Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 27

02 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM New British Dispensary, Valletta Darwin Pharmacy, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi St. Paul's Pharmacy, Birkirkara Tony's Pharmacy, Gżira San Giorgio Pharmacy, Pembroke Drug Store: Anglo Maltese Disp., Sliema St. Mary Pharmacy, Attard St. Louis Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Sonren Pharmacy, Tarxien Victory Pharmacy, Isla Milia's Pharmacy, Marsascala Pompei Pharmacy, Marsaxlokk Chrysanthemum Pharmacy, Qrendi The Bypass Pharmacy, Siġġiewi Spiżerija Carmen, Dingli Batu Pharmacy, Victoria, Gozo Tony's Pharmacy, Marsalforn, Gozo Airport Pharmacy, Luqa - MIA Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Punent forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Baxx mill-Grigal Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Applikazzjonijiet għall-postijiet ta' General Practitioner mal-AACC L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità fi ħdan is-Segretarjat għall-Anzjanità Attiva u Persuni b'Diżabbiltà qed tilqa' applikazzjonijiet għall-postijiet ta' General Practitioner fuq bażi Full-Time jew Part-Time. L-applikazzjonijiet jinsabu fuq il-portal tal-Gvern: www.recruitment.gov.mt. Id-data tal-għeluq hija t-28 ta' Settembru. Għal aktar informazzjoni tista' tikkuntatjana fuq: hrelderly.mfcs@gov.mt jew 22788450 Taħriġ mill-Juventus Academy permezz ta' kamp sportiv f'Malta Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal- Konsumatur Julia Farrugia Portelli żaret il-kumpless tal-Luxol Ground fejn segwiet lit-tfal jitħarrġu u pparteċipat fiċ-ċerimonja tal-għeluq tal-Juventus Training Academy. Dan il-kamp ta' taħriġ (training camp) kien mifrux fuq ħamest ijiem u l-għan tiegħu hu li jħarreġ it-tfal fit-teknika tal-futbol waqt li jagħmlu ħbieb ġodda u jkollhom esperjenza mill-viċin tat-taħriġ kif isir fil- kumpless tal-Juventus f 'Turin. Dan sar minn tim tekniku ta' coaches barranin mill-Juventus Academy u bl-assistenza ta' xi coaches lokali. Kull coach ħa ħsieb massimu ta' 15-il plejer b'total ta' 120 tifel li l-età tagħhom tvarja bejn 5 u 17-il sena. Ittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji bħat- temperatura u diżinfettar tal-apparat. Bejn is-sessjonijiet it-tfal kienu offruti ikel f 'ambjent professjonali sportiv. Dan l-avveniment kien possibbli grazzi għas- sapport mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu bl-għan li tinġieb il-brand Juventus f 'Malta, filwaqt li ssir promozzjoni barra minn Malta u mal-Juventus stess li m'għandhom bżonn l-ebda introduzzjoni anke għall-fatt li għandhom miljuni kbar ta' segwaċi. Dan huwa fost sensiela ta' ehim kummerċjali li l-awtorità diġà għandha ma' brands u persuni oħra rinomati fil-kamp sportiv, inkluż dak li Malta hija attwalment id-destinazzjoni uffiċjali ta' klabb ieħor rinomat, dak tal-Manchester United. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal- Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li din hija esperjenza unika għat-tfal tagħna. Apparti minn hekk, dan huwa mod ta' kif insaħħu t-turiżmu sportiv f 'pajjiżna bl-għan li jiġu parteċipanti u familji minn barra minn Malta apposta għal dan l-avveniment u jgawdu minn dak li għandu x'joffri pajjiżna. "Dan hu mod ieħor kif inkomplu nirreklamaw lil pajjiżna fuq livell internazzjonali f 'ambjent mill-iżjed professjonali," sostniet il-Ministru Farrugia Portelli. Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Dr Gavin Gulia qal li huwa unur li nġiebet Malta mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu din il-brand prestiġjuża li tkompli tgħolli l-profil ta' pajjiżna barra minn xtutna. Żied jgħid li jinsab ottimist li dan il-proġett ikompli jikber u jrendi fiż-żmien li ġej grazzi għal edizzjonijiet oħra futuri. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clion Grima żar ukoll it-training camp, u stqarr kemm hu importanti l-investiment fit-tfal tagħna, bl-għan li jitħarrġu ma' klabbs professjonisti grazzi għal opportunitajiet bħal dawn li jgħinu lit-tfal fiżikament, teknikament u mentalment. Żied jgħid li t-titjib u l-iżvilupp tal-faċiltajiet sportivi madwar Malta huwa imperattiv biex inkomplu nilqgħu entitajiet u professjonisti barranin.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020