Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 27

12 intervista IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum 'Jekk ikun hemm każ fi skola ... irridu nieħdu l-miżuri b'mod YENDRICK CIOFFI "Mhux se ngħid li mhux se jkollna każijiet. Biss, jekk ikun hemm każijiet ma jfissirx li s-sistema falliet. Ifisser li rridu nkunu ppreparati u nieħdu l-miżuri kollha li għandna nieħdu b'mod immedjat." Hekk saħaq mal- ILLUM il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici meta l-gazzetta poġġiet quddiemu l-mistoqsijiet li għamlu magħha diversi ġenituri hekk kif uliedhom dalwaqt jerġgħu jirritornaw wara l-bankijiet tal-iskola, anke jekk din id-darba b'differenza. Il-Ministru Bonnici insista li għall- kuntrarju ta' Marzu li għadda, meta l-iskejjel kellhom jingħalqu, illum l-Ewropa kollha, inkluż Malta fehmet x'inhu dan il-virus u għalhekk, anke jekk l-imxija hija aktar b'saħħitha, jekk wieħed jieħu l-miżuri meħtieġa, il-ħajja tkun tista' tkompli. "Ix-xeni ta' paniku li konna qed naraw f 'Marzu u April spiċċaw. Il-miżuri, bħall- ilbies tal-maskri u d-distanza soċjali, ippermettew li l-ħajja tibda tkompi ftit ftit u rajna avvenimenti maġġuri jissoktaw taħt ċerti kontrolli. Rajna wkoll l-iskejjel fl-Ewropa jinfetħu," kompla l-Ministru Bonnici. Mistoqsi x'jiġri jekk il-każi jibqgħu telgħin u s-sitwazzjoni ma tibqax waħda sostenibbli, il-Ministru saħaq li jekk l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtu l-parir biex l-iskejjel jingħalqu, il-Ministeru se jagħlaq l-iskejjel u jmorru għal sistema ta' tagħlim online li huma mħejjija għaliha diġà. Aqra hawn taħt it-tweġibiet kollha tal- Ministru Owen Bonnici: Fl-aħħar jiem rajna n-numri tal- Covid-19 jerġgħu jitilgħu. Kellna rekord ta' każi ġodda li f '24 siegħa qabżu l-100. X'qed ikunu l-pariri tal- esperti? Jekk jibqgħu jiżdiedu, jew jibqgħu jiżdiedu bl-istess rata, tibqa' tal-fehma li l-iskejjel għandhom jinfetħu? L-ewwel u qabel kollox grazzi ħafna ta' din l-opportunità. Nemmen li l-midja għandha rwol importanti ħafna x'tilgħab biex l-informazzjoni tinfirex kemm jista' jkun. Meta aħna ġejna biex niddeċiedu niftħux l-iskejjel jew le, smajna x'qalu l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li kienu ċari dwar il- bżonn li t-tfal imorru lura fl-iskola u li l-edukazzjoni tkompli. Tkellimna mal- awtoritajiet tas-saħħa pubblika u tfassal parir u linji gwida li ġew ippubblikati fil- bidu ta' Settembru f 'konferenza stampa li saret apposta, fejn ġie spjegat b'mod ċar u dirett għaliex l-iskejjel se jiftħu u x'jista' jsir biex l-edukazzjoni tkompli. L-edukazzjoni għandha tkompli billi jittieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex nimminimizzaw ir-riskji. F'Marzu l-każi kienu ħafna inqas minn dawk li għandna bħalissa. Għaliex dak iż-żmien għalaqna l-iskejjel u issa se niftħuhom beraħ? X'hemm differenti llum minn dak iż-żmien? Id-differenza kienet li l-virus f 'Marzu li għadda ġie fuqna u dwaru kważi ma konna nafu xejn. Konna qed naraw fuq it-televiżjoni x'kien qed jiġri madwar id-dinja – pajjiżi f 'paniku, posponiment ta' attivitajiet maġġuri u twiebet fit-toroq. Dan kien fix-xhur ta' Marzu u April. Illum l-Ewropa kollha, inkluż Malta, fehmet x'inhu dan il-virus u fehmet li jekk tieħu l-miżuri meħtieġa, il-ħajja tagħna tkun tista' tkompli u timxi 'l quddiem. Ix-xeni ta' paniku li konna qed naraw f 'Marzu u April spiċċaw. Il-miżuri, bħall-ilbies tal-maskri u d-distanza soċjali, ippermettew li l-ħajja tibda tkompi ftit ftit u rajna avvenimenti maġġuri jissoktaw taħt ċerti kontrolli. Rajna wkoll l-iskejjel fl-Ewropa jinfetħu. L-iskola tinfetaħ, jasal Novembru u l-każi jisplodu. Il-WHO wkoll wissiet li hemm ċans kbir li bejn Ottubru u Novembru l-Ewropa tesperjenza żieda qawwija fil-każi. Jekk dan iseħħ u ma jkunx aktar sigur li l-istudenti jmorru l-iskola, lesti li terġgħu tagħlqu l-iskejjel? Aħna nkunu lesti li nimxu skont ma jgħidulna l-awtoritajiet tas-saħħa ta' pajjiżna, wara konsultazzjoni magħna. Jekk l-awtoritajiet tas-saħħa jgħidulna biex nagħlqu l-iskejjel, aħna nagħlqu l-iskejjel u mmorru għal sistema ta' tagħlim online li ħejjejna għaliha digà. Diversi huma dawk l-istudenti li għax il-ġenituri tagħhom jaħdmu, wara l-iskola jitwasslu mill-vannijiet għand in-nanniet. Ma taħsibx li dan ukoll se jkompli jżid ir-riskju fost il- persuni vulnerabbli? Idealment kull student jibqa' d-dar, jirkeb il-vann, imur l-iskola u jibqa' mal- istess grupp biex b'hekk f 'ġurnata waħda dan l-istudent ikun tħallat ma' tliet bubbles. Biss nafu li fid-dinja reali dan hu impossibbli għaliex it-tfal jiltaqgħu man- nanniet, imorru jilagħbu l-futbol, imorru l-bandli u dawn l-affarijiet kollha li huma importanti wkoll. Allaħares il-ħajja ta' uliedna tkun biss dar – skola – dar mingħajr interazzjonijiet oħrajn għax ma jkunux qed igawdu t-tfulija tagħhom. Is-soluzzjoni mhijiex li t-tfal jissakkru fid-djar qishom f 'ħabs, imma li kemm jista' jkun wieħed jimmodera u fl-istess waqt jieħu l-miżuri kollha li jnaqqsu r-riskju ta' infezzjoni (ilbies ta' maskri, ħasil tal-idejn, distanzi soċjali etċ). It-tfal fl-iskola u fuq it-trasport se jkunu qed isegwu s-sistema tal-bubbles bil-għan li jonqos il- kuntatt tagħhom ma' studenti oħra. Madanakollu, kif qed tgħid, wara l-iskola, it-tfal se jattendu għal attivitajiet u se jiltaqgħu ma' tfal oħra, fosthom għad-duttrina, taħriġ tal-futboll etċ. X'inhu l-parir tiegħek dwar dan? It-tfal iridu jgawdu t-tfulija tagħhom u ma naqbilx ma' min qed jgħid li t-tfal għandhom jissakkru d-dar u ma jarawx id-dawl tax-xemx. Biss hu importanti li jiġu segwiti l-pariri kollha tal-awtoritajiet tas-saħħa u nużaw element ta' moderazzjoni. It-tfal meta jkunu barra għandhom jieħdu pjaċir imma jridu jirrispettaw id- distanzi soċjali, jilbsu l-maskri u jaħslu jdejhom ta' spiss. Tagħti l-kelma tiegħek lill-ġenituri kollha li se jkun hemm trasport għall-istudenti kollha, minkejja li huwa ċar li se jkun hemm bżonn aktar vannijiet? Aħna għandna sistema ta' pick-up points fejn ġenitur japplika għal dak il- Il-unjins li jirrappreżentaw lill-għalliema u l-edukaturi qed jisħqu li qabel tinfetaħ l-iskola għandha tkun ikkontrollata l-imxija tal-virus. Diversi ġenituri għad għandhom ħafna mistoqsijiet dwar l-operat tal- iskejjel fejn jibagħtu lil uliedhom. Oħrajn saħansitra ma jridux jibagħtu lill-uliedhom l-iskola. Il-gazzetta ILLUM tpoġġi dawn il-mistoqsijiet kollha quddiem il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020