Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886
19 opinjoni illum • IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 Dak li nemmen fih F tit tal-jiem ilu indirizzajt il-Parla- ment Malti għall-ewwel darba bħa- la deputata parlamentari. Waqt li kont qed nipprepara għad-diskors bdejt naħseb it dwar is-seba' snin li għamilt bħala rappreżentanta fil-Parlament Ewropew u t-triq li waslitni għal lum. Ġejt mingħajr kundizzjonijiet. Għażilt li nidħol aktar direttament fil-politika lokali għax irrid nagħmel bidla pożittiva. Meta l-Prim Ministru Robert Abela staqsini biex nipparteċipa b'mod dirett fil-politika Maltija, għidtlu iva. Ma kinitx deċiżjoni faċli, imma meta pajjiżi jsejjaħli, jien ma ngħidx le. Aċċettajt li nitlaq mill-Parlament Ewropew għaliex l-isfidi nħobbhom u għalijja din sfida ġdida li qed inħares lejha b'mod pożittiv biex nagħti kontribut f 'pajjiżi u biex inkun parti minn bidla pożittiva. Iffaċċjajt bosta sfidi fil-Parlament Ewropew, u qatt ma ħrabt minnhom. Anzi, dejjem tawna l-enerġija biex naħdem aktar. Sa mill-ewwel jum li dħalt fil-Parlament fl-2014, dejjem ħdimt biex niddefendi l-interessi taċ-ċittadini ta' Malta u Għawdex li fl-aħħar mill-aħħhar għandhom l-istess interessi taċ-ċittadini Ewropej. Għalhekk li per eżempju l-ħidma tiegħi kienet iffukata ħafna fuq l-enerġija, l-ambjent, is-saħħa, id-drittijiet, il-ħoqlien ta' impjiegi, l-anzjani u ż-żgħażagħ. Illum nitbissem, imma niakar meta ħadt il-liġi tal-karozzi f 'idejja niakar lil min jgħid li għax jien mara ma niimx. Niakar laqgħat ma' rappreżentanti tal-industrija internazzjonali u l-attitudni tagħhom lejja. Biż-żmien iżda rrealizzaw li dak li kont għidt li se nasal għalih permezz ta' din il-liġi, ilħaqtu. L-istess kien ġara fiż-żmien tal-iskandlu Dieselgate. Ħasbu li l-kumitat li kien inħoloq biex iħares lejn dak li kien ġara kien se jkun forma ta' talking shop għall-Parlament Ewropew. Rajt illi dan ma jkunx il-każ u infatti sa it jiem qabel ma rriżenjajt mill- Parlament Ewropew kont qed ninnegozja liġi dwar l-ittestjar tal-karozzi. Fil-kumitat tal-libertaijiet ċivili ħdimt fuq rapporti u liġijiet li għandhom x'jaqsmu mat- tixtrid tal-informazzjoni u l-immigrazzjoni. Tul dawn is-snin ma semmajtx biss leħen Malta iżda ħdimt attivament biex tingħata aktar għajnuna lil Malta, b'kemm għajnuna finanzjarja kif ukoll għall-azzjonijiet konkreta bħal dokumenti għar-ritorn ta' persuni li jkunu ġew irriutati d-dritt tal-ażil. Dan id-dokument jagħmilha faċli biex il-pajjiż ta' oriġini jaċċetta lura lil dawn il-persuni. F'dawn ix-xhur kont qed ninnegozja l-konklużi tal-Fond għall-Ażil u l-Immigrazzjoni mal-Presidenza Ġermaniża u konna fi triqtna biex nikkonkludu n-negozjati sa' Diċembru, biex b'hekk mis- sena d-dieħla l-pajjiżi Ewropej jkunu jistgħu japplikaw għal fondi taħt il-Budget il-ġdid għas-seba' snin li ġejjin. Barra minn hekk kont ukoll wasalt biex nippreżenta rapport dwar l-immigrazzjoni legali għal raġunijiet ta' xogħol. Bħala Viċi President tas-Soċjal Demokratiċi ħdimt fuq il-Green Deal Ewropew, mudell ekonomiku ġdid li nemmen li pajjiż żgħir bħal tagħna tant jista' jgawdi minnu. Biex nattwaw il-viżjoni tal- Gvern li jkollna ekonomija li ma tniġġisx sal- 2050, irridu nibdew naħdmu minn issa biex ninvestu f 'mudell ekonomiku sostenibbli mill-aspett industrijali u soċjali. Inħares lura ma narax biss is-suċċessi miksuba imma nħares lejn l-esperjenzi ta' meta tkun qed tisma' lill-esperti, meta tkun qed tinnegozja mal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew u r-rappreżentanti differenti; nara kemm tgħallimt affarijiet minn nies differenti, dawk li ħdimt mill-qrib magħhom. U dawn huma l-esperjenzi li rrid nġib miegħi. L-esperjenzi fil-klima, il-green economy, il-blue economy u tranżizzjoni industrijali. Uħud mill-miri li ħidmt għalihom fil-Parlament Ewropew jagħtu nifs lill-ekonomija permezz ta' teknoloġija ambjentali u industriji u proċessi tal- manifattura sostenibbli li jgħinu biex innaqsu t-tniġġiż. Tibqa' l-aktar issue importanti: l-finanzjament ta' investiment għal proġetti sostenibbli. Green bonds u finanzjament sostenibbli qed isiru dejjem aktar topiċi mal- Ewropa kollha. B'differenza minn bonds konvenzjonali, dawn il-bonds għandhom l-għan li jiffinanzjaw proġetti ambjentalment sostenibbli. Iġifieri jġibu flimkien investituri u entitajiet li huma interessati fi proġetti ambjentali u sostenibbli. Għalhekk li għalija kien pożittiv nara li f 'dan il-budget il-gvern ħabbar li l-Borża ta' Malta se tkun qed toffri pakkett attraenti għall-investituri biex joħorġu Green Bonds li jistgħu jiffinanzjaw proġetti li ma jniġġżux u ma jħammġux. Meta nħares lejn pajjiżi ma narax gżira żgħira f 'nofs il-Mediterran bi it li xejn riżorsi. Nara gżira f 'nofs il-Mediterran b'pożizzjoni strateġika u b'potenzjal enormi. Qatt ma ħassejt li ma nistgħux nagħmlu ċertu affarijiet għax aħna żgħar. U nemmen li quddiemna għandna opportunità unika, dik li nippożizzjonaw ruħna bħala mexxejja f 'industrija sostenibbli li tista' twassalna biex ninidrizzaw it-tibdil fil-klima qabel ħaddiehor. Irrid ngħid lill-aktar minn 63,400 persuna li fdawni bil-vot tagħhom fil-Parlament Ewropew ngħidilhom li ġejt lura biex inkun eqreb tagħkom u biex dak li tgħallimt f 'dawn is-snin inkun nista' nimplimentah hawnhekk. L-affarijiet li esperjenzajt u l-lezzjonijiet li tgħallimt se nibqa' nġorrhom miegħi. Il-Maltin u l-Għawdxin li nixtieq inservi ġabuni hawn illum u dawn huma l-affarijiet li se nieħu miegħi kullimkien sakemm jibqa' jkolli r-responsabilita' li nirrapreżenta lil poplu Malti u Għawdxi. Meta l-Prim Ministru Robert Abela staqsini biex nipparteċipa b'mod dirett fil-politika Maltija, għidtlu iva. Ma kinitx deċiżjoni faċli, imma meta pajjiżi jsejjaħli, jien ma ngħidx le Miriam Dalli hija Deputat tal-Partit Laburista Miriam Dalli