Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272
13 intervista illum • IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 ma jfissirx li s-sistema falliet b'mod immedjat' pick-up point u jingħatalu t-trasport. Aħna se nkunu qed nagħmlu dan fil- każijiet kollha. Hemm xi ġenituri li jixtiequ li filgħodu it-tifel jirkeb f 'pick-up point A u filgħaxija jinżel f 'pick-up point B. Hemmhekk qed nipprovaw nikkonvinċuhom li hu fl-aħjar interess ta' binhom stess li jkun hemm pick-up point wieħed. Ir-riskju hemm qiegħed. Hemm ċans li tiftaħ l-iskola u jkun hemm student/a jew edukatur/a li jirriżultaw pożittiv. F'każ li dan iseħħ, x'se jkunu l-passi li jittieħdu? Se tingħalaq l-iskola kollha? Jew se titpoġġa fi kwarantina dik il-klassi biss? Jien kont ċar fid-diskors tiegħi. Mhux se ngħid li mhux se jkollna każijiet. Biss, jekk ikun hemm każijiet ma jfissirx li s-sistema falliet. Ifisser li rridu nkunu ppreparati u nieħdu l-miżuri kollha li għandna nieħdu b'mod immedjat kif ħadna meta ftaħna SkolaSajf, imma fuq mudell ferm ikbar. Jekk ikun hemm student li jirriżulta pożittiv jiġri kif jiġri kull f 'post tax- xogħol ieħor f 'Malta u Għawdex, jiġifieri jsir contact tracing u jitpoġġew fi kwarantina dawk biss li għandhom jitpoġġew fi kwarantina, inkluż il-klassi. Żgur li mhux se tingħalaq l-iskola kollha! Minkejja l-appelli u l-miżuri, għad hemm ġenituri li qed jisħqu li mhux se jibagħtu lill-uliedhom l-iskola. X'inhu l-feedback li qed tirċievu dwar dan? Inti għidt pubblikament li mhux se jkun hemm multi għal dawn il-ġenituri, iżda l-appell tiegħek għalihom x'se jkun? Aħna konna ċari li l-ġenituri qed jitħallew fil-libertà jibagħtux it-tfal tagħhom l-iskola jew le. Tkun xi tkun id-deċiżjoni tagħhom aħna nirrispettawha. Jien lit-tifla tiegħi ta' 12-il sena, li tmur skola tal-Gvern, se nibagħtha għax nemmen li binti ma tistax titlef xhur jekk mhux snin importanti ta' edukazzjoni li jifformaw il-futur tagħha. Ħsibtu x'se jiġri, anke fis-snin li ġejjin, minn dawk l-istudenti li l-ġenituri tagħhom se jieħdu d-deċiżjoni li ma jibagħtuhomx l-iskola? Dawn se jirrepetu s-sena? Aħna ma tantx aħna favur ir- repetizzjonijiet. Il-pjan hu li dawn ma jirrepetux. Naturalment, dawn it-tfal se jkunu tilfu ħafna u rridu nibqgħu ngħinuhom kemm nistgħu. Hemm ukoll skejjel li l-ispazju fihom huma limitat. Aħna nafu bi skejjel li talbu l-għajnuna ta' binjiet oħra, inkluż kunventi biex ikunu jistgħu jikkomodaw lill-istudenti kollha. Dan il-proċess se jintemm fil-ħin? Jekk ma jkunx hemm biżżejjed spazju fl-iskola għall-istudenti kollha (minħabba d-distanza soċjali), x'se jiġri? Aħna rajna li nimmassimizzaw l-ispazji kollha fl-iskejjel biex jiġu akkomodati l-istudenti kollha bid-distanza soċjali kif mitluba. Intużaw, pereżempju, postijiet bħal swali li allura ġew trasformati fi klassijiet. Jidher li l-eżerċizzju rnexxa f 'kull skola li għandna. Naturalment se jkun hemm min se jiġbed l-attenzjoni fuq imperfezzjonijiet u aħna se nkunu miftuħa li fejn ikun hemm imperfezzjonijiet naġixxu dwarhom u nsolvuhom. Aħna nkunu lesti li nimxu skont ma jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa ta' pajjiżna, wara konsultazzjoni magħna. Jekk l-awtoritajiet tas-saħħa jgħidulna biex nagħlqu l-iskejjel, aħna nagħlqu l-iskejjel u mmorru għal sistema ta' tagħlim online li ħejjejna għaliha digà