Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 27

15 ambjent illum • IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 Il-passa tal-għasafar mil-lenti ta' fotografu ARON TANTI Meta grupp ta' persuni jitfgħu ħarsithom fuq xi ħaġa, il- probabbiltà tkun li kull individwu jgħaddilu ħsieb li, it jew wisq, ivarja minn tal-kumplament. Konvint li meta wieħed jirrifletti it fil-fond lejn kif in-nies tħares lejn l-għasafar f 'pajjiżna, jiskopri diversi sfumaturi, u mhux sempliċiment tnejn, favur jew kontra l-kaċċa. Il-frażi "jien inħobb l-għasafar" jaf ikollha qawsalla ta' interpretazzjonijiet, b'waħda minnhom tgħodd għalija: it-tgawdija tal-ħbieb tagħna miksija bir-rix permezz tal-kamera tar-ritratti. L-għasafar kienu parti minn ħajti sa minn ċkuniti, bir-razza u r-radika jipprattikaw il-kaċċa u l-insib b'mod pjuttost akkanit. Dan aktarx wittieli t-triq biex in-namra lejn l-għasafar tikber matul is-snin, iżda f 'waqt partikolari f 'ħajti ħassejtni f 'salib it-toroq. Bdejt niġi dejjem aktar konxju li l-mod kif jiena kont qiegħed ingawdi l-għasafar, aktar kien qed ifixkel milli jgħin lill-istess ħlejjaq li tant jaffaxxinawni. Li ngħix mingħajr l-għasafar żgur ma kinitx soluzzjoni għalija, għalhekk bdejt naħseb f 'alternattiva ta' kif stajt inkompli nagħmel dak li tant inħobb, iżda b'mod li ma jkunx ta' kuntrarju għall-għasafar. Kien f 'dan iż-żmien partikolari ta' ħajti li bdejt nesperimenta fil-fotografija, liema pass wassalni biex niskopri perspettiva totalment ġdida, imma fl-istess ħin relatata, ma' dak li kont imdorri nagħmel. Nammetti li fil-bidu kont se naħbat naqta' qalbi għaliex it li xejn kelli ħiliet fotografiċi, u għaliex inzertajt eżatt fi żmien tranżitorju għall-fotografija. Mill-ewwel kelli niddeċiedi jekk immurx għall-konvenzjonali, inkella għad-diġitali, li dak iż-żmien kien għadu fi stadju rudimentali. L-għażla waqgħet fuq id-diġitali, u minn meta xtrajt l-ewwel kamera sal-lum, ma ħaristx lura, intejjeb l-għodda fotografika minn żmien għal żmien b'dak li jipermettu s-suq u l-but. Limitu ta' kemm wieħed jonfoq f 'apparat fotografiku tista' tgħid ma jeżistix, iżda jekk wieħed jagħmel naqra kalkoli, għandu jsib dak il- kompromess li jippermettilu jidħol f 'dan il-passatemp. Meta nħares lejn l-apparat li kont nuża fil- passat kważi nitbissem, iżda meta niakar kemm l-istess apparat tani sodisfazzjon dak iż-żmien, dlonk nirrealizza kemm l-avvanz fit- teknoloġija, inkluż dik fotografika, għaddej b'pass mgħaġġel. Jekk għadek bidu fil-fotografija, nissuġġerilek tibda b'apparat modest, għax inħoss li matul iż- żmien, ix-xogħol waħdu jurik. Kull meta nbiddel xi element mill-apparat fotografiku, permezz tal-prattika, niprova niskopri l-potenzjal tal-għodda li jkolli f 'idi, biex b'hekk inkun nista' nagħmel l-almu kollu tiegħi biex, b'mod realistiku, nilħaq il-livell mixtieq. Ħsieb li dejjem iberren f 'moħħi jgħidli li r-ritratt li jmiss se jkun aħjar mill-aqwa ritratt li diġà ħadt, għalhekk, nieħu kemm nieħu ritratti nibqa' dejjem għatxan għal xi ħaġa aħjar. Ritratt jista' jkun sabiħ għax jirnexxilek taqbad għasfur rari għall-Gżejjer Maltin, iżda jaf ukoll ikun sabiħ għaliex jirnexxilek taqbad għasfur komuni f 'kompożizzjoni, jew poża, partikolari. Fil-fotografija tal-għasafar, qatt ma jkollok ċans ieħor biex tiġbed l-istess ritratt. Ritratt simili jista' jkun li tieħu, iżda jekk tli iċ-ċans li taqbad mument, tliu darba għal dejjem. Dan jagħti laqta speċjali lil dan il- passatemp partikolari, li minbarra s-sodisfazzjon li tgawdi l-għasafar madwarek, joffri possibbiltà biex taqbad mument li, eżatt meta ħadt ir-ritratt, jkun għadda darba għal dejjem. Ikolli nammetti li personalment ma nikkunsidrax lil pajjiżna bħala post ideali biex persuna tipprattika l-fotografija tal-għasafar, madanakollu, wara dawn is-snin kollha nipprattika dan id-delizzju, għadni mimli b'ħeġġa biex kull ċans li jkolli, nerħilha 'l barra għal aktar għasafar, u possibbilment aktar ritratti. Id-densità tal-popolazzjoni dejjem tikber, il-firxa tal-bini li bħal donnha ma tafx limitu, storbju u dawl eċċessiv, kif ukoll ċertu attitudni minn Maltin oħra meta jarawk b'kamera tar-ritratti u tromba fil-kampanja, huma kollha ntoppi li b'mod jew ieħor, itappnu l-pjaċir ta' min jagħżel li jgawdi l-għasafar f 'pajjiżna permezz tal- fotografija. Inħoss li trid ċertu perseveranza biex tkampa. Il-maġġoranza tal-ispeċi li niltaqgħu magħhom f 'pajjiżna huma migratorji, jiġifieri jżuruna matul il-passa. Fir-rebbiegħa, ħafna speċi ta' għasafar jitilqu mill- kontinent Afrikan lejn l-Ewropa biex ibejtu, biex imbagħad jerġgħu lura lejn l-Afrika fil-ħarifa. Grazzi għall-pożizzjoni ġeografika tagħna, għalkemm għal żmien pjuttost qasir, nistgħu ingawdu lista twila mhux ħażin ta' speċi ta' għasafar. In-numru ta' għasafar tal-passa li wieħed jara jiddependi ħafna mit-temp, u għalhekk huwa diffiċli biex wieħed jippjana meta se tkun ġurnata tajba. Mhux l-ewwel darba li wara ġimgħa ma jidher kważi xejn, il- kampanja Maltija timtela għasafar sempliċement għaliex ikun dar ir- riħ. Ovvjament, aktar ma persuna toħroġ, aktar jikber iċ-ċans li jkollha opportunitajiet ta' ritratti, iżda jgħin ukoll meta wieħed jidra jiem liema temp hu aktar favorevoli għal dak il-perjodu tas-sena. Minbarra t-temp, iż-żmien tas- sena huwa wkoll element kruċjali għall-fotografu tal-għasafar. Mhux li kemm tgħid "matul il-passa", għaliex passa tkun maqsuma f 'diversi fażijiet. Pereżempju, l-hekk imsejħa passa tal-ħarifa tibda ferm aktar kmieni għal ċertu għasafar, ġimgħat qabel dik ta' speċi oħra, għalhekk nissuġġerixxi ktieb tajjeb tal-għasafar ta' Malta biex b'hekk wieħed ikun konxju liema speċi hemm ċans jintlemħu. Jekk fotografu jkun jaf liema għasafar ikunu qed ipassu dak iż-żmien, ikun jista' jagħżel il-post fejn imur. Dan għaliex ħafna għasafar huma marbuta ma' ambjent partikolari, allura taf tkun ġurnata eċċellenti iżda xorta waħda ma tara xejn, sempliċiment għaliex tkun f 'ambjent ħażin. Importanti wkoll tkun konxju tal-ħin. Ċertu speċi għandhom tendenza jidhru f 'ħin partikolari, imbagħad bħal kważi b'maġija, jisparixxu matul il-kumplament tal- jum. Pereżempju, jaf ikun hemm għexieren ta' Kwakk fis-siġar tal- Buskett matul il-jum, iżda jekk trid tipprova tieħu ritratt tagħhom, trid tkun fil-post ma' nżul ix-xemx, meta jibdew jittajru ħalli jerħulha għal għonq it-triq lejn id-destinazzjoni tagħhom 'il bogħod minn xtutna. Huwa minnu li meta nilmħu xi ħaġa li nkunu nixtiequ neħdulha ritratt, nimxu lejha b'mod awtomatiku, iżda jekk is-suġġett huwa għasfur, nissuġġerixxi mod ieħor. Ħlief għal it speċi li ma jitnaffrux bil-preżenza umana, normalment għasfur jippreferi jżomm ċertu distanza mill- bniedem, għalhekk ikun aħjar li tintasab ma' xi ħajt, taħt xi siġra, jew ġo xi 'hide', u tistenna li l-għasfur jiġi lejk, mhux il-kontra. Ritratt sabiħ juri l-għasfur f 'pożizzjoni naturali, u mhux imwaqqaf għax ikun lemħek. Ingredjent fundamentali fil- fotografija tal-għasafar f 'pajjiżna, speċjalment matul il-pases, huwa l-paċenzja. Wara ritratt sabiħ jaf ikun hemm sigħat sħaħ ta' stennija. Jekk persuna tippretendi li se toħroġ fil-kampanja Maltija u tibda tieħu r-ritratti bl-addoċċ, naħseb li tkun wisq pożittiva. Ġieli jkun hemm ġranet verament tajbin, li bilkemm tieħu nifs minn ritratt għal ieħor, iżda dan żgur mhux in-norma. Nemmen li biex persuna tirnexxi fil-fotografija tal-għasafar, irid ikollha tagħrif kemm fuq l-għasafar kif ukoll fuq il-fotografija, speċjalment f 'pajjiż bħal tagħna fejn ħafna mill-għasafar narawhom biss waqt il-passa. Ħafna għarfien fuq waħda iżda mhux fuq l-oħra jaf ma jkunx biżżejjed biex tieħu l-massimu minn dan id-delizzju. Illum il- ġurnata għandna minjiera ta' sorsi minn fejn persuna tista' ttejjeb l-għarfien tagħha, kemm dwar l-għasafar f 'pajjiżna kif ukoll dwar il-fotografija. Fejn tirrigwarda l-fotografija, normalment il- problema tkun li tant hemm informazzjoni u tagħlim, li persuna tiġi bejn ħaltejn minn fejn se tibda. Jiena nissuġġerixxi letteratura li tkun speċifikament marbuta mal- fotografija tal-għasafar. Personalment, il-fotografija hija għodda li permezz tagħha jirnexxili niffriża mument, liema mument imbagħad inkun nista' naqsmu ma' ħaddieħor. Bħala edukatur, nemmen ħafna li l-viżwal għandu rwol essenzjali biex wieħed jirnexxilu jwassal messaġġ b'mod effettiv. Mingħajr il-fotografija, kien ikun prattikament impossibbli għalija naqsam dak li kelli x-xorta nesperjenza matul is-snin, speċjalment minħabba l-fatt li biex ingawdi l-għasafar mill-viċin, kważi dejjem inkun mistoħbi xi mkien waħdi. Illum il-ġurnata għaddew ħafna snin minn meta ħadt id-deċiżjoni li nżewweġ il-fotografija mal- imħabba tiegħi lejn l-għasafar, u għalhekk inħossni kunfidenti ngħid li kienet deċiżjoni pożittiva ħafna, u ninkoraġġixxi oħrajn jippruvaw din l-esperjenza. Nota dwar il-kampanja #onthemove (preferibbilment biex titpoġġa f'kaxxa mal-logo tal-kampanja) Din is-sena BirdLife Malta nidiet il-kampanja #onthemove biex tesponi s-sbuħija li jipprovdi l-ispettaklu tal-passa tal-għasafar fil- ħarifa. Il-kampanja għandha l-għan li tispira lill-pubbliku biex igawdi, jieħu ħsieb u jħares l-għasafar li jpassu minn fuq Malta tul il-ħarifa. Żur https://birdlifemalta.org/ onthemove biex tiskopri aktar dwar din il-kampanja. Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ ukoll iniżżel l-għasafar li josserva f 'formola li nħolqot apposta għal din il-kampanja: https://bit.ly/reportasighting. Monakella Imperjali tieqaf tistrieħ ftit mal-kosta tan-Nosfinhar ta' Malta waqt il-passa Ġlieda bejn żewġ Tertux fir-Riserva tal-Għadira. Din hija speċi pjuttost komuni fil-pases tar-rebbiegħa u tal-ħarifa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020