Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 analiżi illum • IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 sal-lum. 100 sena ta' storja tal-Partit Laburista (1) s-Sinjorina Mabel Strickland. Iżda jibqa' l-fatt li l-aktar element favur in-nisa dejjem kien fi ħdan il-Partit Laburista. Tul iż-żmien ikkontestaw u ġew eletti Fanny Attard Bezzina li kienet fil-parlament ma' żewġha, Evelyn Bonaci, Cettina Darmania Brincat, Carmen Sant li wkoll kienet ma' żewġha fil-parlament, Marlene Farrugia(Pullicino), Rita Law, Helena Dalli, Justyne Caruana, Deborah Schembri, Julia Farrugia Portelli, Rosianne Cutajar u Marie Louise Coleiro Preca. Is-Sinjura Coleiro Preca kienet ukoll Ministru u fl-2014 saret it-tieni mara bħala President tar-Repubblika ta' Malta. Barra dawn nonqsu jekk ma nsemmux ukoll il-nisa li rnexxilhom jirbħu siġġu fil-Parlament Ewropej li fosthom insibu lil Marlene Mizzi, Miriam Dalli u Josianne Cutajar li hija l-ewwel mara Għawdxija li rnexxilha tirbaħ f 'din it-taqtiegħa. Jekk inħarsu lejn partiti oħrajn fosthom il-Partit Nazzjonalista nsibu vakum kbir tant li l-ewwel mara li rnexxilha tidħol fil- parlament Malti kienet is-Sinjura Anne Agius Ferrante li telgħet permezz ta' elezzjoni każwali nhar il-11 ta' Diċembru 1980 wara l-mewt tan-nutar Ġorġ Borg Olivier fuq il-11-il Distrett. Imbagħad kellhom jistennew sal-1987 meta ġiet eletta s-Sinjura Giovanna Debono li kellha tistenna sal-2003 biex inħatret Ministru flimkien mas-Sinjura Dolores Cristina. Ma noħduha xejn bi kbira kif u għaliex il-mara baqgħet maqtugħa lilhinn mis-soċjeta`. Meta baqgħet imċaħħda mill-vot ma kellha l-ebda drittijiet għajr milli sseer fil-kċina u fid-dar waqt li trabbi familja. Postha ma kienx fil-pjazza u l-każini u lanqas tattendi xi mass meeting. Sa minn ċkunithom il-bniet bilkemm kienu jintbagħtu l-iskola, waqt li s-soċjeta` tal-irġiel żammitha mgeżwra u moħbija fil-ħwejjeġ u xi għonnella. Waħidha l-mara ma setgħetx tbarri dawn id-drawwiet u kostumi mudlama u tikseb il- ħelsien jekk mhux bl-għajnuna ta' politika ta' integrazzjoni. Fil-fatt, anke dawk il-it li bdew joħorġu jaħdmu tqiesu bħala msieken, u l-paga tagħhom baqgħet ferm inqas minn tar-raġel sas-snin sittin tas- seklu li għadda. Kawża ta' din is-sistema u l-ambjent fqir li nżammu fih, ħafna nisa l-aktar fl-inħawi tal-Port il-Kbir spiċċaw jaqgħu għall-prostituzzjoni l-aktar bil-preżenza tas-suldati u baħrin fil-gżejjer tagħna. L-ewwel snin ta' Mintoff kienu turbolenti ħafna għall-pajjiż: X'sehem ta l-Partit Laburista u Mintoff fis-snin 50? U x'effett kellu dan fis-snin ta' wara? Id-dħul tal-perit Mintoff fil- politika Maltija ħoloq xenarju ġdid. Bis-snin ta' studju fl-Ingilterra, dan iż-żgħażugħ ġie lura f 'pajjiżu b'moħħ miuħ u b'ideat avvanzati tletin sena aktar minn dawk lokali. Mimli ħeġġa ried jgħaġġel iġib il- bidla f 'moħħ il-Maltin. Għalhekk daħal fil-politika biex ibiddel u jneħħi l-għamad mimli għanqbut minn quddiem għajnejn il-politiċi. Għalhekk ingħaqad fil-Partit Laburista għax fih ra art għammiela fejn seta' jxettel ħsibijietu. Bħala Ministru tax-Xogħlijiet u Rikostruzzjoni, kif ukoll imrobbi f 'Bormla u l-belt Valletta, fl-1947 mill-ewwel ħaseb x'ried isir ħa jibda jerfa' lill-poplu mill-miżerji tal- gwerra u l-istat mudlam li nżamm fih. Għalhekk, beda biex inaddaf il-mandraġġ tal-belt fejn in-nies kienet tgħix qisha fniek ġo gorboġ żgħir. Fehem ukoll li l-kolonjalisti Ingliżi ma setgħux jibqgħu jagħsru lill-ħaddiem Malti qisu lumija u jarmuh. Sadanittant, il-Partit Laburista ried jibda jwettaq dak li wiegħed u fl-1948 għall-ewwel darba f 'pajjiżna daħħal il-Pensjoni tax-Xjuħ biex min jirtira mix- xogħol ikun jista' jkompli jgħix ħajja diċenti. Il-Prim Ministru t-tabib Boffa mill-ewwel intebaħ bit-talenti ta' dan iż-żagħżugħ determinat u għalhekk għażlu biex jitla' Londra jitkellem dwar il-Marshall Aid ħalli jġib trattat finanzjarju aħjar lejn pajjiżna. Xirfet it-tama li b'dawn il-flus mhux biss Malta mfarrka terġa' tinbena wara t-tieni gwerra dinjija, iżda riedu jkunu l-mezz li bih tistejqer l-ekonomija li tibda tagħti l-frott ħalli l-pajjiż ma jibqax jiddependi biss mill-ħniena tal- impjiegi mas-servizzi Ingliżi. Iżda d-determinazzjoni u r-ras iebsa tal-perit Mintoff ħolqot terremot sħiħ kemm fil-Partit Laburista kif ukoll fil-Partit Nazzjonalista u l-knisja Maltija. Meta wasal biex ta l-ultimatum lill-Ingliżi, il-Prim Ministru Boffa ħass piż kbir. Il-Partit Nazzjonalista għaraf li f 'dak il-mument seta' jiġbed it-tapit minn taħt saqajn il-Prim Ministru, u f 'kor sħiħ flimkien mal-kleru beda jingħad li l-perit Mintoff ried ikeċċi lill-Ingliżi u jġib lir-Russi u l-komuniżmu f 'pajjiżna. Kawża ta' dan id-diżgwid, il-perit Mintoff, supperv li ma jbaxxix rasu fin-negozjati li ġie fdat imexxi mal-Gvern Ingliż, irriżenja minn Ministru. L-1949 kellha tkun is-sena li fiha wara li għall-ewwel darba l-Partit Laburista kellu l-Gvern f 'idejh, inħolqot il-firda biex f 'temp ta' it xhur kellna l-Partit Laburista tal- perit Mintoff u l-Partit ta' Boffa. Il-Konferenza Ġenerali għażlet lill-perit Mintoff bħala mexxej u għalkemm baqgħu miegħu ħames deputati biss, waqt li keċċiet lit- tabib Boffa li baqa' jmexxi Gvern ta' Minoranza. Il-qawwa tal-perit Mintoff bħala Kap tal-Oppożizzjoni kompliet tispikka sal-1954 meta f 'temp ta' it aktar minn tlitt snin f 'pajjiżna kellna tliet elezzjonijiet. Elezzjoni wara l-oħra l-Partit Laburista kompla jikber għal 11-il deputat, imbagħad 14, u terġa' fl-1953 għal 19-il deputat. F'dak iż-żmien l-Assemblea Leġislattiva kienet tilqa' fiha 40 deputat. Fl-elezzjoni ta' Frar 1955 il- Partit Laburista ħareġ rebbieħ meta b'maġġoranza ta' 20,000 vot kiseb 23 siġġu fl-Assemblea u kellu mill-ġdid għat-tieni darba l-Gvern f 'idejh. Il-perit Mintoff mill-ewwel beda jwieżen lill-ħaddiem iż-żgħir meta ta żidiet fil-pagi u flimkien mal-General Workers' Union immexxija minn Reggie Miller iġġieled biex il-ħaddiema mas- Servizzi Ingliżi jingħataw pagi bħal dawk tal-ħaddiema Ingliżi. Għalhekk beda tiela' u nieżel Londra biex iġib trattat finanzjarju tajjeb bit-tama li jindustrializza l-pajjiż, isaħħaħ l-industrija tat-turiżmu u ma nibqgħux niddependu biss mill-ħniena tal- Ingliżi bħala gżira-fortizza. Ried ukoll idaħħal fl-imħuħ tal-poplu li aħna nazzjon u m'għandniex nibqgħu b'rasna baxxuta u nħossuna nferjuri quddiem il-barrani. Il-perit Mintoff ried li jiaħ il-bibien ħalli l-ħaddiema Maltin u Għawdxin ikollhom aktar opportunitajiet ta' xogħol, u ż-żgħażagħ jitħarrġu ħa jiksbu l-impjiegi ewlenin maħtufa mill-Ingliżi f 'pajjiżna, Mill-banda l-oħra ried li bħall-Ingliżi jkollna s-servizzi soċjali kollha li jerfgħu lill-ħaddiem u l-familja tiegħu meta jimrad jew ikollu jirtira mix-xogħol. Għalhekk, fl-1956 daħħal żewġ liġijiet, monument għal pajjiżna: l-Att dwar l-Assistenza Nazzjonali u l-Att dwar l-Assikurazzjoni Nazzjonali. Permezz ta' dawn, il- ħaddiema ġew mitluba biex mill- paga tagħhom, li sa dak iż-żmien żdiedet b'mod sostanzjali, jħallsu kontribuzzjoni żgħira u din igawdu minnha f 'każ ta' mard, diżgrazzja, telf ta' mpjieg jew meta persuna tirtira mix-xogħol. Assistenza soċjali u medika bdiet tingħata b'xejn fl-isptarijiet u kliniċi tal- Gvern u wkoll bħala benefiċċju lil persuni vulnerabbli u li jbatu minn ċerti kundizzjonijiet mediċi. Biex isaħħaħ u jassigura dawn is-servizzi, il-Partit Laburista ntroduċa l-Liġi tat-Taxxa fuq id- Dħul li qanqlet kwistjonijiet kbar fil-pajjiż li kien imdorri, l-aktar is-sinjuri, il-professjonisti kif ukoll il-kleru, jaħarbu t-taxxi u allura jemmnu f 'taxxi indiretti li jinġabru mill-ħwejjeġ li jixtri l-poplu biex jiekol, anke l-ħobż. Meta l-Prim Ministru ra li ma jistax jasal bil- kelma t-tajba mal-Gvern Ingliż, anke meta talab biex niġu Integrati mal-Ingilterra, beda jfittex triq oħra. L-għajta tiegħu lill-Ingliżi saret – Jew magħkom u bħalkom, jew mingħajrkom. U minn hawn qamu l-irwiefen kollha għaliex l-alleati konservattivi u medjokri tal-pajjiż ma ridux it-taqlib u l-bidla mfassla fil-moħħ progressiv u rivoluzzjonarju tal-perit Mintoff. Dan l-artiklu jkompli nhar il- Ħadd li ġej Agatha Barbara: Waħda mill-pijunieri tan-nisa fil-politika f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020