Illum previous editions

ILLUM 20 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1290272

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 27

Il-ħidma ta' San Ġwann Bosco u s-Salesjani f'Malta 23 bijografiji illum • Il-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2020 S an Ġwann Bosco li kellu kariżma għaż-żgħażagħ u t-tfal twieled f 'Murialdo fil-Piemonte il-parti tat- Tramuntana tal-Italja fis-16 ta' Awwissu 1815 minn Francesco u Marger- ita. Ta' sentejn miet missieru u kellu ħolma fl-età ta' disa' snin, fejn Alla ħabbarlu li kien se jinqeda bih u bl–għajnuna tal–Ma- donna biex imexxi t-tfal u ż-żgħażagħ. Meta sar saċerdot fis-sena 1841 il-ħolma dehret li se tibda titwettaq għax kien ltaqa' ma' tifel fqir u ltim u beda jgħallmu l-Katekiżmu. Fis- sena 1859 beda s-soċjetà Salesjana bi sbataxil ġuvni, u ried li r-re- liġjużi tiegħu jaħdmu u jimxu fuq l-Ispirtu ta' San Franġisk De Sales. Għażel lil Marija bħala Protetriċi tas-Salesjani, u sejħilha Marija Awżiljatriċi jew Marija Għajnuna tal-Insara. L-ewwel żgħażagħ ipprofessaw fis- sena 1862 u s- Salesjani jħaddnu t-tlett voti bħala mezz ta' Qdusija. Għalkemm jaħdmu għal–ġid spiritwali u materjali għandhom il-Kariżma speċjali tagħhom Ii jaħdmu fost it-tfal fqar u ż-żgħażagħ mwarrba mis-soċjetà. Jiħu oratorji, skejjel u orfanatroi, u djar oħra għaż- żgħażagħ li għandhom il-vokazzjoni saċerdotali u reliġjuża. Don Bosco kien jemmen fl-Appostolat bil- pubblikazzjonijiet li kellhom messaġġ Nisrani. Bagħat l-ewwel missjunarji tiegħu fis-sena 1875 fl- Arġentina. Matul ħajtu hu fetaħ 64 dar, u kellu madwar 800 salesjan f 'sitt pajjiżi. Hu miet fil-31 ta' Jannar 1888 f 'Turin. Huma edukaturi li jgħallmu l-iskola u s-snajja, li malajr infirxu madwar id-dinja u llum huma l-aktar fin – numru mill- istituti ta' ħajja kkonsagrata. Is-Salesjani daħlu Malta fiż-żmien is-suċċessur ta' Don Bosco, ir– Rettur Maġġur Don Rua. Bosta tfal u żgħażagħ skoprew lil Alla u mpenjaw ruħhom fil-ħajja nisranija. Fis- sena 1883 Mons Alfred Farrugia ltaqa' ma' Don Bosco f 'Turin, u ħajru biex jintbagħtu s-Salesjani f 'Malta, u saħansitra l-Kappillan tal–Parroċċa ta' Stella Maris ta' dak iż- żmien, Dun Franġisk Vinċenz Manche, ried ukoll jiaħ oratorju. Fis-sena 1889, kiteb lil Don Rua. L-aqwa benefattur u l-ewwel kooperatur kien Alfons Maria Galea li għen biex is- Salesjani jidħlu f 'Malta fis-sena 1903 hu kien dak li ħejjilhom dar biex jgħinu t-tfal fqar u ltima f 'Saint Patrick. L-ewwel Salesjani kienu jew Ingliżi jew Irlandizi iżda dan iż- żmien qed jitmexxa mis-Salesjani Maltin. Is- Salesjani kellhom ukoll dar fejn għixu u oratorju li beda fis –sena 1908 flimkien ma skola taħt il–ħarsien ta' Sant Alfons. Dan l-oratorju tmexxa mid-diretturi Sqallin. Illum jilqa' bħalha ċentru bosta ġuvintur u xebbiet bejn l-14 u l-25 sena. Twaqqfu bosta għaqdiet bħal 'Past Pupils' u l- kooperaturi Salesjani li jipprovdu bosta għajnuna biex il-Kariżma Salesjana timxi 'l quddiem. Qabel kellna l-Atturi Salesjani li kienu jaħdmu l-aktar drammi sbieħ iżda sfortunatament din l-għaqda siewja kellha twaqqaf ilħidma tagħha minħabba li t- Teatru Salesjan beda jinkera. Id-Delegat Provinċjali kellu dar fit- Triq San Ġwann Bosco f 'Tas Sliema. Is-Salesjani għandhom id-dar Osanna Pija fi Triq Rudolfu u nfetħet dar oħra ġdida fi Triq Mrabat, imsemmija għal Margerita, Omm Don Bosco biex jilqgħu ż- żgħażagħ li ma għandhomx fejn imiddu rashom. Dan iż-żmien infetaħ ħanut ġdid tal-kotba fi Triq Dingli jismu Librerija Tagħlim Nisrani. Tajjeb li ngħidu li llum, is-Salesjani saru Provinċja għalihom. Matul is- sena 1910 – 1914, is-Salesjani ħadu ħsieb l- Oratorju li kellhom f 'Birkirkara msejjaħ 'Domenico Savio' fejn wieħed mill-akbar benefatturi tiegħu kien in–nutar Mikiel. L. Casolani. Wara dan, l-Oratorju għadda f 'idejn il-Freres ta' De La Salle, u wara ħadu f 'idejhom is-soċjetà Missjonarja ta' San Pawl li għada tmexxih sal-lum. Fis-sena 1946 inbena oratorju f 'Għawdex minn Dun Pawl Micallef u s-Salesjani bdew imexxuh għal madwar sbatax-il sena, iżda sfortunatament, dawn iż- żewġ postijiet ma baqgħux taħt is- Salesjani minħabba nuqqas ta' vokazzjonijiet. Fis-sittinijiet sar żvilupp sostanzjali għax inbena il-Kulleġġ ġewwa Ħad-Dingli bħala livell sekondarju, u tfassal proġett ta' oratorju biex jilqa' liż-żgħażagħ ġuvintur u xebbiet u kien jinkludi qasam għall-adulti. Maż żmien l–oratorju resaq aktar lejn ir-Raħal biex is-Salesjani jibdew jipparteċipaw fil-ħajja Parrokjali. Fil-Kulleġġ Savio qed issir ħidma siwja fost iż-żgħażagħ u laqgħat importanti ta' formazzjoni, għal dawk l-istudenti li għandhom vokazzjoni Salesjana biex jimxu 'l quddiem fil-Formazzjoni tagħhom. Dak li qabel kien isir f 'Tas Sliema issa beda jitwettaq f 'Ħad Dingli. Dan il-Kulleġġ hu mgħammar ukoll bi 'ground' eċċezzjonali fejn tista' ssir fih kull xorta ta' attività sportiva. Is- alesjani dan l-aħħar snin fetħu oratorju u għandhom prezenza fl-Isla. Is- Salesjani qed iwettqu ħidma wkoll fl-artijiet tal-missjoni speċjalment f 'Manouba ġewwa t- Tuneżija fejn għandhom preżenza f 'ambjent Musulman li hu diffiċli. Irnexxielhom jiħu skola tal-primarja li tilqa' madwar 650 tifel u tifla. Hija meqjusa bħala waħda mill-aħjar skejjel u l- Musulmani jħabirku bis-sħiħ biex uliedhom jirċievu l-aħjar edukazzjoni fiha. Is- Salesjani jinsabu jaħdmu f 'bosta artijiet oħra, inkluż fl–Indja qalb komunitajiet diversi u għandhom prezżnza ukoll fi Suaziland ġewwa l-Afrika. Jinsab wkoll fl-Awstralja, fl-Ingilterra u l-Italja. Nieħdu l-okkazjoni biex inroddu ħajr 'l Alla għall-ġid kollu li s-Salesjani qed iwwetqu fi gżiritna, u nibqgħu nitolbu biex il- vokazzjonijiet ikomplu jitkattru. Patri Herman Duncan Is-Savio College San Ġwann Bosco

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 September 2020