Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 analiżi IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • illum Minn Ottubru 1920 sal-lum. Il-Partit Laburista din is-sena jagħlaq 100 sena ta' eżistenza: Mit-twaqqif tiegħu fl- 1920 b'£25 minn 12-il persuna, il-battalji ta' Mintoff mal-Ingliżi u mal-Arċisċof Gonzi sal-elezzjoni tal-Mexxej u Prim Ministru preżenti Robert Abela. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn dawn il-100 sena mal-awtur tal-ewwel Volum tal-Istorja tal-Partit Laburista, Francis Galea, hekk kif din il-ġimgħa joħroġ it-tieni volum tal-istess ktieb ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Laburista huwa tradizzjonalment id-dar naturali tal-fqir u l-emarġinat. Kif - kemm wara l-gwerra u maż-żmien - esebixxa dan u offra protezzjoni u dinjità lill-fqir, fuq livell ta' policy, fil-Gvern u l-Oppożizzjoni l-Partit Laburista? Il-Partit Laburista twieled bl- isem ta' Camera del Lavoro fil-15 ta' Ottubru 1920 b'£25 li ħarġu mill-but 12-il pijunier ġejjin minn kull qasam tal-ħajja, iżda l-aktar, ħaddiema tal-id. Wara dan il-grupp biddel l-isem għal Labour Party Club, iffurmaw kumitat u bdew jiltaqgħu ta' spiss u qatgħuha li jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali wara li ngħatajna l-Kostituzzjoni. Sa fl-ewwel manifest elettorali għall-elezzjoni tal-1921, imxew fuq il-motto – Xogħol u Fiduċja. Parti integrali fil-manifest kienet tgħid hekk: "Biex jirnexxilha li ġġib għall- aħjar l-istat tan-nies tax-xogħol, l-Għaqda fi ħsiebha tieħu nteress fil-politika tal-pajjiż u tfittex li jkollha, jekk jista' jkun, fil-Kunsill, min jirrappreżentaha." Irridu niakru li bħala kolonja Malta għaddiet minn tbatijiet kbar tiddependi minn għajnuniet żgħar mill-Imperu Ingliż. Ħadd ma kien iħaqqaqha mal-Ingliżi biex jgħinuna finanzjarjament. Mill-bqija, il-parti l-kbira tad- dħul kienu l-pagi tal-ħaddiema tat-Tarzna u nies oħrajn li kienu jaqilgħu xi ħaġa mill-kummerċ tal- bastimenti Ingliżi fil-Port il-Kbir. Tħalli għal dan, fil-parti l-kbira tal- irħula n-nies kienu bdiewa, xi it tas-sengħa li jaħdmu għal rashom u l-bqija lavranti bla skola.Tant, li anke waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija, fl-1917 kellna strajk fit-Tarzna u s-sitwazzjoni baqgħet sejra għall- agħar sa ma l-poplu rvella fil-jiem tas-7 ta' Ġunju 1919. Biex jiġġieled dan il-faqar il-Partit Laburista beda jinsisti li għandu jkollna l-edukazzjoni obbligatorja – għax b'hekk il-pajjiż seta' jiġġieled kontra l-injoranza, l-illitteriżu u l-faqar fiżiku. Mingħajr skola l-futur tal-Malti deher destinat li jibqa' jseer u jbaxxi rasu għal dak kollu li jgħidu l-kolonjalisti Ingliżi. Terġa' min ma kienx jaf jikteb jew jaqra lanqas biss kellu dritt jivvota. Il-Partit wiegħed ukoll li jħeġġeġ l-industriji żgħar biex jikbru u jħajjar negozji ġodda. Iżda fuq kollox wiegħed li jinsisti ħa jonqsu t-taxxi ndiretti li kienu qed ikattru l-faqar u jidħlu aktar taxxi diretti. Naturalment, l-element konservattiv tal-partiti l-oħrajn kollha, fosthom in-Nazzjonalisti u l-Kostituzzjonali bl-ebda mod ma riedu jaraw dan it-tibdil. Barra minn dan, fis-snin għoxrin jekk ħaddiem ikorri jew ma jkunx jiflaħ jaħdem aktar kellu jgħix fuq il- karita tan-nies. Għalhekk, il-Partit tal-Ħaddiema wiegħed li jintroduċi benefiċċju għall-korriment, pensjonijiet u jinsisti biex tiddaħħal Liġi li Tirregola l-Kera bit-tama li jrażżan il-faqar u jonqsu t-tlaleb mit-toroq. Fil-ktieb tiegħek u lilhinn: Liema sfumaturi - storikament - ħadet ir-relazzjoni bejn il-Partit Laburista u dak li llum jissejjaħ l-establishment. Jiġifieri x'inhi u kif kienet ir-relazzjoni tal- Partit Laburista mal-klassi tan -negozjanti? Mal-Avukati u l-Ġudikatura? Mal-klassi għolja u l-borgeżija? Mal-Knisja/il-Kurja? Għalkemm kif għedna l-pijunieri kienu fil-parti l-kbira ħaddiema tal-id, magħhom insibu benestanti bħall-aħwa Bencini u l-Kurunell William Savona, iben ir-riformista Sigismondo. Imbagħad, bi tħejjija għall-elezzjoni żdiedu professjonisti oħrajn, fosthom l-Avukati Pier G. Frendo u Paolo Borg Grech flimkien mal-Ispiżjar Leone Portelli li t-tlieta kienu fost seba' li ġew eletti f 'isem il-Partit Laburista. Ġara iżda li kellna bosta tixwix kontra l-Partit Laburista għax dan ried ibiddel il-mod tal-ħajja kif kienu jafuha. Kienu jqisu kull kelma li tintqal, u fl-1921 f 'Ħaż-Żebbuġ waslu biex jikkundannawh għax kelliem Laburista qal li l-ħaddiem kellu jaqta' l-ktajjen li kienu jxekkluh. Minn hawn il-Partit kellu jdaħħal saċerdot fil-laqgħat tal- Eżekuttiv. Kif raw li l-Partit Laburista tella' seba' deputati minn 32 siġġu fl- ewwel żewġ elezzjonijiet raw kif inawruh minn ġewwa. Fl-ewwel elezzjoni qalgħu l-kwistjoni tas- salarji ta' dawk fis-Senat meta kienu jafu li l-Partit Laburista kien kontra. U b'hekk deputat telaq minħabba din ir-raġuni u baqa' indipendenti waqt li ieħor ingħaqad mal-Partito Democratico Nazionalista ta' Enrico Mizzi. Fl-elezzjoni tal-1924 reġgħu attakkawh minn ġewwa u minn l-istess numru ta' deputati reġgħu tilfu tnejn. Dawn kienu l-Kanonku Carmelo Bugelli u s-Sur Salvu Zammit Hammet li ngħaqdu mal-Unione Politica Maltese. Fl- elezzjoni ta' wara meta l-Partit Laburista daħal f 'Kompakt mal- Kostituzzjonali ta' Lord Strickland, il-Partit Laburista kellu biss tlitt deputati, u l-knisja ċappsitu bid- dnub il-mejjet. Fl-elezzjoni tal-1932 il-Partit Laburista kellu biss lit-tabib Pawlu Boffa jirrappreżentah fl-Assemblea. Għalhekk, il-ġlieda tas-sistema qadima li dejjem ħakmet lill-pajjiż kompliet bil-battalja tagħha sabiex toqtol lill-Partit Laburista darba għal dejjem. Dan deher ċar sena wara fl-1933 meta ħaddmu l-Liġi tas-Sedizzjoni li biha arrestaw u tellfu l-impjieg lil sitt Laburisti żgħażagħ. Tant li l-ġuri tagħhom kienu jirreferu għalih bħala l-Ġuri tal-Ħomor. U bil-knisja tikkundanna mal-bqija tal-ġerarkija u l-establishment ta' dak iż-żmien li l-Partit Laburista huwa soċjalist, komunist u ta' kulur aħmar. Il-Partit Laburista kien ta l-vot lill-mara: Min kienu dawk in- nisa li fl-istorja tiegħu servew ta' eżempju ħaj tal-avvanzi u l-emanċipazzjoni tal-mara? B'risq ir-rappreżentanza tan- nisa u d-dritt tal-vot tkellmu biss il-Partit Laburista u l-General Workers' Union fl-Assemblea Nazzjonali tal-1946 waqt id- diskussjonijiet għal Kostituzzjoni ġdida. Imbagħad daħlu wkoll is- Sinjorina Mabel Strickland billi kienet is-segretarja ta' missierha u kellha wkoll l-istamperija tal- Progress Press, kif ukoll l-Għaqda tan-Nisa li fost ta' quddiem insibu lil Josephine Burns Debono u Helen Buhagiar. Minkejja li dawn it-tnejn ikkontestaw l-elezzjoni tal-1947, kienet biss is-Sinjorina Agatha Barbara li ġiet eletta, u baqgħet tiġi eletta f 'kull elezzjoni ta' wara sal-1981. Fl-1955 kienet l-ewwel Ministru mara u serviet bħala Ministru fil-leġislatura tal- 1971 u 1976. Imbagħad, fi Frar 1982 okkupat l-għola kariga fil-pajjiż billi kellha tkun ukoll l-ewwel mara bħala President tar-Repubblika ta' Malta. Żgur li s-Sinjorina Barbara kienet mudell għal nisa oħra sabiex ma jaqtgħux qalbhom u jidħlu fid- dinja dominata mir-raġel. Fl-elezzjoni tal-1950 ġiet eletta L-eks Prim Ministru Dom Mintoff u bilqiegħda ħdejh Pawlu Boffa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020