Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272
21 editorjal illum • IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 Editur: Albert Gauci Cunningham ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt J ekk qatt kellna eżami ta' realtà, dak li nsejħu bl-Ingliż 'Real- ity-check' dwar il-Covid-19 f 'pajjiżna kien propju din il-ġimgħa. Apparti li f 'jum wieħed biss Malta esperjenzat rekord ta' 106 każi, fl-aħħar sigħat komplew jitilfu ħajjithom aktar anzjani. Biss, biss bejn il-Ġimgħa u s-Sibt mietu tliet anzjani oħra. Issa vera wieħed ma jridx jeseġera u lanqas irid jallarma, imma jekk ngħidu li s-sitwazzjoni mhix qed issir inkwetanti u li nistgħu inqumu għada filgħodu u qisu xejn mhu xejn, inkunu qed nidħku bil- qarrejja tagħna. It-telf ta' ħajjiet fost il-vulnerabbli huwa proprju dak li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci wissiet kontrih meta l-każi kienu reġgħu qed jibdew jiżdiedu iżda fost diversi żgħażagħ li kienu attendew xi party, marru Paceville jew kienu f 'xi marċ tal- festa. Dakinhar kien qed jintqal mill- awtoritajiet illi minkejja li s-sitwazzjoni kienet inbidlet u minn żero każijiet kuljum konna qed nerġgħu naraw żieda, il-fatt li ħafna kienu f 'etajiet iżgħar kien ifisser li kien hemm aktar kontroll u inqas problema. Dik m'għadhiex is-sitwazzjoni. Biss, biss f 'dar waħda tal-anzjani li dwarha din il-gazzetta qed tirrapporta (Paġni 1 u 10) hemm xejn inqas minn 97 każ, 83 minnhom f 'ġimgħa waħda biss. Matul din il-ġimgħa mietu erba' anzjani u l-każi żdiedu b'117 fid-djar tal-anzjani. Dawn huma aħbarijiet koroh ferm! U nisperaw li dalgħodu minflok ħafna paroli fil-vojt dwar mewġ fil-baħar u kif il-Covid-19 se tkun xi ħaġa tal-passat, nisimgħu mill-ġdid assigurazzjonijiet u jekk hemm bżonn miżuri ġodda f 'dak li għandu x'jaqsam ma' persuni vulnerabbli. Is-sitwazzjoni ma jinħassx li hija taħt kontroll fejn jidħlu persuni vulnerabbli u anzjani. In-nies qed jibżgħu u jinkwetaw, mhux għaliex il-midja qed tirrapporta. Imma għaliex hija verament inkwetanti li l-virus qed jinfirex sew fil-komunità u qed jattakka lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli u li wara kollox ingħalaqna ġewwa biex nipproteġu lilhom, l-ewwel u qabel kollox. Mela reġa wasal iż-żmien, li ħadd ma xtaq li jasal, illi nerġgħu nirrevedu l-mod kif qed ngħixu, sakemm in-numri jekk mhux globali, imqar fost l-anzjani jerġgħu jibdew neżlin. Il-ħajja mhix kapriċċ u għaliex persuna għandha 80 sena m'għandniex niskappriċaw ħajjitha, daqslikieku ma ġara xejn għax mietet. Hemm bżonn reviżjoni tas-sitwazzjoni malajr kemm jista' jkun. U l-istess fir-rigward tal-iskejjel. Hemm bżonn li kulħadd ikun jaf x'irid jagħmel u x'inhuma l-linji gwida, x'jiġri jekk ikun hemm każ ta' Covid-19 fi klassi jew skola u x'jiġri jekk il-ġenituri ma jibgħatux lil uliedhom l-iskola. Il-Gvern jidher li ħa ħsieb jagħmel lista ta' linji gwida li hija xi ħaġa tajba u weħed jistenna xi it tal-problemi għall- bidu, imma hemm bżonn aktar serħan il-moħħ lill-ġenituri u anke lill-għalliema wara kollox. Diġa' qegħdin tard. Suppost hemm kampanja bla waqfien fuq il-midja, speċjalment dik soċjali, bil-messaġġi ħerġin kontinwament tad-dettalji dwar dawn il-linji gwida. Lill-awtoritajiet nappellawlhom biex ma jieħdux l-affarijiet b'mod kajman. Jekk ikun hemm it-taħwid u t-tgerfix fl-iskejjel se jkollna problema kbira oħra. Kważi, kważi wieħed jista' jgħid illi l-ġimgħat li ġejjin huwa litmus test politiku għall-Gvern fir-rigward ta' dak li jitratta l-Covid-19. Hemm bżonn deċiżjonijiet f 'waqthom u malajr biex tinbidel din ix-xejra li qed tara lill-aktar vulnerabbli jbatu, jgħixu fil-biża' u jmutu wkoll. U hemm bżonn is-serħan il-moħħ tal-ġenituri għal sistema li se taħdem kemm jista' jkun b'mod tajjeb u li tipproteġi lit-tfal. U finalment! Ir-responsabilità tagħna lkoll li nkunu responsabbli: Nilbsu il- maskri, nżommu d-distanza fejn hemm bżonn, nsegwu r-regoli. U għal dan kollu hemm bżonn l-infurzar u fejn hemm bżonn id tal- ħadid u multi li nisperaw li ħadd ma jerġa' joħroġ b'xi idea brillanti li jaħfirhom! Le, m'aħniex business as usual! Covid-19: Le, m'aħniex business as usual!