Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272
17 letteratura illum • IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jirrifletti dwar il-lirika ta' Mario Vella fl-album tal- Brikkuni Rub Al Khali. Billi jpoġġi dan ix-xogħol liriku f'paragun ma' bosta albums tat-tqattigħ tal-karti – b'mod partikulari mal-album Over ta' Peter Hammill – Saliba jikkumenta dwar il-merti liriċi ta' dawn il- kanzunetti li fil-fehma tiegħu ffissaw standard ġdid għall-kitba ta' din ix-xorta ta' lirika fil-livell lokali nofs ilu, sewwasew f 'Jum San Valentinu – bil-lirika li ħażżeż għall-album tal-grupp Brikkuni Rub Al Khali. Insostni dan mhux għax nidentifika xebh mużikali qawwi bejn dawn it-tnejn, xejn affattu. U għad illi hawnhekk, irrid jew ma rridx, ikolli nikkonċentra l-iżjed fuq il-valur letterarju tal-lirika u tal-effetti katartiċi li dawn jistgħu jnisslu, lanqas ma qiegħed ngħid dan għax jidhirli li Over u Rub Al Khali jirribattu t-trawma tat-telf tal-maħbuba bl-istess ħsus preċiżi. Xejn minn dan. Niġu f 'dan f 'tal- ewwel nisimgħu spettru wiesa' ħafna ta' ħsus differenti, mid-disprament totali sar- riżentiment punġenti, mentri f 'tal-aħħar b'ċerta sogħba ninnota nixfa ta' burdati mdagħdgħa – element illi spiss infittex b'ċerta ħerqa f 'avvenimenti mużikali ta' din ix-xorta. Iżjed minn hekk, f 'Over Hammill ma jesprimi ebda ħjiel ta' tama, fidwa jew ta' xi għamla ta' twemmin fl-ideali Romatiċi tas-seklu tmintax, lanqas f 'waqtiet kalmi u introspettivi bħas-silta ċelebri is Side of the Looking Glass. Mario Vella, mill-banda l-oħra, f 'dan it-"token break-up album", jagħżel illi jħalli s-sliem jirrenja, spiss b'ton ta' rassenjazzjoni li jagħti lok – l-iżjed fl- aħħar silta Ma Sejħet Ismek Nirtgħod – għall-possibbiltà ta' traxxendenza spiritwali li lili spiss tfakkarni fis-silta And No More Shall We Part ta' Nick Cave. Bħal Hammill, Vella jsemma' l-passjoni li għaddiet għala minnu, iżda mbagħad, bil-kontra tiegħu, ma jiqafx jemmen. Għaldaqstant f 'dawn l-aspetti abbli hemm xmara taqsam bejn dawn iż-żewġ eżamplari liriċi. Biss, Hammill u Vella xorta waħda jiltaqgħu, fl-aħħar mill-aħħar, fil- fawwara tas-sinċerità għerija li mhux biss issawwar iżda wkoll tgħargħar lil dawn iż-żewġ eżerċizzji qalila ta' trażmutazzjoni emozzjonali. Il-kritiku mużikali Michael P. Dawson f 'reċensjoni li dehret fir-rivista elettromika Goldmine kien iddeskriva Over bħala "a stunning piece of verbal open- heart surgery, served well by its haunting musical settings". L-istess kien għadda minn moħħi meta smajt dan l-album ta' Mario Vella u l-Brikkuni, l-iżjed waqt is- siltiet Ċpar, Aguirre, Għaxar Snin, Stella u sintendi t-title track Rub Al Khali – aktarx l-ikbar diska li qatt ġiet irreġistrata fl-ilsien Malti. Hemm wisq iżjed x'jingħad dwar Rub Al Khali. Ibda mill-bosta merti mużikali notevoli li ġibdu l-attenzjoni ta' diversi semmiegħa u kritiċi lokali u spiċċa fil- modi kif dawn il-liriki offrewli tant wens fi żminijiet fejn anke jien kont għadni nittanta ngħaqqad dawk il-ħsejjes imarrdu tat-tqattigħ tal-karti, meta anke jien twaddabt "ġo qoffa mal-bqija", meta anke jien twiddibt "b'dazji moħbija", saħansitra anke meta "f 'tarf ħalqi (wkoll) inġema' l-abjad ta' xlieqa". Jiġri x'jiġri u "ddur kemm iddur iċ-ċentru jibqa' fejn ikun", iżda dan kollu mhux għal-lum. "L-iżjed punt sensibbli f 'dan il-luttu huwa li jkolli nitlef ċertu lingwaġġ – il-lingwaġġ tal-imħabba. Minn issa 'l quddiem daqshekk ser nibqa' ngħid « inħobbok » kien stqarr il-kittieb u filosofu Roland Barthes fil-kapolavur tiegħu Fragments d'un discours amoureux (Frammenti ta' Diskors ta' Mħabba). Għandu mnejn din il-kundanna kiefra tgħodd għal bosta maħbubin midruba – ma tridx wisq biex anke għalija l-ewwel wieħed. Iżda jekk qatt tassew kienet – issa wara Rub Al Khali – għandna għax nimu li m'għadhiex tgħodd għal Mario Vella.