Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum Il-Qorti ssib żewġ aħwa ħatja li weġġgħu raġel b'arma waqt argument f'Ottubru li għadda Żewġ aħwa mill-Ħamrun ingħataw sentenza wara li nstabu ħatja illi f 'Ottubru li għadda weġġgħu raġel b'sikkina waqt argument. Wieħed mill-aħwa ngħata sentenza ta' erba' snin priġunerija u l-ieħor tpoġġa fuq probation għal tliet snin. L-aħwa, wieħed ta' 34 sena u l-ieħor ta' 30 sena kienu akkużati b'attentat ta' ġrieħi gravi u li kissru l-paċi pubblika f 'Ottubru li għadda wara li attakkaw u weġġgħu raġel. Dak iż-żmien il-pulizija qalu illi kien hemm argument fi blokka appartamenti fil-Belt Valletta u ż-żewġt irġiel kienu marru jgħinu lill-ħabib tagħhom. Wieħed mill-aħwa kien akkużat illi weġġa' b'mod ħafif lill-vittma u li kellu fuqu arma mingħajr liċenzja filwaqt li l-ieħor kien akkużat li weġġa' b'mod ħafif lill-vittma. Il-Maġistrat Nadine Lia semgħet kif il-pulizija irċevew telefonata minn ġar u meta waslu fuq il-post kienu sabu ġugarelli mkissrin u demm mal-art. Sabu wkoll lill-vittma li kien mimli demm minħabba ferita f 'rasu. Is-sieħba tal-vittma u t-tfal tiegħu kienu qed isofru minn xokk. Il-Qorti ħadet kunsiderazzjoni tal-fatt li ż-żewġt aħwa għandhom rekord kriminali voluminuż u tilfu ħafna ċansijiet mogħtija lilhom mill-istess Qorti. L-Ispettur Jeffrey Scicluna mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat Frank Cassa mexxa d-Difiża. Il-Qorti ħadet nota tal-fatt li kienet diġa' tat ħafna ċans lil dawn it-tnejn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020