Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557
IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 • illum VI PARTIT NAZZJONALISTA IL-MEMBRI JAGĦŻLU KAP X'jaqbillu l-PN? Distakk kbir jew żgħir? U x'se joħroġ mill-Whatssapp ta' Yorgen? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-kampanja interna fil-Partit Nazzjonalista għal Kap ġdid issa waslet lejn it-tmiem tagħha. Kif għidna l-ġimgħa l-oħra f 'analiżi separata, ma tantx kienet xi kampanja li qajmet ħafna entużjażmu fost l-għeruq tal-PN. F'din l-aħħar analiżi se nagħtu ħarsa lejn l-aħjar u l-agħar xenarji għall-Partit Nazzjonalista, kif ukoll għall-kandidati nfushom. L-aħjar xenarju: Rebħa inekwivoka u ċara. L-agħar: Riżultat viċin L-aħjar xenarju elettorali għall-Partit Nazzjonalista huwa li Adrian Delia jew Bernard Greh jirbħu din l-elezzjoni b'mod inekwivoku u ċar. Issa naturalment "inekwivoku" u "ċar" huwa suġġettiv. Għalhekk din il-gazzetta se tuża esperjenzi passati kif ukoll is-sens komun biex tasal għal numri li nanalizzaw illi jkunu "inekwivoċi" u "ċari". Jekk inħarsu lejn l-elezzjoni interna li kien hemm fil-Partit Laburista - minkejja kuntest kompletament differenti u f 'ħafna aspetti l-oppost - naraw illi kien hemm riżultat illi f 'dak il-kuntest kien ċar u inekwivoku. Robert Abela kiseb 58% tal-voti - kontra l-aspettattiva ġenerali u anke kuntrarjament għas-sondaġġi inizzjali li bdew isiru. Jiġifieri din kienet rebħa kbira ta' Abela kontra avversarju li kien ilu jitqies bħala s-suċċessur probabbli ta' Muscat, flimkien mal-MEP Miriam Dalli. Dan ifisser illi kien hemm element ta' sorpriża hawnhekk li saħħet aktar idejn Abela. Fil-każ tal-PN - li jinsab mifrud daqs qatt qabel - ir-riżultat irid ikun ħafna differenti minn dak tal-2017 meta Delia kien rebaħ, imma mhux b'marġini kbar (kważi 53%). Dan għaliex huwa riżultat inekwivoku biss li jista' joqtol, għallinqas għal żmien biżżejjed, ir-reżistenza kbira li hemm lejn Delia mill- istrutturi tal-partit u minn settur ta' votanti Nazzjonalisti u r-resżistenza kbira li hemm lejn Grech, jew inkella t-tneħħija ta' Delia minn postu. Jekk Delia jirbaħ eżatt bl-istess marġini tal-2017 - għalkemm ikun Kap leġittimu, speċjalment fid-dawl tar-reżistenza kbira lejh u għalkemm tkun imbuttatura kbira għalih, li rebaħ minkejja kull ostakolu, xorta dan ir-riżultat ikun ifisser li għandu madwar 47% tat-tesserati kontrih. Il-fatt li kważi nofs l-għeruq tal-partit huma kontrih jibqa' jagħti impetu lil dawk li huma kontra Delia, biex malli s-sitwazzjoni terġa tikkalma jerġgħu joħorġu fuq l-attakk fuq xi storja jew fatt jew allegazzjoni ġdida. Il-gazzetta ILLUM tanalizza l-aħjar u l-agħar xenarji politiċi u ipotetiċi għall-Partit Nazzjonalista, għal Adrian Delia u għal Bernard Grech wara l-elezzjoni ta' nhar is-Sibt ... L-agħar xenarju li jitrat- ta lil Adrian Delia huwa li jitla' u jirriżulta li waħ- da minn dawk il-'jekk, jekk u jekk' li ssemmew diversi drabi minn diver- si persuni - inkluż taħt ġurament - u fid-due dil- igence, hija verità