Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 27

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 'Jekk mhux se jkun hemm aktar għajnuna se jkun hemm min iwaqqaf il-ħaddiema' YENDRICK CIOFFI Is-sajf li għadda ma kienx l-aqwa wieħed għat-turisti u kien diffiċli mmens għas-settur turistiku kemm Malti u anke Għawdxi. Anke wara sajf tajjeb, ix-xitwa ġeneralment tkun diffiċli għall-istabbilimenti turistiċi, partikolarment dawk f 'Għawdex li xi it jew wisq għadhom ibatu mill-istaġjonalità. Jekk is-soltu x-xitwa tkun diffiċli, wieħed jista' jimmaġina din is- sena u dan irrikonoxxih mal- gazzetta ILLUM il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu Għawdxija (GTA), Joe Muscat, li ddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda differenti u diffiċli. "Jekk mhux se jkun hemm aktar għajnuniet, bħas-suppliment tal- paga, is-sussidju tal-kera u r-roħs fil-prezzijiet tad-dawl u l-ilma, se jkun hemm stabbilimenti li mhux se jżommu l-ħaddiema," insista ċar u tond Muscat. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM dwar l-istaġun li deħlin fih, Muscat insista li anke jekk fix-xitwa l-istabbilimenti turisti Għawdxin dejjem ibatu xi it, kien hemm niċeċ turisti li xi it jew wisq kienu jimmitigaw l-istaġjonalità. Madanakollu, din is-sena, minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija, dan mhux se jkun il-każ. "Ottubru kien ikollna l-opri. Din is-sena dawn mhux se jsiru. Tlifna l-istaġun operistiku," saħaq Muscat waqt li fakkar li anke jekk l-opri huma popolari mal-Maltin, dan l-aħħar kienu qed jiżdiedu wkoll il- barranin li kienu qed jiġu apposta. Ma għandnix xi ngħidu, dawn kienu qed jieħdu f 'Għawdex turisti ta' kwalità li jħallu aktar flus. Muscat kompla jispjega kif matul ix-xhur tax-xitwa, Għawdex kien qed isir ukoll dejjem aktar popolari ma' turisti anzjani, kemm dawk domestiċi u anke barranin, li jagħżlu li jqattgħu btala qasira, fosthom minħabba l-imxiet sbieħ fil-kampanja li l-gżira Għawdxija toffri. "Kulħadd jaf li l-anzjani huma l-aktar nies vulnerabbli għall- pandemija u għalhekk dawn huma l-inqas li se jsiefru. Lil dawn tlifnihom ukoll," kompla Muscat. Mal-ILLUM, il-Kap Eżekuttiv tal- GTA fakkar ukoll kif dan l-aħħar, anke permezz ta' attivitajiet bħal Betlehem f 'Għajnsielem u oħrajn, Għawdex kien qed isir popolari ħafna għall-btajjel tal-Milied. Lanqas dawn l-attivitajiet mhu se jkunu qed isiru din is-sena. Insista li jekk is-sitwazzjoni t-tul, hemm ċans li jkun affettwat ukoll il-Karnival, li jattira lejn Għawdex mijiet, partikolarment żgħażagħ. 'Kellna staġun frustranti ... nittamaw li kien ta' darba' Dan kollu mistenni jaffettwa lis- settur turistiku Għawdxi wara dak li Muscat sejjaħlu "staġun li kien diffiċli ħafna." Fakkar kif anke jekk l-istabbilimenti kienu miuħa, dawn kienu affettwati mir- restrizzjonijiet fejn anke meta kien ikollhom domanda kbira, ma setgħux jakkomodaw klijenti kemm xtaqu. "Kien staġun frustranti. Nittamaw li kien ta' darba u fl-istaġun tal- 2021 nkunu bdejna resqin lejn in- normalita." Mistoqsi jekk is-suq domestiku hux mistenni jtaffi xi it mis- sitwazzjoni, Muscat fakkar kif dan ħafna drabi huwa bbażat fuq żewġt iljieli biss fi tmiem il-ġimgħa. Insista wkoll li l-maltemp jaffettwa ħafna lill-Għawdex. Fil- fatt, spjega kif fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-istabbilimenti rrapportaw ħafna kanċellazzjonijiet minħabba l-maltemp u r-riħ qawwi. 'Issa ż-żmien li l-awtoritajiet iwieżnu lill-Għawdex' Kien hawn li Muscat appella lill- Gvern biex fil-Baġit li jmiss jaħseb fl-istabbilimenti turisti Għawdxin waqt li insista li s-sostennibilità tas-settur se tiddependi ħafna mill- għajnuna tal-Gvern. Fakkar kif Għawdex jiddependi mit-turiżmu ħafna aktar minn Malta u tul l-aħħar 50 sena, Għawdex dejjem ħadem biex ikabbar is-settur li wara kollox igawdi minnu l-pajjiż kollu. "Nappellaw biex f 'dan iż-żmien ta' bżonn, l-awtoritajiet iwieżnu lil Għawdex. Bis-saħħa tal-għajnuna li kellna sa issa, it kienu dawk li keċċew il-ħaddiema. Nappellaw biex l-għajnuna tkompli," insista Muscat. Joe Muscat mill-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu Għawdxija jisħaq li s-sostennibilità tal-istabbilimenti turistiċi se tiddependi mill-għajnuna tal-Gvern Joe Muscat 'Ma nistgħux nisparaw deċiżjonijiet' Min-naħa tiegħu, il-President tal- Assoċjazzjoni Maltija għar-Ristoranti u l-Lukandi (MHRA), Tony Zahra insista mal-gazzetta ILLUM illi anke jekk is- sitwazzjoni hija waħda diffiċli, jinsab ċert li l-pajjiż se jirnexxielu joħroġ minnha. L-ILLUM staqsietu jekk għadux jemmen li mingħajr turisti, il-lukandi se jkollhom ikeċċu l-ħaddiema. Dan għax minkejja li llum l-ajruport jinsab miftuħ, it-turisti li qed jiġu huma ftit u x-xitwa li ġejja mistennija tkun aktar diffiċli. Zahra wieġeb biss li din mhijiex sfida ta' Malta biss iżda waħda globali u s-soluzzjonijiet għaliha mhux faċli. Qal biss li anke jekk is-sitwazzjoni hija diffiċli, kieku l-ajruport jinsab magħluq, żgur li mhu se jiġi ħadd. Huwa saħaq li għaddejja ħidma kontinwa, bejn il-partijiet kollha kkonċernati, biex Malta tkun aktar attraenti għall-pajjiż u ppromovuta bħala pajjiż sigur. Soluzzjoni li qed tkun diskussa hija t-tisħiħ tal-ittestjar fl- ajruport għat-turisti li ġejjin mill-pajjiżi Ewropej. Apparti minn hekk insista li Malta teħtieġ tippromwovi ħafna dak li jissejjaħ 'individual travelling." Insista li fix-xitwa, Malta kienet tkun popolari għall-konferenzi li jiġu organizzati fiha u insista li l-ħidma għadha għaddejja biex anke din ix-xitwa Malta tibqa' attreanti għal dan it-tip ta' turiżmu. L-appell tiegħu huwa biex kulħadd iżomm saqajh mal-art u biex kwalunkwe deċiżjoni ma tkunx waħda mgħaġla. Mistoqsi jekk jinkwetahx il-fatt li fl- aħħar ġimgħat Malta rat żieda sostanzjali fil-każi, li waslet biex diversi pajjiżi jpoġġu restrizzjonijiet fuq is-safar lejn Malta, Zahra insista li anke jekk kien hemm żieda, kollox jindika li l-każi reġgħu qed jonqsu u dan meta dawk ta' pajjiżi oħra għadhom telgħin. "Aħna qegħdin aħjar minn pajjiżi oħra," insista Zahra waqt li fakkar li waħda mir-raġunijiet għaliex Malta rreġistrat żieda qawwija fil-każi kienet minħabba l-isplużjoni ta' każi fi djar tal-anzjani. Kien hawn li saħaq li "ma nistgħux nisparaw id-deċiżjonijiet," bil-President tal-MHRA jappella biex qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet jerġa' jsir kif kien sar ftit tal-ġimgħat ilu, meta l-imsieħba soċjali kollha kienu ngħaqdu madwar mejda biex jiddiskutu. "Qed naħdmu fil-qrib mal- istakeholders kollha u mal-awtoritajiet biex nassiguraw li l-ideat kollha u d-deċiżjonijiet importanti u meħtieġa jkunu implimentati," temm jinsisti Zahra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020