Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni Għażiż Adrian Delia... IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Albert Gauci Cunningham Albert Gauci Cunningham huwa Editur tal-gazzetta ILLUM u s-sit illum.com.mt L -irġulija m'hawnx isbaħ minnha u persuna li titlef l-irġulija titlef kollox. Jiena ma' Adrian Delia ltqajt bosta drabi bħala ġurnalist u intervistajtu iktar milli interv- istajt lil kwalunkwe mexxej poli- tiku kurrenti, inkluż l-eks Prim Ministru u dak kurrenti. Ikolli nammetti li huwa bniedem affabbli, li verament ipprova jbiddel l-affarijet fil- Partit Nazzjonalista, għallinqas hekk naraha jiena. Dejjem wera' rispett sħiħ lejn bosta li naf u qatt ma fittex illi jxerred l-odju biex jitkissru ir-reputazzjonijiet tan- nies, biex jitkeċċew in-nies mix- xogħol jew biex ikunu umiljati minħabba l-għażliet politiċi tagħhom . Il-Partit Nazzjonalista li ironikament jsemmi ħafna - u ġustament - il-vjolenza kontrih fis-snin 80, fl-aħħar snin illi fihom kien fil-Gvern, adotta sistema ta' vjolenza psikoloġika li ma tkissirlikx għadmek jew snienek imma tkissirlek ir- reputazzjoni u li hija ugwalment dannuża u ta' min jistmerra. Lil Delia kont u għadni narah maqtugħ minn pezza drapp differenti minn hekk. Nindirizza lil Adrian Delia li naf illi jieħu l-ħin biex jaqra artikli u kitbiet li jikkonċernawh: Le, mhuwiex sew li ġralek. Le, mhuwiex sew il-mod kif ġejt ostakolat u kif ġejt tradut darba, tnejn minn dawk li ħriġtilhom l-id tal-ħbiberija u speċjalment minn dawk li kulħadd kien jaħseb illi kienu l-akbar alleati tiegħek. Le, mhux sew li minħabba l-pożizzjoni tiegħek argumenti privati ma' membri tal-familja ġew mperrċa mal-erbat irjieħ tal-pajjiż u dan mhux qed ngħidu llum, imma taf li hekk naħseb. Fil-fatt meta kien hemm dawk ir-rekordings il-gazzetta ILLUM ddeċiediet li ma tippubblikahomx u inti ċempilt biex turi apprezzament. Dakinhar kont naf li inti bniedem ġenwin. Ftit li xejn iċempel politiku jgħidlek grazzi, ġeneralment iċempel biex jidher, jilmenta jew biex jagħmel pressjoni. Minkejja dan kollu, kieku jiena tesserat kontra qalbi għax nafek it u naf minn xhiex għaddejt, ma kontx nivvota lilek. Mhux għax għandi kontrik. Mhux għax nemmen li Bernard Grech huwa xi messija. U żgur li mhux għax ma naħmlekx. Imma għax nemmen b'qalbi kollha u bl-istess ġenwinità tiegħek illi l-pożizzjoni tiegħek bħala Kap illum, f 'dan il-mument partikolari u bir-realtà kif inhi tal-Partit Nazzjonalista, mhux se tgħin imma se tfixkel mill-aktar ħaġa urġenti li għandu bżonn il-Partit Nazzjonalista: L-appoġġ. Il-PN ilu jitlef voti u ilu jitlef appoġġ u r-responsabilità mhijiex tiegħek biss imma ta' ħafna ġenerazzjonijiet ta' politiċi fl- aħħar 10 snin. Imma hija tiegħek ukoll. Tajjeb jew ħażin hemm settur kbir ta' votanti li ma jemmnux li int idoneu, settur kruċjali f 'distretti kruċjali, li mingħajrhom il-PN ikompli nieżel f 'ħofra politika li minnha ma joħroġx. Tajjeb jew ħażin dawn l-eluf ta' votanti jemmnu li inti ma tirrapreżentax l-ambizzjonijiet tagħhom. Tajjeb jew ħażin dawn l-eluf ingħaqdu mal-eluf li diġa kien hemm biex taw żewġ telfiet umiljanti lill-PN fl-2019 u qed juru bl-aktar mod ċar fis-sondaġġi li m'għandhomx fiduċja fik. Sondaġġ wieħed mod, imma xejra ta' sondaġġi li turi illi mexxej politiku ma jaqbiżx l-20% f 'fiduċja lanqas darba, f 'sena u nofs, huwa inkwetanti. U għalfejn inkwetanti? Għax għandi xi interess fil-ben esseri partikolari tal-Partit Nazzjonalista? Le. Imma għax jiena bħal eluf u eluf ta' votanti oħrajn irridu li l-Gvern ikun taħt kontroll u taħt l-għajnejn ta' oppożizzjoni magħquda, b'saħħitha, deteriminata, effiċjenti u li se toffri sfida serja lill-eċċessi, il-korruzzjoni, l-arroganza u l-ħażen, fejn dan jeżisti. Anke jekk wieħed ivvota lill-Partit Laburista dan ma jfissirx li jrid jara Gvern li jkollu saħħa bla rażan u ta' proporzjonijiet eseġerati filwaqt li l-Oppożizzjoni tkun tant dgħajfa u mkissra - kif inhi - li tispiċċa bħal kelb bla snien u li ma jinbaħx! Din mhux xi xewqa fiergħa jew xi ħolma jew xi fantaxjenza. Kull min għandu verament għal qalbu lil pajjiżna u s-sistema demokratika tal-punent irid li jkun hemm il-bilanċ tal-poter. U dak il-bilanċ illum qed jintilef. Illum Il-Gvern jekk irid - u mhux qed ngħid li neċessarjament qed jiġri hekk - pero' jekk irid jista' jiggverna kif irid, mingħajr dak il-bilanċ meħtieġ li jaċċerta illi l-governanza tajba u dak li huwa sew jirrenja. Il-Partit Nazzjonalista għadu mhux lest li jiggverna, imma għandu jkun lest, malajr kemm jista' jkun, għada qabel pitgħada li joffri dan il-bilanċ permezz ta' oppożizzjoni magħquda, effiċjenti u b'saħħitha. Jekk il-PN, wara t-3 ta' Ottubru, se jibqa' nieżel f 'baħar ta' firda, inkwiet, ġlied u gwerer ta' politiċi ego ċentriċi u fazzjonijiet, żgur daqs kemm jiena żgur li qed nikteb dan l-artiklu li t-tmiem għall-Partit Nazzjonalista mhuwiex 'il bogħod. Minn dan it-tmiem igawdu dawk li għalihom il-politika hija tat-tribù u tal- assolutiżmi pero' fit-tul ibati l-pajjiż kollu. Kif jgħidu bl-Ingliż, the stakes are too high. Hemm wisq x'jintilef u kieku l-PN vera kien qed jiffunzjona kif għandu Adrian Delia u Bernard Grech - anke issa daqstant tard f 'din it- tiġrija jaħdmu flimkien biex mill- frak forsi jerġa' jinbena partit. Ħafna mhux se jmorru jivvutaw b'arja ta' ċelebrazzjoni. M'hemm xejn x'tiċċelebra. Ħafna jħossu għalik, jimuk, jagħdruk u forsi jibku għal dak kollu li tli. Imma fuq dan kollu - suprem għall-emozzjonijiet, ir-rabja u forsi s-sens ta' tradiment - hemm il-bżonn li l-Partit Nazzjonalista jibda jterraq triq li forsi, forsi ssalvah. Li ma tħallihx jgħum f 'limbu aktar u li tagħtih lura l-ħeġġa, id-determinazzjoni u l-entużjażmu li kompletament tilef fost l-għeruq. Għażiż Adrian Delia, il-PN huwa bħal pazjent fl-aħħar sigħat tiegħu, qed jieħu l-aħħar nifsijiet: Jew se jingħta l-mediċina jew se jitħalla jmut! X'se jiġri ma nafux. X'se jkun ir-riżultat ma nafux. Pero jkun xi jkun, tibqax Kap jew le, kun int u ibqa' int ukoll parti mis-soluzzjoni biex il-PN ikun dak il-bilanċ tant meħtieġ f 'demokrazija. Jekk tibqa' tkun parti mis- soluzzjoni mhux parti mill- problema, l-istorja taf tkun ħafna iktar ħanina miegħek milli qed ikun il-preżent. Jekk il-PN, wara t-3 ta' Ottubru, se jibqa' nieżel f'baħar ta' firda, inkwiet, ġlied u gwerer ta' politiċi ego ċentriċi u fazzjonijiet, żgur daqs kemm jiena żgur li qed nikteb dan l-artiklu li t-tmiem għall-Partit Nazzjonalista mhuwiex 'il bogħod

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020