Illum previous editions

ILLUM 13 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1287824

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Josianne Cutajar L-UE u ż-żgħażagħ Josianne Cutajar hija MEP f'isem il-Partit Laburista I x-xogħol marbut mal-Parlament Ew- ropew qabad rittmu wara li l-ġimgħa li għaddiet erġajna bdejna niltaqgħu wara l-waqfa għas-Sajf. Nersqu lejn in-normalità, madanakollu n-numru ta' kazijiet f 'ħafna pajjiżi Ewropej ma jawgu- rax tajjeb wisq. Filwaqt li l-pandemija ma waqqfitx il-ħidma tal-Parlament Ewropew fl-ewwel xhur, u mhix se twaqqaa issa, nisħaq li bl-użu tal-mezzi diġitali rnexxielna nadattaw u nkomplu għaddejjin. Kif qed nagħmlu. Dwar dan, insibha ferm pozittiva li n-nies jarawna izjed u ma jikkunsidrawx lill- Membru Parlamentari Ewropej 'il bogħod fi Brussell, imma jaraw li aħna ninsabu viċin, li qed naqsmu l-istess esperjenzi. Nemmen li din għandha sservi tagħlima, u li anke l-Parlament Ewropew għandu jaddatta l-iskeda u l-ħidma tiegħu b'mod li jagħti aktar ċans lill-membru jkun aktar fost in-nies li eleġġewh biex l-Ewropa ma tibqax magħluqa fi Brussell imma tmiss direttament mar-reġjuni u l-ibliet taghna. Intant apparti ħidma f 'kumitati, dibattitu li ħadt ġost ferm nipparteċipa fih kien dak li kelli ma' diversi żgħażagħ u persuni oħra Maltin li jaħdmu fil-qasam Ewropew. Dan id-dibattitu, organizzat mill- MUESAC b'kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea f 'Malta, sar propju it jiem qabel li l-Parlament Ewropew se jiltaqa' fi plenarja għal dibattitu mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von der Leyen b'rabta mad-diskors tagħha li huwa magħruf bħala 'State of the European Union'. Dan huwa mitqies bħala l-aktar dibattitu importanti għaliex fih il- Kummissjoni tagħti l-pjan tal-ħidma tagħha u wkoll il-prijoritajiet tagħha għas-sena li għandna quddiemna. Bi preparazzjoni għal dan, il-Membri Parlamentari Ewropej Maltin ħadna sehem fid-dibattitu li semmejt. Tkellimna, fost diversi affarijiet, dwar kif iż-żgħażagħ jipprevedu futur fl-Unjoni Ewropea. Fid-dibattitu ħarġu punti interessanti li dwarhom kien hemm diskussjoni sȃna. L-ewwel parti tal-intervent, qsamtu f 'diskussjoni dwar dak li jien nixtieq inneħħi jew aħjar nirranġa fl-UE u dak li nżomm u li għandu jissaħħaħ. Sħaqt li għandu jkun hemm sforz biex tiġi indirizzata l-burokrazija u formalità żejda li xxekkel l-UE milli tkun qrib iċ-ċittadini tagħha u wkoll li għandu jkun hemm aktar turija ta' solidarjetà. Min naħa l-oħra, insaħħaħ l-enfasi fuq l-iżvilupp teknoloġiku għall-benefiċċju tal-bnedmin u l-flessibilita' fl-oqsma ta' ħidma tagħna li rajniha tissaħħaħ permezz tat-teknoloġija f 'din il-pandemija. Semmejt ukoll kif, għalkemm uħud jaraw il-politika bħala xi ħaġa negattiva, importanti li naraw l-effetti pożittivi li jħalli l-involviment u l-attiviżmu sa minn eta' żagħżugħa. Bħala l-iżgħar membru parlamentari li ġie elett f 'pajjiżna, niem u wkoll nemmen bis-sħiħ li liż-żgħażagħ irridu nagħtuhom mhux biss nifs ħalli jaħdmu u jkunu parteċipi f 'dak kollu li jsir fl- Unjoni Ewropea, speċjalment f 'materji li jikkonċernawhom b'mod dirett, imma għandna naraw ukoll li nressqu lejhom l-opportunitajiet kollha li hemm miuħa għalihom f 'setturi diversi tal-Unjoni. Din il-ħidma nħoss li għandha tingħata l-importanza kollha li hemm bżonn. Nemmen bis-sħiħ li ċittadini attivi huma dawk li jagħmlu lil Malta u l-Ewropa aktar rilevanti. U hawn nerga' indur fuq iż- żgħażagħ, għaliex dawn huma l-ġenerazzjoni li se jkunu mhux biss il-futur, izda huma wkoll il-prezent, kemm ta' pajjiżna u wkoll tal-Ewropa. Għalhekk għandhom rwol bil- wisq importanti f 'din il-ħidma. Parti mill-ħidma tiegħi hija wkoll li nżomm kuntatt ma' uffiċċji u aġenziji oħra li huma marbuta mal-ħidma tal-Unjoni Ewropea. Filfatt żjara li tat ħafna frott kienet dik li għamilt fl-uffiċċju tal-Parlament Ewropew fil-Belt Valletta, fejn iltqajt ukoll mal-Kap il-ġdid Mario Sammut. Tkellimna dwar diversi affarijiet li jduru mal- importanza tal-kollaborazzjoni biex ingibu l-Ewropa eqreb lejn ic-cittadin. Il-ħidma tkompli fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. F'dak kollu li nagħmlu importanti li naraw li mhux biss innaqqsu d-distakk li hemm bejn l-Unjoni u l-komunitajiet, imma wkoll li l-frott tal-ħidma tagħna jkun effettiv u jgawdi minnu l-poplu Malti u Għawdxi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 13 September 2020