Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272
26 oroskopju IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra mill-Ħadd 23 ta' Settembru sas-Sibt 22 ta' Ottubru Bidu tas-seba' żodijaku ta' Libra Minn nhar l-Erbgħa 23 ta' Settembru sa nhar it-22 ta' Ottubru jibda s-seba' żodijaku ta' Libra. Żodijaku ferm interessanti li barra li jiaħ diversi aspetti ġodda fil-ħajja ta' madwarna, iġib miegħu tmiem tal-istaġun tas-sajf għall- bidu tal-ħarifa. Din l-arja friska ta' dan l-istaġun ġdid se ġġib magħha wkoll dik l-enerġija pożittiva li dan is-seba' żodijaku jġib miegħu. Iż-żodijaku ta' Libra jgħaqqad miegħu trio ferm interessanti fil-kalendarju żodijaku meta taħt l-element tal- arja jgħaqqad iż-żodijaku ta' Aquarius u ta' Gemini sabiex jippreżenta l-aqwa trio żodijaku. Dan kollu ser joffrilna aktar bilanċ kemm fil-ħajja personali tagħna kif ukoll dik ta' madwarna. Ser ikun ta' motivazzjoni kif ukoll ta' aspirazzjoni lejn diversi proġetti ta' tkabbir li resqin. Għalhekk f 'dawn l-erba' ġimgħat li ġejjin taħt dan iż- żodijaku ta' Libra wieħed għandu jaħtaf din l-opportunità li jista' joffri. Bħal kull żodijaku dan joffrilna New Moon interessanti fl-ewwel t'Ottubru. Aktar interessanti huwa l-qamar kwinta għas-17 t'Ottubru fejn hawnhekk tibda t-triq lejn iż-żodijaku ta' Scorpio fejn is-sitwazzjoni se tkun ferm differenti jekk ma nagħrfux sew. Għal aktar informazzjoni personalizzata dwar iż-żodijaku tiegħek, ibgħat smsm fuq 79495804 / 99013600 sabiex nagħtik dak kollu li tixtieq taf jew inkella żur is-sit tiegħi: www.pauljon13.com Namaste Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? 9901 3600 www.pauljon13.com facebook.com/pauljon13 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Aquarius ser ifisser mument li trid tagħraf aktar dwar il-bilanċ f 'ħajtek. Għalkemm se tkun mitluf ħafna dwar il-proġetti tiegħek xorta waħda għandek tagħraf iżżomm il-bilanċ mixtieq sabiex tkompli tkattar. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma l-blu u l-isfar. Aquarius magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Il-kristalla ideali għalik hija l-Moonstone. Namaste Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Pisces ser ikun mument ta' inċertezza f 'dak li trid twettaq. Dan ser joħloq it tensjoni imma trid tagħraf issarraf l-abbiltà magħruf atiegħek biex tkompli timxi b'diterminazzjoni u tħares 'il quddiem. Emmen fik innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Pisces huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Il- kristalla ideali għalik hija l-Amber. Namaste Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Aries ser ikun mument ta' riflessjoni dwar dak li għaddej minnu fil-preżent. Dan jaf jagħmlek iktar iffokat u grazzi għal dan tkun tista' tieħu ċerti deċiżjonijiet b'mod aktar għaqli sabiex jitkattar u jissaħħaħ dak li hemm riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa l-Ħamis. Aries huma magħrufin għas-sensittività tagħhom. Il-kristalla ideali għalik hija l-Jade Red. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Taurus ser ikun ifisser li huwa l-mument opportun li tagħraf taħtaf dan il-perjodu sabiex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f 'dak li tixtieq. Dan jista' jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa għandek madwarek jagħmilha possibbli tirċievi dak kollu. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Taurus huma magħrufin għall-gwida li joffru. Il-kristalla ideali għalik hi l-Opal Fire. Namaste Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Gemini ser ifisser li trid timxi b'aktar għaqal biex iżżomm iffokat aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li jista' jkollhom konsegwenzi, iżda minflok tkattar dak li riesaq lejk. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa t-Tlieta. Gemini huma magħrufin għall-komunikazzjoni pożittiva. Il-kristalla ideali għalik hi t-Tiger's Eye. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Cancer ser ikun ifisser mument ta' it aktar tensjoni madwarek aktar mis- soltu. Trid tagħraf tikkontrolla kemm lilek innifsek l-aktar f 'sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Cancer huma magħrufin għall- moral effettiv tagħhom. Il-kristalla ideali għalik hi r-Rose Quartz. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Virgo ser ifisser mument ta' aktar paċenzja biex timxi b'aktar maturità u għaqal f 'dak li ġej, fil-ħidma tiegħek. Agħraf ikkombina l-esperjenza li għandek biex tikseb dak li tixtieq. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Virgo huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom. Il- kristalla ideali għalik hi t-Topaz Mystic. Namaste Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għall-istess Libra ser ikun ifisser mument li jagħmlek it aggressiv fl-ambizzjonijiet tiegħek kemm dawk personali u anke ta' madwarek. Dan jaf ikun ta' sfida għalik u għalhekk trid turi l-abbiltà tiegħek f 'dak li tesprimi. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. Libra huma magħrufin għall- motivazzjoni tagħhom. Il-kristalla ideali għalik hi l-Petalite. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal- 21 ta' Diċembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Sagittarius ser ikun mument li jqawwilek l-abbiltà tiegħek sabiex tagħraf tikkontrolla l-ħajja li bħalissa qed tesperjenza. Dan huwa perjodu li fih tirbaħ dak li tli. Kun imħejji aktar. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Sagittarius huma magħrufin għall-fehma soda tagħhom. Il-kristalla ideali għalik hi d-Desert Stone. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Scorpio ser ifisser mument ta' kontroll tiegħek innifsek. Fejn is-soltu kont tkun ikkontrollata minn ċertu aspetti tal-ħajja, dan ser jinbidel u tibda tagħraf taddatta għat-tmexxija tiegħek innifsek. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Scorpio huma magħrufin għad-direzzjoni tagħhom. Il-kristalla ideali għalik hi l-Opal Blue. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad- 19 ta' Jannar Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Capricorn ser ikun ifisser mument li tagħraf timxi bih b'pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu kont iddum ma tieħu deċiżjoni issa dan se twettqu b'ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek ser jieħu direzzjoni ġdida. Agħraf żomm dan il-pass. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Capricorn huma magħrufin li jimxu mal-mument. Il-kristalla ideali għalik hi r-Ruby. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Il-bidu taż-żodijaku ta' Libra għalik bħala Leo ser ifisser mument ta' konċentrazzjoni u għalhekk trid tagħraf tikkontrolla aktar lilek innifsek u dak li hemm madwarek sabiex dak li ġej taffaċjah b'aktar kalma u trankwillità. L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa t-TnejnLeo huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom. Il-kristalla ideali għalik hi s-Sanidine. Namaste