke l-baħar. "Dan huwa kollu tajjeb, imma xħin dħalt f 'Jannar għidtilhom b'din ir-rata, se nispiċċaw ħdejn l-akkwarju tal-Qawra bil-miżbliet. Għalhekk bdejna l-proġett tal-Waste-to-Energy." Mudell: Ibni u opera Il-Ministru Farrugia jisħaq mal-ILLUM li diversi professjonisti u persuni bħal Harry Vassallo, Edward Mallia u oħrajn għamlu studju illi juri illi Malta għandha bżonn waste- to-energy u kien deċiż li dan l-inċineratur isir fil-Magħtab ukoll. "Issa jiena mort għall-mudell build and operate, jiġifieri min se jirbaħ it-tender se jiddiżinja, jibni u jmexxi l-inċineratur." Il-Ministru Farrugia żvela kif madwar 16-il kumpanija internazzjonali wrew l-interess għal dan il-proġett u fakkar illi dawn is-16 se jinżlu għal tlieta, imbagħad jerġgħu jitfgħu l-bids dawn it-tlieta biex minnhom jintagħżel wieħed. 'Fi Vjenna jużawh bħala attrazzjoni' Naturalment meta wieħed isemmi l-kelma inċineratur jiġu quddiem għajnejn ħafna nies, ċmieni u ħmieġ fl-arja, ladarba huwa l-proċess tal-ħruq tal- iskart. Il-Ministru Aaron Farrugia iżda jfakkar li dan assolutament mhux il-każ u lanqas se jkun il-każ f 'pajjiżna. "Jekk tmur Vjenna l-inċineratur qiegħed eżatt mal-kampus tal-Università u llum biċċa minnu saħansitra ddawret f 'mużew. Copenhagen jintuża bħala parti minn skiing resort. Jiġifieri la huwa xi ħaġa kerha biex tħares lejh u s-sistema kif taħdem tfisser li ma jkunx perikoluż." 'Spiċċajna nħallsu minflok nitħallsu biex niġbru l-ħġieġ' U finalment il-gazzetta ILLUM staqsiet lil Farrugia dwar ilmenti li saru minn Sindki ma' din il- gazzetta wkoll dwar il-ġbir tal- ħġieġ u l-fatt li dan ma jistax jinġabar minn kontenituri tal- kartun. Is-sindki lmentaw ukoll li Wasteserv għaddiet minn fuqhom bħal romblu. Il-Ministru sostna li l-ewwel u qabel kollox huwa pożittiv "li l-kampanja tas-Sort it Out ħalliet ir-riżultat u l-pajjiż miexi fid- direzzjoni t-tajba hawnhekk." Huwa qal li dwar il-ħġieġ Malta kellha żewġ problemi. L-ewwelnett li kien hemm ħafna x'jiġi esportat li kien qed jistenna - ifakkar li ġie esportat rekord ta' 6,500 tunnellata ta' ħġieġ din is-sena biss. Imbagħad hemm il- problema wkoll illi l-ħġieġ kien qed jiġi esportat ikkontaminat, li jfisser illi kien qed jiġi esportat b'materjal ieħor - dak tal- kontenitur. Dan għaliex mhux kull trakk tal-iskart għandu kompartamenti biex il-ħġieġ jitpoġġa għalih u l-kartun jew plastik għalih. "Il-fatt li kien qed jiġi kkontaminat ma kienx aċċettabbli, iktar u iktar għaliex Wasteserv spiċċat tħallas hi għal dan il-ħġieġ meta suppost tiġi mħallsa talli qed tesportah." Huwa jispjega li għalhekk ħarġet ordni biex il-ħġieġ ma jibqax ikkontaminat u jinġabru mill-kontenituri tal-Wasteserv. Sakemm tinbidel is-sistema kollha iżda, spjega Farrugia, se jibda jkun hemm żewġ trakkijiet wara xulxin wieħed jiġbor il- ħġieġ u l-ieħor il-kartun. "Aħna se nibqgħu nesiġu li jitpoġġew fil-kontenituri tal-Wasteserv, dawk bl-għatu kannella, iżda għalissa se nibqgħu b'din is-sistema sakemm tkun varata s-sistema kollha fir- rigward tal-iskart." Fuq: Il-Magħtab fiha wkoll skart tossiku u (fuq ix-xellug) kif jidher l-inċineratur ta' Vjenna