Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 Carmel Bonnici L-awtur Stephen King fiċ-ċinema (1) Fl-1976 ħareġ film tal-biża' li nistgħu ngħidu li biddel l-istruttura kollha ta' dan il- ġeneru. Il-film Carrie kien addattat minn fuq novella ta' Stephen King, awtur ta' ħafna kotba bestsellers dwar is- soprannaturali, biża' u twerwir, li kien jinkludi l-abbilita' msemmija "telekinesis", li b'ħarsa jew ħsieb tal-moħħ wieħed jista' jċaqlaq u jwaddab oġġetti minn posthom. Fuq kollox dan il-film, fil-final nett, kien fih qata' ta' malajr li taqtgħek minn ġewwa, kif esperjenzjajt jien stess meta rajtu l-ewwel darba, f 'ċinema ppakkjat fil-Belt, mill-udjenza ħerqana ta' madwari. Minn dak il-film 'l hawn, ħarġu gzuz oħra għaċ-ċinema, għat-televiżjoni u serje oħrajn kollha bbażati minn fuq volumi ta' King. Lil dan l-awtur prolifiku kienu jsibuh bħala The King, The King Of Horror jew The Master Of Mysteries. Stephen Edward King twieled nhar il-21 ta' Settembru 1947 f 'Portland, Maine. Ommu li kienet taħdem bħala nurse fi sptar tal-moħħ, kien jisimha Nellie Ruth Pillsburg u missieru, baħri merkantili, Donald Edwin King. H Huma kienu familja tipikament normali sakemm darba bil-lejl Donald ħareġ jixtri s-sigaretti u ħadd qatt aktar ma semgha bih. Ruth rabbiet il-familja permezz ta' qraba u marru joqgħodu f 'ħafna stati matul is-snin, sakemm fl-aħħar sabu posthom f 'Durham, Maine fl- 1958. Kien fis-sena ta' wara li Stephen beda karriera jikteb ma' ħuh il-kbir David f 'gazzetta ppublikata minnhom stess. Fl- 1963 hu kkollabora ma' ħabibu, Chris Chesley, u ppubblikaw kollezzjoni ta' 18-il storja qasira. L-ewwel pubblikazzjoni propja tiegħu dehret fl-1965 fil-magażin Comics Review bi storja jisimha I Was A Teenage Grave Robber. Stephen iggradwa minn skola għolja fl-1966 u ħa borża ta' studju biex jattendi l-Universita' ta' Maine. Wara, jirrifletti fuq hekk, qal: "Il-karriera tal-iskola għolja tiegħi ma kenitx xi ħaġa distinti – qatt ma kont mill-aħjar studenti u lanqas mill-batuti". L-ewwel storja twila li kiteb The Long Walk ma gietx aċċetta mid-dar tal-pubblikazzjoni. Stephen hadha bi kbira u refagħha din l-istorja. L-ewwel novella li biegħ jisimha The Glass Floor tħallas tagħha biss 35 dollaru. Fl-1970 King iggradwa mill-Universita' ta' Maine bid-diploma ta' Bachelor Of Science fl-Ingliż u ċertifikat biex jgħallem fi skola sekondarja. Wara beda jaħdem fuq is- saga The Dark Tower u l-idea ħadha minn poeżija ta' Robert Browning. Mingħajr flus, beda jaħdem fi stazzjon tal-petrol għal $1.25 fis-siegħa biex jaqla' l-flus u fl- istess ħin jibgħat stejjer qosra li ġew ippubblikati f 'magażin għall-irġiel jismu Cavalier. Fit-2 ta' Jannar 1971, hu żżewweġ lil Tabitha King (isimha xebba Tabitha Jane Spruce) u sab xogħol jgħallem f 'Hampden Academy fejn is-salarju tiegħu kien ta' $6,400 fis-sena. Meta beda jikteb fuq tfajla jisimha Carietta White, storja qasira, din m'għoġbitux, għaffeġ il-karti u ramihom. Fortunatament, Tabitha sabithom u nkorraġġiet lil żewġha biex ikompli din l-istorja. F'Jannar 1973 bagħat din in- novella Carrie lil Doubleday li xtrawha. Dawn biegħu d-drittijiet lil ħaddieħor għal $400,000 dollaru u l-kuntratt kien jistipula li King jieħu nofshom. B'hekk, telaq mill-impieg ta' għalliem u ntefa jikteb il-ħin kollu. Wara, speċjalment meta ħareġ il-film Carrie, sar rinomat b'ħafna stejjer li ġew iffilmjati b'suċċess u tawh it-titlu ta' Master Of Horror. Il-kotba ta' Stephen King inqallbu fi 33 lingwa differenti u ġew stampati f '25 pajjiż. Fiċ-ċirkulazzjoni hawn aktar minn 300 miljun kopja tan- novelli tiegħu fl-idejn. Hu għadu joqgħod f 'Bangor, Maine ma' martu u jikteb minn ġo daru stess. F'Ġunju tal-1999 King intlaqat minn karozza u kien weġġa' serjament, hekk kif kien miexi fit-triq ewlenija. Sofra ħsara fil-pulmun, fil- kustat, kiser saqajh u fekkek ġenbejh. Wara tliet ġimgħat ta' operazzjonijietn ġie lliċenzjat mis-Central Maine Medical Center ta' Lewiston. Numru kbir ta' volumi minn tiegħu nħadmu għall-liżar ċinematografiku, l-aktar dawk tal-biża' u s-soprannaturali, serje oħrajn għat-televiżjoni jew diretti għall-video u wara anki għad-DVD. F'każijiet rari, dan l-awtur ħadem ukoll f 'xi films bħal Knightriders (1981), Creepshow, Creepshow 2 u fis- sena li għaddiet fis-sequel IT Chapter 2. Hu u martu sikwit joħorġu mijuni ta' dollari f 'attijiet filantropiċi, speċjalment biex jgħinu familji batuti ta' Bangor jsaħħnu darhom fil-jiem qliel tax-xitwa. Dan l-artiklu jkompli nhar il- Ħadd li ġej ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020