Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 27

18 opinjoni IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 • illum Il-governanza tajba u l-ħarsien tal-ambjent F l-assenza ta' governanza tajba ma nistgħux inħarsu l-ambjent sewwa. Il-governanza tajba hi essenzjali għall-ħarsien ambjentali. Huwa għalhekk li iktar kmieni din il-ġimgħa ssottomettejt oġġezzjonijiet dettaljati bħala parti mill-proċess ta' konsultazzjoni pubblika mniedi mill-ERA fil-kaz tal-is- tudji dwar l-impatt ambjentali (EIA) dwar l-inċineratur propost għall-Magħtab. Li jkunu regolati l-kunflitti ta' interess li b'mod inevitabbli jitfaċċaw f 'kull proċess regolatorju huwa element essenzjali mill- proċess ta' governanza tajba. Ir-regolamenti f 'Malta dwar l-istudju tal-impatt ambjentali, imsejsa fuq is- sens komun u fuq id-direttivi tal-Unjoni Ewropea jfittxu li jassiguraw illi dawk involuti fil-proċess tal-EIA ikunu ħielsa minn kull xorta ta' konflitt ta' interess. Kunflitt ta' interess hi sitwazzjoni li tinħoloq meta persuna b'interessi varji jispiċċa jaqdi interess u fl-istess ħin jikkonfliġġi ma ieħor. Ħmistax ilu fl-artiklu intitolat 'Il-fiduċja: għal ġol-inċineratur' emfasizzajt li dawk li jaħdmu fuq EIA għandhom ikunu professjonali, indipendenti u imparzjali. B'referenza partikolari għall-applikazzjoni dwar l-inċineratur għidt li m'huwiex aċċettabbli li dawk inkarigati biex jagħmlu EIA ikunu fl-istess ħin li qed jagħtu parir lill-iżviluppatur parti ukoll mill-awtorità regolatorja. Dawk li jixtiequ jagħmlu karriera fil-qasam tat-tħejjija ta' rapporti tekniċi għall-EIA huma liberi li jagħmlu dan imma mbagħad m'għandhomx jitħallew jikkontaminaw il-proċess tal-EIA. F'artiklu f 'ġurnal ieħor bl-Ingliż il- ġimgħa l-oħra l-Professor Alan Deidun, is- suġġett ta' din il-kitba, kien kritiku ta' dan kollu. M'għandi l-ebda diffikultà dwar dan għax jagħtini opportunità li nispjega iktar. Il-Professur Deidun li hu membru tal- Bord tal-ERA ġibed l-attenzjoni tagħna li kieku hu ma jinvolvix ruħu darba kull tant f 'rapporti tekniċi għall-EIA, bħalma għamel fil-kaz tal-inċineratur, ikun hemm il-periklu li nispiċċaw b'numru ta' konsulenti mhux Maltin li jieħdu f 'idejhom partijiet sħaħ tal-proċess tat-tfassil tal-EIA. Fil-fehma tal-Professur Deidun dan jiġġustifika li waqt li hu regolatur, fl-istess ħin jagħti parir lill-iżviluppatur! Jiena konxju li għandna numru żgħir ta' konsulenti, uħud minnhom professuri fl-Università tagħna li fil-passat mhux imbiegħed ġiebu ruħhom bl-istess mod tal-Professor Deidun: membri fuq il- Bord tar-regulatur u jagħtu l-pariri lil dawk regolati, imbagħad meta l-kaz jiġi quddiemhom jastjenu! Waqt li dan kien ħażin, fil-każ tal- Professur Deidun l-affarijiet huma agħar. Deidun ġie maħtur biex ikun membru tal-Bord tal-ERA biex hemmhekk huwa jirrappreżenta lill-għaqdiet ambjentali. Jekk jastjeni mill-jieħu sehem fi kwalunkwe kaz li jiġi quddiemu fil-Bord ikun qed joħnoq il-vuċi tal-għaqdiet ambjentali. Għaldaqstant, b'żieda mal- kunflitt ta' interess ikun qed imur ukoll kontra l-iskop li għalih inħatar fuq il-Bord tal-ERA. Minħabba l-kunflitt ta' interess tiegħu il-Professur Deidun ser joħnoq il-vuċi tal-għaqdiet ambjentali fl-iktar mument kritiku: meta jeħtieġilhom isemmgħu leħinhom. Apparti lill- Professur Deidun, l-EIA tal- inċineratur jippreżentalna persuna oħra: il-koordinatur tal-EIA, l-Inġinier Mario Schembri. Is-Sur Schembri ilu żmien attiv fil-qasam tal-immaniġjar tal-iskart fejn kien ta kontribut pożittiv sostanzjali. Kien strumentali biex twaqqfet il-GreenPak li taħdem bħala kooperattiva: iġġib flimkien diversi negozji li jpoġġu fuq is-suq Malti diversi prodotti. Il-GreenPak taħdem biex f 'isem il-membri tal-kooperattiva tirkupra l-iskart tal-ippakkeġġjar (packaging waste). Kienet fuq quddiem nett biex tinkoraġixxi ir-riċiklar fil-gżejjer Maltin, kontinwament tħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali u lill-pubbliku biex jirriċiklaw. Is-Sur Schembri ilu CEO tal-GreenPak sa mill-2005. Għandu għarfien u esperjenza sostanzjali fl-immaniġjar tal- iskart. Huwa operatur fl-immaniġjar tal- iskart u għaldaqstant fil-proċess tal-EIA tal-inċineratur ma jistax ikun la imparzjali u l-anqas indipendenti huwa u janalizza d-dokumenti u r-rapporti li għandu quddiemu. Anke hu għaldaqstant għandu kunflitt ta' interess li jkompli jikkontamina l-process tal-EIA. Ma nistax niem kif l-ERA ħalliet dan kollu għaddej u ma ħaditx passi, għax dak li qed ngħid m'huwiex xi sigriet, iżda huma fatti magħrufa minn kulħadd. F'soċjetà demokratika li tfittex li tapplika l-prinċipji ta' governanza tajba huwa normali li jkunu identifikati każi ta' kunflitt ta' interess li dwarhom jittieħdu passi. Imma fejn ma jitieħdux passi jinħolqu bosta problemi. Fil-qasam ambjentali meta ma jittieħdux passi, dan jimmina l-isforzi li jkunu saru favur il- ħarsien ambjentali. Għax fil-qasam ambjentali, is-saltna tad- dritt (rule of law) hi importanti ukoll! Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-AD+PD Minħabba l-kunflitt ta' interess tiegħu il-Professur Deidun ser joħnoq il- vuċi tal-għaqdiet ambjentali fl-iktar mument kritiku: meta jeħtieġilhom isemmgħu leħinhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020