Illum previous editions

ILLUM 4 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1294558

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2020 • illum Tiġi fi tmiemha ġimgħa ddedikata lill-iżvilupp sostenibbli Ilbieraħ ġiet fi tmiemha ġimgħa ta' attivitajiet iddedikata lill-Iżvilupp Sostenibbli, bl-istess mod kif bdiet: dik li tara liż-żgħażagħ fuq quddiem nett tal-parteċipazzjoni. Fl-attivita' tal-għeluq, li saret ġewwa l-berġa ta' Kastila permezz ta' webinar virtwali, il-membri parlamentari l-Ministru Carmelo Abela, s-Segretarji Parlamentari Clion Grima, Clayton Bartolo u membri mill-Oppożizzjoni, Clyde Puli, u Ivan Bartolo, ipparteċipaw f 'dibattitu maż-żgħażagħ dwar l-Iżvilupp Sostenibbli. F'dan id-dibattitu, iż-żgħażagħ ippreżentaw ir-rakkommandozzjonijiet tagħhom b'enfasi fuq l-edukazzjoni, l-impjiegi u bidla fl-istil ta'ħajja. L-ismijiet tat-temi magħżula huma; l-Edukazzjoni u L-Iżvilupp Sostenibbli; Sostenibbilta' soċjali u l-promozzjoni tal-benesseri; u Impjiegi Sostenibbli li jiggarantixxu futur. Dawn ir- rakkommandozzjonijiet tfasslu wara numru ta' workshops bejn 40 żagħżugħ u żgħażugħa, organizzati matul din il-ġimgħa bil-kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, il-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ u d-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli. Iż-żgħażagħ enfasizzaw l-importanza tal-integrazzjoni ta' studenti barranin fis-sistema lokali, iżjed inizjattivi favur edukazzjoni informali u l-importanza tal-parteċipażżjoni attiva taż-żgħażagħ fil-ħolqien ta' politika sostenibbli. Grupp ieħor issuġerixxa infrastruttura aħjar għall-użu ta' trasport alternattiv b'mod partikolari fiċ-ċikliżmu, li ser tgħin ukoll fil-ġlieda kontra l-obeżita'. Issuġerixxew ukoll ikel bnin affordabbli billi jkun hemm taxxa fuq ikel meqjus għoli fiz-zokkor u fil-melħ. It-tielet grupp tkellem fuq inċentivi fuq żvilupp professjonali li jinċentivaw kumpaniji biex jaħdmu b'mod sostenibbli. Tkellmu kif dawk li jirrappreżentaw il-ħaddiema għandhom jenfasizzaw is-sostenibbilta' sabiex jixprunaw kulturi sostenibbli fuq il-postijiet tax-xogħol. Fosthom il- kunċett ta' work-life balance u remote working. Fil-kummenti tiegħu il-Ministru fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli fost l-oħrajn mill-Iżvilupp Sostenibbli tkellem maż-żgħażagħ kif l-Iżvilupp sostenibbli jista' jinkiseb biss jekk ikun hemm sforz kollettiv u azzjonijiet mill- Ministeri, Dipartimenti u Entitajiet kollha. Però dan mhux biżżejjed. Qal li ma jistax ma jsemmix ukoll ir-rwol importanti tas-settur privat u s-tas- soċjetà b'mod ġenerali li permezz ta' prattiċi sostenibbli jikkontribwixxu għal ħajja aħjar għalina u għall- ġenerazzjonijiet futuri. "Intom iż- żgħażagħ għandkom rwol i mportanti f 'dan kollu. Intom l-aġenti tal-bidla", sostna Abela. Is-Segretarju Parlamentari Clion Grima saħaq li permezz ta' attivitajiet bħal tal-lum, qed tkompli tiġġedded l-importanza tal-wegħda tal-gvern li jisma' l-vuċi taż-żgħażagħ. Huwa qal li l-Konsultazzjoni Pubblika tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ timmira li ssaħħaħ u tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ biex joħorġu bis-suġġerimenti tagħhom. Din il-politika għandha l-intenzjoni li toħloq programmi jew avvenimenti speċifikament dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li hija konferma ulterjuri li l-Politika tirrifletti xejriet u realtajiet kurrenti. F'kelmtejn tal-okkażjoni, is- Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo semma kif iż-żgħażagħ, l-aktar sezzjoni tal-poplu li tagħmel użu mit-teknoloġija għandhom kontribut importanti x'jagħtu fis-soċjeta` tagħna speċjalment illum. Huwa elenka kif soċjeta` mibnija fuq pilastri diġitali tfisser impjiegi sostenibbli, aktar opportunitajiet edukattivi u b`mod sinifikattiv industrija tax-xogħol iżjed b`saħħitha. ''Intom li qed isegwu din id- diskussjoni, jaf uħud minkom diġa interessati li tidħlu fil-politika. Anke jekk m'għandkomx dak il-ħsieb, il-messaġġ tiegħi lejkom huwa biex qatt ma tibżgħu mil-bidla, tiddejqu qatt tkunu proattivi kif qegħdin tagħmlu permezz ta' dan il- policy document. Irridukom, flimkien magħna fit-triq li qbadna biex nibnu Malta Diġitali. Irridukom tirtu pajjiż li jkompli jbaħħar irrispetivament mil- maltempati li nistgħu naffaċjaw,'' temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo. Waqt dan id-dibattitu ll- preżentazzjonijiet tas-suġġerimenti miż- żgħażagħ saru minn Alexia Micallef Gatt, Jamie Stivala u Martina Camilleri. Clayton Bartolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 October 2020