Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 27

06 analiżi IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum L-għaqda, il-lealtà, kliem Il-kampanja għal Kap Nazzjonalista ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Issa bdiet uffiċjalment il-kampanja elettorali ta' ġimagħtejn fil-Partit Nazzjonalista li finalment għandha tiddeċiedi min se jkun il-Kap Nazzjonalista (suppost) li se jwassal lill-PN għall-elezzjoni ġenerali li ġejja. Elezzjoni interna li ser issir nhar it-3 ta' Ottubru li ġej. Dan ifisser li għad fadal biss l-aħħar ħarġa tal-gazzetta ILLUM qabel jum l-elezzjoni f 'dan il-partit. Għalhekk issa wieħed jista' jibda jislet l-ewwel analiżi tal-kampanja fi ħdan il-PN, bl-ewwel tiri ġimgħat ilu juru ċar fejn se tmur din il-kampanja, kif se tkun miġġielda, liema huma l-punti b'saħħithom taż-żewġ kandidati u allura x'jista' jkun ir-riżultat ta' din l-għażla fost eluf ta' Nazzjonalisti tesserati. L-għaqda s-saħħa ta' Bernard ... il-lealtà s-saħħa ta' Adrian Sa issa u minn dak li stajna nevalwaw hija ovvja li Bernard Grech se jkun qed jiġġieled fuq żewġ dgħjufijiet li għandu l-Partit Nazzjonalista, l-akbar fil-fatt: L-Għaqda u t-Telf elettorali tul snin. Matul dawn il-ġimgħat din il-gazzetta kellha diversi okkażjonijiet illi fihom setgħet tevalwa aħjar dawn iż-żewġ punti u għalfejn huma neċerssarji u kruċjali jekk il-PN ma jridx jaqla' daqqa li minnha jaf ma jirkupra qatt. Jidher li Grech għaraf dan u qed jagħfas fuq il-bżonn tal-għaqda, tant li fl-ewwel indirizz tiegħu fil-kampanja diversi drabi tkellem dwar "l-għaqda". Dan il-kandidat għandu l-lussu li qatt ma kien marbut ma' xi fazzjoni u li qatt ma ppronunzja lilu nnifsu kontra jew favur dawk ta' kontra Delia jew inkella dawk favurih, lanqas meta Delia kien taħt il-pressjoni ta' kritika ma taqta' xejn fuq diversi kontroversji jew stejjer. Grech qatt ma vvota favur jew kontra l-Kap kurrenti, għax qatt ma kellu din l-opportunità. Dan il-fatt poġġieh fuq quddiem kull kandidat prospettiv ieħor jew oħra li kienu qed jissemmew jew li wrew l-interess tagħhom għall-kariga. Persuni bħal erese Comodini Cachia, Mark Anthony Sammut u anke Roberta Mestsola, kellhom mill-ewwel sfida kbira kontrihom, jiġifieri li kienu parti attiva b'ħidmiethom, bil-vot tagħhom u xi minn daqqiet minn kliemhom fit-tneħħija ta' Delia. Minkejja li jidher illi hemm entużjażmu għall-kandidatura ta' Grech, dan ma jfissrix li kull min qed jappoġġja lil Grech jaqbel mal-mod kif Delia ma tħallhiex jaħdem. L-akbar ostaklu ta' Grech huwa li hemm perċezzjoni, naturalment imbuttata minn dawk li jappoġġjaw lil Delia, b'xi it tal- għajnuna mill-midja tal-Partit Laburista, illi warajh u jikkontrollawh hemm dawk kollha li jiġu msejħa - minn dak li jappoġġjaw lil Delia u mill-Partit Laburista - l-establishment. Dawn huma perċeputi minn bosta illi kienu l-aġenti tal-firda mhux tal-għaqda u allura jekk biżżejjed tesserati jibdew jemmnu illi Grech huwa "pupu" f 'idejn nies bħal Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami u aktar, l-għajta tiegħu favur l-għaqda tiddgħajjef. Naturalment sondaġġi li ilhom isiru mis- sena l-oħra juru żewġ affarijiet. L-ewwel li Bernard Grech inaqqas id-distakk bejnu u Robert Abela, li huwa enormi meta Abela huwa mqabbel ma' Delia. It-tieni, li kważi tliet kwarti ta' dawk li vvotaw lill-PN jafdaw aktar lil Grech milli lil Delia. Tajjeb wieħed jinnota iżda li hemm diversi fatturi li wieħed irid iqis meta jikkunsidra dawn in-numri għal Grech: 1) Dawn is-sondaġġi kollha ħarġu qabel l-istorja dwar il-pendenzi fit-Taxxa u VAT ta' Grech, 2) Qed isiru fi żmien fejn il- Gvern Laburista qed jiġi taħt kritika kbira minħabba l-Covid-19 u dak li ħiereġ mill- Qorti, filwaqt li qed imexxi ekonomija li ddgħajfet minħabba l-istess pandemija u finalment, 3) huma n-numri qabel bdiet il- kampanja uffiċjali. Naturalment l-akbar test ta' Grech dwar l-għaqda se jkun wara l-elezzjoni, jekk jirbaħ. 'Mhux sew għamlulu lil Delia' Adrian Delia, minn naħa l-oħra, qed jibbaża ħafna mill-kampanja tiegħu fuq dak li sar fil-partit, biex wasal għal din l-elezzjoni u b'hekk jirbaħ is-simpatija tat-tesserati li forsi wħud minnhom iħossu illi dan kollu kien tradiment u li allura Delia għandu l-jedd li jibqa' Kap Nazzjonalista sakemm tgħaddi l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Huwa, bħal ma' għamel Muscat fl- 2017, qed jappella biex "ma niqfux nofs triq", u biex "ma nġarrfux tliet Din il-ġimgħa se tibda l-votazzjoni kmieni fil-Partit Nazzjonalista. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-kampanja sa issa, mis-saħħa ta' kull kandidat għal kampanja nieqsa mill-entużjażmu u dak li dwaru se jiddeċiedu t-tesserati... 'Delia għandu raġun meta jgħid li t-telf elettorali ta' 10 snin mhuwiex it-tort tiegħu, imma huwa fatt numeriku rifless f'żewġ elezzjonijiet fl- 2019 ... u mis-sondaġġi tal-aħħar sena u nofs li s-sitwazzjoni elettorali tal-PN iggravat mhux tjiebet taħtu'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020