Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
15 letteratura illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 mingħand għoli bl-id mal-widnejn jew mal- ħaddejn tal-bejjiegħa u tal-għannejja, in-nies iqabblu u jitħaddtu bejniethom bil-għana, "l-għana tal-banju" tan- nisa waqt il-ħasil tal-ħwejjeġ fil-għajn tal-ħasselin, il-ġlied li minn daqqiet kien jinqala' bejn l-għannejja kaġun tal-botti u r-risposti niggieża, l-għana fil-Mellieħa fil-festa tal-Vitorja, fil- Buskett fl-Imnarja u f 'Marsaxlokk f 'nhar San Girgor, il-flejguta, il- pastardin, l-organetti, il-konċentrini, "il-kitarri jdoqqu fuq is-sol", il-prejjem u l-burduni. Min jaf għaliex, li "lil wieħed minn sħabi kien fettillu jlaqqmu 'Burduni'. Niġu f 'dan naħlef li smajtu bosta drabi jsemmi – saħansitra – il- kelma dubjuża "antermaċċa". Borg Cardona tispekula li fis-sew aktarx din il-kelma kienet tirreferi għat- terramaxka – il-laqam li ġieli kien isib bih proprju lili għax "qisek kaxxa tad- daqq", daqqa għax ġieli kont neħodlu rasu ndoqqlu l-Pink Floyd, daqqa wkoll għax meta darba fil kien jeħel f 'xi rima ġieli kien jiġi jistaqsi lili. "Ħallik miż- żoċċ ta' pinkfloj', ara ssiblix naqra dir- rima, Terr'maxka! Riħ b'riħ jerbaħ il- Master!" Dwar Fredu Abela l-Bamboċċu kont ktibt artiklu tassew imqanqal fil-ġurnal l-orizzont ftit jiem wara mewtu, proprju lejn tmiem l-2003. It-tifkiriet li qed inħażżeż hawnhekk illum – miġjuba f 'moħħi minn din l-inzertatura tas-sejba tal-ġabra ta' kitbiet dwar Lafranco – huma biss ftit farkiet minn storja twila t'għaxar snin kumpannija. Għalissa għandu mnejn jaqbel inħalli 'l dal-memorji rieqda – rieqda bħal bosta tradizzjonijiet tagħna li ormaj m'għadhomx daqstant moda. Rigward dan xi darba għad ngħid iżjed lil neputija tiegħu li żmien ilu ressqitli proposta dwar proġett adunur il-Bamboċċu. Il-folkor forsi jmut iżda le l-memorji. Il-memorja kollettiva forsi tgħaddi iżda dik personali ma tgħaddix. Bħal dik il-għodwa meta wara lejl tbahrid f 'Paceville irqadt f 'tal-linja u minflok il-Fgura stenbaħt maħsud quddiem il-bandli ta' Ħaż-Żabbar, proprju fil-waqfa ta' bi dritt mafkar tiegħu. Jew bħal dik il-għodwa, ftit ġimgħat qabel, meta jien u tiela' t-telgħa tal- Union Press fil-Marsa nilmħu jsellimli huwa u jsuq riħ lejn Ħal-Luqa – dakinhar kien sellimli bis-serqa... u għall-aħħar darba. Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jkompli jfannad fit-tifkiriet tiegħu mqanqla mill-folklor, b'mod partikulari mill-għana tradizzjonali Malti. F'din it-tislima lil Fredu Abela l-Bamboċċu – miġjuba lilu minn ġabra ta' kitbiet akkademiċi dwar l-istudjuż Guido Lafranco – Saliba jikkummenta b'ċerta nostalġija rigward studju partikulari tal- mużikologa Anna Borg Cardona li deher f'din il-ġabra. Intant Saliba jfakkar l-għarfien folkloristiku tal-Bamboċċu kif ukoll dik it-tislima aħħarija...