Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 27

IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum opinjoni Indipendenza ġdida għal Malta u Għawdex Bernard Grech Bernard Grech huwa kandidat għall-elezzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista L -Indipendenza li kiseb il-Partit Nazzjonalista għal pajjiżna hija kisba minsuga fl-istorja taghna u li fetħet it-triq għat-twelid tan-nazzjon tagħna. Kienet eżempju ħaj ta' politika ta' trasfor- mazzjoni. L-indipendenza tagħna kkristallizzat ix-xewqa ta' poplu sħiħ li jkun rajh f 'idejh. Fil-fatt, wieħed jista' jgħid li l-indipen- denza kompliet timmatura u tiddefinixxi l-identità tagħna bħala nazzjon. Il-prinċipji u l-valuri li xettlu l-ħolma ta' stat in- dipendenti huma intrinsikament marbutin ma' dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin. It-twem- min fil-kapaċitajiet tagħna u fl-istituzzjonijiet li bnejna biex imexxuna, il-bżulija tal-ħaddie- ma u n-negozji bħala pedament għall-indipendenza personali, u s-sens ta' komunità u ta' solidar- jetà li nħaddnu, huma kollha parti integrali mill-konsegwenzi ta' din il-kisba importanti. L-isfidi li għandu quddiemu pajjiżna jikkonfermaw kemm il-ġlieda għall-Indipendenza hija importanti llum aktar minn qatt qabel. It-tnawwir sistematiku tal- istituzzjonijiet demokratiċi tagħna mill-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat u Robert Abela, reġgħu ġabuna f 'sitwazzjoni fejn għandna bżonn forma ta' indipendenza ġdida. Indipendenza istituzzjonali, indipendenza mill-klijenteliżmu. Iktar u iktar għaxid-diffikultajiet ekonomiċi u soċjali li ħolqot il-pandemija tal-COVID-19, bin- numru ta' każijiet jiżdiedu, sforz l-għaġġla u s-sens falz ta' sigurtà li pprova jpinġi l-Gvern, jixhdu li l-Indipendenza għadha battalja ħajja li rridu nissieltu għaliha llum. Il-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem għall-Indipendenza Għalina n-Nazzjonalisti, l-Indipendenza għandha sinifikat ferm aktar speċjali. Għal ħafna mill-anzjani tagħna, l-Indipendenza hija r-rakkont tal-ġrajjiet li wasslu għal din il-kisba importanti, għall-viżjoni li kellhom missirijietna sabiex fl- 1964 sirna stat indipendenti wara sekli ta' ħakmiet differenti. Kien il-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Ġorġ Borg Olivier li, għax fehem kemm il-poplu kellu għatx għas-sovranità u l-libertà, wettaq dan il-pass kbir għal pajjiżna. Għal kull min għex is-snin tmenin, l-Indipendenza hija marbuta mal-ġlieda għad- demokrazija u mal-ambizzjoni li nimmodernizzaw u nilliberalizzaw l-ekonomija ta' pajjiżna. Kellu jerġa' jkun il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern immexxi minn Eddie Fenech Adami li wara l-1987 beda jimmodernizza l-ekonomija, jkattar il-ġid u joħloq l-impjiegi. Għal ġenerazzjoni ġdida ta' żgħażagħ u imprendituri, l-Indipendenza ssarrfet fil-viżjoni li kellu l-Partit Nazzjonalista biex fl-2004 wassal lil Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea. Viżjoni li fetħet minjiera ta' opportunitajiet ġodda biex iż-żgħażagħ jistudjaw u jaħdmu fi bliet oħrajn Ewropew, biex l-imprendituri jagħmlu negozju f 'suq ħafna ikbar, u biex il-familji Maltin u Għawdxin jesperjenzaw kulturi differenti bħal qatt qabel. U it wara dan, Gvern Nazzjonalista ieħor, din id-darba mmexxi minn Lawrence Gonzi, wassalna għal sħubija fil-munita komuni Ewropea, l-Ewro, li tat lil pajjiżna tant saħħa u stabbiltà. Infasslu viżjoni ġdida għal pajjiżna Il-Partit Nazzjonalista kiseb il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi kull meta offra viżjoni u soluzzjonijiet biex pajjiżna jkompli jimxi 'l quddiem. Dan hu r-rwol ewlieni ta' kull partit politiku: li jagħraf l-isfidi komuni li qegħdin naffaċċjaw bħala poplu, li jistudja u joffri soluzzjonijiet fattibbli li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-individwu, u li jibni moviment li jixpruna bidla għal Malta aħjar. Kien għalhekk li matul dawn il-jiem, u li fihom issoltu l-Partit jorganizza attivitajiet biex jiċċelebra l-Indipendenza, flimkien ma' persuni minn oqsma u etajiet differenti, iltqajna f 'post sinonimu mal-Partit Nazzjonalista fl-aqwa mumenti tal-istorja tiegħu - il-Fosos tal-Floriana - sabiex flimkien niddiskutu l-preżent u l-viżjoni għal pajjiżna. Flimkien qsamna l-ħsibijiet tagħna fuq x'inhuma l-isfidi komuni li għandna quddiemna. Tkellimt maż-żgħażagħ dwar l-isfidi u l-opportunitajiet kbar li għandna quddiemna, fl-oqsma tax-xogħol, l-edukazzjoni, l-ambjent, u l-kwalità tal- ħajja. Jien konvint li l-Partit Nazzjonalista jista' jerġa' jkun għażla naturali jekk kemm-il darba jiaħ il-bibien tiegħu għal ġenerazzjoni ġdida, mimlija enerġija u ideat. Fi djalogu ieħor, iddiskutejna r-rwol dejjem jikber tal-mara fis- soċjetà tagħna. Tkellimna dwar l-importanza li nfasslu soċjetà li tagħti spazju biex in-nisa jkunu fuq quddiem nett tat-tmexxija ta' kull qasam u attività fl- iżvilupp soċjali, kulturali, sportiv, ekonomiku u politiku ta' pajjiżna. U dwar il-ħtieġa li nibnu strutturi li verament jgħinu lin-nies jirnexxu u jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Ilejla, ser inkun qiegħed nitkellem ma' numru ta' professjonisti minn oqsma differenti fejn fost l-oħrajn, irrid niddiskuti l-impatt tal- pandemija globali tal-COVID-19 fuq l-ekonomija ta' pajjiżna, il-protezzjoni tal-impjiegi u kif nistgħu nħejju l-ekonomija tagħna għall-ġejjieni. Ningħaqdu, niġġeddu u nirnexxu Ftit jiem ilu wkoll, ippreżentajt in-nomina tiegħi bħala kandidat għall-elezzjoni ta' Kap tal- Partit Nazzjonalista flimkien mal-wiegħda tiegħi lit-tesserati permezz ta' pjan ta' ħidma mibni fuq għaxar prinċipji. Dan għamiltu ghaliex irrid inservi lill-Partit Nazzjonalista u lil pajjiżi. J ien konvint li l-Partit Nazzjonalista jista' jerġa' jsir l-għażla naturali tan-nies u dan nistgħu nagħmluh biss billi ningħaqdu flimkien. Hekk biss nistgħu niksbu r-rispett tal-poplu u nirbħu. Ghaliex b'partit magħqud, nistgħu niffokaw l-enerġija tagħna biex inġeddu u norganizzaw lill-Partit Nazzjonalista f 'kull livell. Fuq kollox, nistgħu naħdmu biex infasslu l-ġejjieni ta' pajjiżna flimkien. Pajjiżna jixraqlu tmexxija li temmen li post il-bniedem huwa fiċ-ċentru tal-politika; fejn il- persuna tiġi qabel in-numri. Pajjiżna jixraqlu tmexxija li terġa tagħmel lil Malta pajjiż kredibbli fuq livell politiku; kemm fostna, fi hdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq livell internazzjonali. Tmexxija li terġa' trodd lura d-dinjità u r-reputazzjoni lil pajjiżna u li toħloq il-ġid u tqassmu b'mod ġust, u mhux biex igawdu l-it. Għada ser ikun aħjar. Dik hi l-viżjoni tiegħi għal Malta u Għawdex li tant ngħożżu. Għaliex meta ningħaqdu u niġġeddu, nirnexxu. Viva Malta Indipendenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020