Illum previous editions

ILLUM 27 September 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1292557

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2020 • illum X PARTIT NAZZJONALISTA IL-MEMBRI JAGĦŻLU KAP 'Jiena ma rrid nitlef lil ħadd mill-PN partit b'saħħtu u Gvern alternattiv' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Bernard Grech mhuwiex wiċċ ġdid għan-Nazzjonalisti u dawk li jsegwu x-xena politika lokali, imma minkejja dan bosta li forsi mhumiex se jivvutawlu jew inkella għadhom ma ddeċidewx kif se jivvutaw, jaraw illi forsi għaġġel. Hemm oħrajn li jsostnu li kellu jistenna sal-elezzjoni qabel jitfa' ismu u hemm oħrajn li saħansitra jħossu li tradixxa lill-Kap tal- Partit Nazzjonalista. Meta jmur f 'dar u jgħidulu hekk, hu kif jirrispondihom lit-tesserati? Hu jibda billi jfakkar li ilu snin attiv fil-politika, imma mhux fl- istrutturi tal-partit. Jgħid li tant huwa hekk illi iktar pparteċipa f 'dibattiti mal-Prim Ministru tal-lum Robert Abela, milli kellu Delia, li fil-fatt qatt ma ltaqa' mal- Prim Ministru, fuq il-midja wiċċ imb'wiċċ f 'dibattitu. 'Jiena ma niddejjaqx li naħraq il- karriera politika ... li qed nagħmel, qed nagħmlu għall-PN' "F'Jannar li għadda iddeċidejt li nagħmel il-pass li nidħol fil-Partit Nazzjonalista u naċċetta li nkun kandidat u wara anke li nkun parti mill-clusters tal-partit. Għamilt dan," kompla jgħid Grech mal- ILLUM, "għax il-partit kellu bżonn l-għajnuna u uċuħ ġodda." Dwar il-fatt li huwa kandidat huwa qal illi ladarba il-Kunsill Ġenerali - l-ogħla organu tal-PN - iddeċieda li jmur għall-għażla tat-tesserati, "jiena ma ħassejtx li kelli nistenna l-affarijiet jeħżienu aktar. Imma ħassejt li ladarba saret id-deċiżjoni jiena għandi inservi lit- tesserati, inservi lin-Nazzjonalisti u inservi wkoll lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Biex insiru verament Gvern alternattiv." Il-gazzetta staqsiet lil Grech iżda huwiex konxju li jekk il-PM isejjaħ elezzjoni bikrija, kif għandu kull dritt jagħmel, u l-PN jitlef b'aktar minn 40,000 vot - li hija possibilità - hu se jkun ħaraq il-karriera politika tiegħu! Ma ħax dan in kunsiderazzjoni? F'erba' xhur m'għandux ċans jirranġa l-feriti kbar li għandu l-PN. Jekk jitlef b'aktar minn 40,000 vot jirriżenja? Grech jiċċara illi skont l-aħħar sondaġġ xjentifiku - dak tal- Mediatoday - id-distakk fil-fatt huwa ta' 53,000 vot bħalissa u jfakkar li jekk se nużaw is-sondaġġi bħala riga, din ir-riga għandha tintuża dejjem. "Issa jiena ma niddejjaqx li naħraq il-karriera politika tiegħi. Jiena dan li qed nagħmel, qed nagħmlu għall-Partit Nazzjonalista u għall-pajjiżi. Għalkemm nittama li l-Prim Ministru Robert Abela jieħu d-deċiżjoni illi hija fl-aħjar interess tal-pajjiż, mhux tal-partit." Grech saħaq li se jaħdem fuq pjan imfassal għal biżżejjed żmien biex il-partit jingħaqad u jiġi fuq saqajh. "Jiena nemmen li n-nies se jgħarfu illi jekk issir kmieni l-elezzjoni mhux se jkun hemm biżżejjed żmien biex jitwettaq dan il-pjan u jekk issir kmieni nemmen illi jgħarrfu dan u nkomplu bil- ħidma. Jekk nitħalla mmexxi - kif se nibda nagħmel mill-ewwel - inressqu nies ġodda 'l quddiem fil- partit biex jagħtu sehemhom." 'Qed nistenna apoloġija mill-Prim Ministru ...' L-intervista ddur fuq ir-realtà tal- Covid-19 bħalissa b'diversi mwiet ta' anzjani - għaxra b'kollox - bejn il-Ħadd li għadda u nhar il-Ġimgħa filgħaxija. Imma fir-realtà ma kinitx inevitabbli li se tidħol fi djar tal-anzjani? Kieku hu kien Prim Ministru x'kien jagħmel differenti? Huwa beda billi esprima sogħba u kondoljanzi lill-familjari u sostna li nkunu qed nonqsu meta nsemmu kundizzjonijiet oħrajn li l-anzjani seta' kellhom. "Inti meta xi ħadd imut wara li jittajjar minn karozza, ma nsemmux il-by-pass li jkun għamel seba' snin qabel, le? Ma ngħidux 'u iva imma għax kellu kundizzjonijiet oħrajn?" Grech jaqbeż mill-ewwel fuq il-Prim Ministru u jgħid li għadu qed jistenna apoloġija lill-poplu, "għax dan ma kienx żball żgħir, imma żball serju. Il-PM kellu pariri biex ma jgħaġġilx u biex ma jiħux ċerti deċiżjonijiet, imma ħadhom." Grech jisħaq illi filwaqt li l-ekonomija hija importanti, kieku kien hu PM minflok Abela, kien jagħti l-akbar toqol u l-prijorità lil dak li jgħidu l-awtoritajiet tas- saħħa. "Mhux sew li għandna tant anzjani u l-qraba tagħhom tant preokkupati. Hemm bżonn li l-Gvern u l-awtoritajiet tas- saħħa jagħmlu minn kollox biex jagħtuhom is-serħan il-moħħ. Jiena ommi u missieri jinsabu f 'home, naf x'qed iħossu dawn l-anzjani u l-qraba bħalissa" Hu sostna iżda li apparti miżuri li jitrattaw il-Covid-19 innifisha hemm bżonn li wieħed iżomm f 'moħħu lil dawk kollha li qed jgħixu - għax m'għandhomx għażla - fis-solitudni. "Il-flus importanti u l-ekonomija wkoll. Pero mhux il-flus biss importanti. Hemm bżonn nieħdu ħsieb ukoll lil min jinsab waħdu." Għal it ħin naqbdu mal-iskejjel u l-posponiment tal-uħ tagħhom. Grech jinsisti dwar l-importanza li l-ġenituri, il-unjins u anke l-kapijiet ta' skejjel jiġu dejjem ikkonsultati u jħossuhom parti integrali mill- bidliet u l-miżuri. Jikkritika lil rappreżentanti tal-Gvern li qalu illi hemm bżonn reviżjoni tas- sillabu u fakkar illi l-għalliema ma waqfux jaħdmu u meta l-istudenti kienu d-dar baqgħu għaddejjin il- lezzjonijiet online. 'Naqbel ma' sistema li nkunu nafu x'se jiġri bin-nies li deħlin pajjiżna' Induru fuq l-immigrazzjoni - kwistjoni taħraq li dwarha qala' xi it tal-kritika Grech ukoll. Lilhinn imma minn dawk li jiġu bid-dgħajjes: Bernard Grech lest jipproponi u jikkunsidra sistema li tagħmilha aktar diffiċli jew inkella li tkun aktar stretta biex persuni minn pajjiżi barra l-UE jidħlu Malta? Jaqbel per eżempju, ma' sistema ta' punti - fejn biex persuna tidħol Malta legalment (u qed neskludu l-immigranti bid- dgħajjes) ikun hemm bżonn li jkollha x-xogħol jew fejn tgħix? U jekk diġa' hemm sistema - jaqbel li ssir aktar restrittiva? Grech jgħid li l-mistoqsija minnha nnifisha turi li l-Gvern la kellu u lanqas għandu pjan dwar l-immigrazzjoni u allura sostna li hemm bżonn ta' strateġija ċara. "Gvern Laburista ġab ħafna persuni minn pajjiżi terzi għax qalilna li hemm bżonnhom minħabba x-xogħol, u dik nifimha. Imbagħad qalilna li biex iħallsulna il-pensjoni. Gidba! Għax meta ma kellniex aktar bżonnhom ħafna pruvaw ikkeċċuhom - ħallieha li ħafna baqgħu pajjiżna, bla xogħol." Grech jaqbel : "Hemm bżonn ċertezza ta' x'se jiġri minn persuna ladarba tidħol Malta u ġejja minn pajjiżi barra l-UE - jekk hux se jkollha, per eżempju mezz ta' dħul," jispjega l-kandidat għall-kariga ta' Kap tal-PN. Ifakkar li dan ma jneħħi xejn mill-obbligi li għandha Malta mhux għax hija membru tal-UE biss, imma għaliex hija marbuta mal- obbligi internazzjonali wkoll. Jiġifiri jaqbel jew le ma' din is- sistema, Grech? "Naqbel li jkun hemm pjan u strateġija, inkluż, li tkun taf persuna li ġejja Malta hix se jkollha mezz biex tgħix," temm jgħid Grech. 'Nemmen li persuna għandha dritt tagħti l-verżjoni tagħha, imma ...' Naqbżu fuq il-governanza għal it ħin. F'risposta li kien ta għall- mistoqsija tal-ILLUM fuq Net TV Grech kien qal illi jekk ikollu każ ta' deputat taħt sħaba ta' korruzzjoni jew li kellu kuntatt ma' Yorgen Fenech hu jgħaddieh mill-Bord tad-Dixxiplina. Imma din mhux każ double standards? Meta kien hemm Ministri Laburisti - Michael Falzon, Manuel Mallia, Konrad Mizzi u aktar - Grech u l-PN talbu għat-tkeċċija. Anke ta' Muscat talab tkeċċija, ma talbux li jmur għand xi bord ta' dixxiplina. Allura Bernard Grech ikeċċi lil xi ħadd taħt sħaba jew dubji serji ta' korruzzjoni jew le? "Jiena nemmen li għandu jingħata l-opportunità li jiddefendi ruħu. Il-partit għandu bord - parti mill-istatut - li jara u jivverifika l-fatti kif ġraw," sostna Grech. Qed iwiegħed l-għaqda, qed jaqla' ħafna kritika minn ġewwa u mill-avversarju, ma ħallasx it-taxxa għal snin imma mbagħad ħallasha u jemmen verament li jista' jagħti lill-Partit Nazzjonalista lura b'saħħtu u lest biex ikun fil-Gvern ...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 27 September 2020