Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 III PARTIT NAZZJONALISTA IL-MEMBRI JAGĦŻLU KAP Minn Fortunato Mizzi sa Adrian Delia... MINN YENDRICK CIOFFI Fortunato Mizzi (Fundatur) Fortunato Mizzi huwa meqjus bħala l-fundatur tal-Partit Nazzjonalista. Mizzi kien waqqaf il-Partito Anti-Riformista (Partito Nazionale) fl-1880 li eventwalment sar il-Partit Nazzjonalista li nafu llum. Fil-fatt, ħafna jqisu lil Mizzi bħala Missier il-Patrija u dak li beda t-triq biex Malta kisbet l-indipendenza. Mizzi kien magħruf għall-ġlieda tiegħu favur id-drittijiet tal-Maltin u kien waqqaf dan l-ewwel grupp politiku propju biex jikkumbatti lill-Ingliżi. Ħadem għal tliet għanijiet: it-tfassil ta' kostituzzjoni liberali għal Malta, id-difiża tar-reliġjon Kattolika u t-tradizzjonjiet Maltin u l-promozzjoni tal- kultura Latina u Ewropea ta' Malta. Fil-fatt, huwa kien membru tal-Komunità Pro-Taljana u fi żmien il-kwistjoni tal-lingwa kien favur l-użu uffiċjali tat-Taljan f 'Malta. Huwa missier Enrico Mizzi, li eventwalment sar Prim Ministru ta' Malta. Sir Ugo P. Mifsud u Nerik Mizzi (1926 - 1942) Sir Ugo. P. Mifsud kien avukat ta' fama kemm Malta u anke barra minn Malta. Huwa kien elett Segretarju tal-Assemblea Nazzjonali wara li Sir Filippo Sciberras kien mexxa l-Assemblea biex tikteb abbozz ta' Kostituzzjoni biex tingħata lill-Gvern Ingliż. Fl-1921, Sir Ugo Mifsud kien ikkonesta l-elezzzjoni mal-Unione Popolare Maltese (UPM) u fl-1924 sar Prim Ministru. Meta fl-1926 ngħaqdu l-UPM u l-PDN ta' Enrico Mizzi huwa sar ko-mexxej ma' Mizzi f 'dak li issa beda jissejjaħ Partito Nazionalista. Huwa kien elett ukoll fl-1927 u mill-ġdid fir-rebħa kbira li l-PN kiseb fl- 1932. Huwa baqa' Prim Ministru sal-1933. Fl-1932 huwa kien parti minn delegazzjoni tal-Gvern li telgħet Londra u ssottomettiet quddiem is-Segretarju tal-Istat għall- Kolonji, Sir Philip Cunliffe, it-talba uffiċjali biex Malta titpoġġa taħt id-Dominion Office bħala membru indipendenti tal- Commonwealth. Fl-1939 huwa kien elett membru tal- Kunsill tal-Gvern. Huwa miet fid-9 ta' Frar tal-1942 b'attakk tal-qalb waqt li kien qed jieħu sehem b'passjoni f 'dibattitu tal- Kunsill kontra l-intenzjoni tal-Gvern Ingliz li jiddeporta diversi ċittadini Maltin. (Aqra aktar dwar dan fil-kaxxa dwar Nerik Mizzi). Nerik Mizzi (1942 – 1950) L-opinjonijiet dwar Enrico jew Nerik Mizzi huma mħallta. Kien hemm min jarah bħala ossessjonat li jqarreb kemm jista' lil Malta lejn l-Italja, u għal xi wħud kien bniedem li ħajtu ddedikaha għal pajjiżu u għall-ħidma tiegħu lejn pajjiżu. Il-karriera politika tiegħu tista' tgħid li bdiet f 'Novembru tal-1915 meta ħareġ bħala kandidat għal Għawdex – fejn ingħata appoġġ liema bħalu. Ħadem bis-sħih biex jikseb Kostituzzjoni liberali mill-Ingliżi, l-istess kif għamel missieru. Fl-1921 Nerik ifforma l-Partito Democratico Nazionale, li fl-istess sena tella' erba' kandidati fuq Għawdex. Wara l-elezzjonijiet tal-1924 il-partit ta' Nerik ifforma gvern ta' koalizzjoni mal-Unione Politica Maltese (ta' Sir Ugo P. Mifsud) u fl- 1926 dawn iż-żewġ partiti ingħaqdu u saru il-Partito Nazionalista. Mizzi kien magħruf bħala "cavaliere senza macchia e senza paura" – kavallier bla tebgħa u bla biża' Fit-30 ta' Mejju tal-1940 filwaqt li Mizzi kien il-Malta Printing Press, ġie arrestat u miżmum fil-Fortizza tas-Salvatur. Fi Frar tal-1942, il-Gvernatur ħareġ warrant għad- diportazzjoni ta' 47 Maltin għall-Uganda – fosthom kien hemm Nerik Mizzi. Waqt l-eżilju tiegħu, Mizzi kien jagħmel dak li jista' biex iżomm aġġornat mas- sitwazzjoni politika f 'Malta. Huwa żamm f 'kuntatt mal-Membri Nazzjonalisti Eletti l-oħra tal-Kunsill tal-Gvern – Gorg Borg Olivier u Giuseppe Schembri. Nerik irritorna Malta fl-1945. Xammar mill-ewwel il-kmiem u it jiem wara attenda l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Gvern u ħadem biex jorganizza l-PN mill-qiegħ. Ta' min isemmi li fost l-akbar kritiċi tiegħu kien hemm il-gazzetta ta' Strickland li kienu jpenġuh bħala traditur u li għandu simpatija lejn l-Italja faxxista. Wara l-elezzjoni tal-1950, Nerik Mizzi kien mitlub jifforma Gvern ta' minoranza u f 'Settembru tal-1950 sar Prim Ministru. Huwa miet tliet xhur wara. Fil-fatt kienu l-uniku Prim Ministru Malti li miet fil- kariga. Giorgio Borg Olivier (1950 – 1977) Ġorġ Borg Olivier jibqa' mfakkar bħala wieħed mill-aktar kapijiet maħbuba tal- Partit Nazzjonalista u li xi it jew wisq sab ruħu f 'sitwazzjoni simili għal dik li sab ruħu fiha l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Fil-fatt, l-aħħar snin ta' Borg Olivier fil- politika kienu kkaraterizzati minn qasma fil-PN u kwistjonijiet personali. Minkejja dan, forsi għall-kuntrarju ta' Delia, Borg Olivier kellu ż-żmien ta' glorja tiegħu, partikolarment meta wassal biex Malta kisbet l-indipendenza fl-1964, kisba importanti u li l-Partit Nazzjonalista għadu jiaħar biha sal-lum. Ġorġ Borg Olivier sar Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-1950, wara l-mewt ta' Nerik Mizzi u żam din il-kariga sal-1977. F'dan il-perjodu, huwa serva darbtejn bħala Prim Ministru ta' Malta, jiġifieri bejn l-1950 u l-1955 u l-1962 u l-1971. Kien jemmen bis-sħiħ li Malta tista' tikber ekonomikament u soċjalment bħala stat indipendenti. Kien hu li ta' viżjoni lill-Partit Nazzjonalista meta introduċa l-politika li tħares lejn l-industriji tat-turiżmu u l-kostruzzjoni bħala essenzjali għat-tkabbir ekonomiku. Qabel sar Kap tal-PN, fl-1939 huwa kien elett fil-Kunsill tal-Gvern u meta Malta reġa' kellha Gvern tagħha, fl-1947, huwa kien elett fl-Assemblea Leġislattiva u it wara Deputat Kap tal-Oppożizzjoni. Fl-1950 huwa kien il-Ministru tax- Xogħlijiet u r-Rikostruzzjoni u anke Ministru għall-Edukazzjoni fil-Gvern Nazzjonalista ta' Minoranza mmexxi minn Nerik Mizzi sakemm ħa post Mizzi wara mewtu. Huwa kien żamm il-Ministeru għall-Ġustizzja taħt idejh. Sena wara, iffaċċja elezzjoni ġenerali u fforma Gvern ta' koalizzjoni sakemm tilef l-elezzjoni fl-1955 u sab ruħu Kap tal- Oppożizzjoni. Ma kienx l-isbaħ żmien għall-pajjiż, iżda Borg Olivier, forsi għall-kuntrarju ta' dak li għamel fl-aħħar snin il-Partit Nazzonalista, rnexxielu jieħu vantaġġ mill-inkwiet li l-pajjiż kien għaddej minnu. Borg Olivier uża l-kunflitt bejn il-Partit Laburista u l-Arċisqof Mikiel Gonzi għall-vantaġġ tiegħu. Fl-1962 rebaħ l-elezzjoni u apparti li sar Prim Ministru mill-ġdid, żamm il-protafoll ta' Ministru għall-Ippjanar Ekonomiku u l-Finanzi. Fl-istess sena, Malta għamlet it- talba formali għall-Indipendenza. Il-Kostituzzjoni għall-Malta Indipendenti kienet pprovata mill-Parlament u minn referendum li sar fi Frar tal-1964. Borg Olivier reġa' rebaħ l-elezzjoni tal- 1966 iżda reġa' sab ruħu fl-Oppożizzjoni fl-1971 meta Duminku Mintoff rebaħ l-elezzjoni. Madanakollu, Borg Olivier baqa' hemm u meta tilef it-tieni elezzjoni konsekuttiva beda jberraq għalih. Ħafna, inkluż fil-Partit Nazzjonalista, partikolarment Deputati, bdew iħarsu lejh bħala kap passiv li ma' Mintoff ma għandux ċans, iżda hu kien iserraħ fuq il-fatt li mal- attivisti Nazzjonalisti kien għadu b'saħħtu. Il-qasma fil-Grupp Parlamentari ħarġet aktar fil-beraħ meta l-Prim Ministru Mintoff ried illi jagħmel emendi fil-Kostituzzjoni, inkluż biex Malta ssir Repubblika, b'dawk lealissimi lejn Borg Olivier jgħidu illi din kienet biss mossa biex jitneħħa l-Kap Nazzjonalista. Kien kważi l-Grupp Parlamentari kollu, ħlief ħames deputati, li ma bediex jaqbel ma' Borg Olivier. Dawn kienu lesti jinfurmaw lil Borg Olivier illi jekk ma jirreżenjax isibu kap ieħor huma. Dawn id-deputati kienu lesti li jaqblu mal-Gvern ta' Mintoff fuq ċerti punti li ried jemenda fil-Kostituzzjoni, anke jekk kontra l-Kap tagħhom stess. Ittieħed vot u minn 27 deputat kienu biss ħuh Paul Borg Olivier, neputih Albert Borg Olivier De Puget, Alex Cachia Zammit, Joseph Cassar Galea u Alfred Bonnici li kienu wara l-Kap tal-PN. Kif jgħidu, l-istorja tirrepeti ruħha! Fost dawk li ma vvutawx mal-Kap tal- PN u tal-Oppożizzjoni kien hemm George Hyzler, Ugo Mifsud Bonnici, Ċensu Tabone, Eddie Fenech Adami, George Bonello Dupuis u Anton Tabone, ilkoll deputati li saru Ministri taħt Gvernijiet Nazzjonalisti ta' Eddie Fenech Adami. Għal dak iż-żmien, dawn kienu r-ribelli iżda n-Nazzjonalista ma damux ma biddlu fehmhom u sal-lum għadhom meqjusa bħala l-aqwa politiċi li qatt ra mhux biss il-Partit Nazzjonalista iżda anke l-pajjiż. Mintoff rebaħ mill-ġdid fl-1976 u Eddie Fenech Adami ħa f 'idejh it-tmun tal-PN sena wara. Tkompli f'paġni IV-V

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020