Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824
17 opinjoni illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 Għaliex l-imparzjalità fix-xandir hi importanti? M hux l-ewwel darba li lmaħt televiżjoni mixgħul fuq l-aħbarjiet tal-One u staqsejt lili nnifsi jekk hux qiegħda ngħix ġol-ġenna, jew smajt l-aħbarjiet tan-Net u ħassejt li dak kollu li għaddej madwari huwa għal kuntrarju u qiegħda ngħix x'imkien viċin tal-infern. Nistaqsi lili nnifsi kif sfaċċament qegħdin jaslu jużaw ir-retorika b'mod estrem, biex ibellgħu dak li ħiereġ mill-ispeakers tat-televiżjoni. Minn mindu kont kapaċi niem il-prinċipji bażiċi tal-loġika kont niddubitahom - kif jirnexxielhom iservu ta' xejn iktar minn pupazzi għal narrattiva li tmur lil'hinn mid-drittijiet fundamentali tagħhom? Il-ġurnalisti u l-preżentaturi huma konxji ta' kif qegħdin jiġu mmanipulati u jaġixxu bħala mera għall-iscript tal-partit tagħhom? Matul iż-żmien kelli ċans naqra iktar kotba u nibda niem kemm Malta hu pajjiż ittribalizzat. Id-diskriminazzjoni politika mhux xi ħaġa ġdida u ma nafx persuna li ma jafx lil xi ħadd li għandu pożizzjoni ta' poter politiku, li ma għamillux xi pjaċir. Minn hemm bdejt inkompli nipprova niem il-kuntest billi naqra dwar il-protesti tat-tmeninijiet u ż-żmien iswed tal-interdett fis-sittinijiet. Bdejt nitkellem ma tarznari Laburisti li tkeċċew taħt il-Partit Nazzjonalista u ma suldati Nazzjonalisti li qabżuhom fil-promozzjoni qabel l-elezzjoni fi żmien taħt il-Partit Laburista. Komplejt niem għaliex in-nies jidolizzaw u jirrabjaw, isiru militanti, 'ġurnalisti tal-partit' u canvasers, għan-nies li jirrapreżentawhom. Wara li rajt episodju ta' Kaxxaturi imtella fuq Lovin Malta, miktub min Jon Mallia, ġejt konxja ta' kif l-istazzjonijiet tal-partiti jmorru lil'hinn mill- kostituzzjoni. Fhimt għaliex l-imparzjalità fix-xandir hi importanti u kif l-awtorità tax-xandir qiegħda tipprova tillimita l-kmamar tal-aħbarjiet indipendenti bħal Lovin Malta b'regolamenti fuq il-kontenut li jipproduċu. Bħala kittieba indipendenti ta' mużika devjanti stajt niem is-sentiment u b'hekk, inkazzajt. Fhimt kif il-PL u l-PN jużaw l-istazzjonijiet tagħhom biex idaħħlu donazzjonijiet u taparsi 'riklami' biex iduru mal-liġi tal-finanzjament tal- partiti. L-eżistenza tal-istazzjonijiet tal-partiti tħalli defiċit demokratiku kontra it-tielet partit bħall-AD/PD u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Dan il-monopolju politiku fuq ix-xandir jipperpetwa kontroll fuq dak li n-nies qegħdin jaraw, jassorbu, jaħsbu u eventwalment jiddeċiedu. Il-bord tal-awtorità li tirregola x-xandir huwa appuntat nofs bin-nofs mill-PL u PN, bil-gvern jaħtar liċ-Chairman. X'fiduċja jista' jkollna li l-l-awtorità timplimenta ir-regolamenti li huma applikabli kemm għall-istazzjonijiet tal- partiti kif ukoll dak tax-xandir pubbliku b'mod ekwu? Il-PBS huwa mwieżen mit- taxxi tal-poplu u għalhekk għandu jkun ta' servizz għall-poplu kollu. Jekk l-Awtorità tax-Xandir trid tikkontrolla il-poter tal-intrapriżi fuq kontenut ta' affarjiet kurrenti, tista' tibda tagħmel dan billi tagħmel pressjoni fuq il-kumpaniji tal-partiti biex jissottomettu l-finanzi awditjati tagħhom lill-MBR u biex jippublikaw is-sors ta' fondi għar- riklami tagħhom. Dawn m'huma riklami xejn imma donazzjonijiet lill-partiti moħbija bħala riklami. Trasmissjonijiet televiżiżivi ipolitiċizzati mingħajr skrutinju, waqt li l-media indipendenti tiġi rregolata strettament, hi riċetta perikoluża ħafna għad- demokrazija ta' pajjiżna li diġà sofriet biżżejjed. Rachelle Deguara Rachelle Deguara hija co-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika Żgħażagħ - Green Youth Il-ġurnalisti u l-preżentaturi huma konxji ta' kif qegħdin jiġu mmanipulati u jaġixxu bħala mera għall-iscript tal- partit tagħhom?