Illum previous editions

ILLUM 25 October 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1302886

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 27

17 letteratura illum • IL-ĦADD 25 TA' OTTUBRU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jaqsam ħsibijietigħu dwar il-ktieb Jien - Noti - Jien (Stejjer u Ħsejjes) ta' Immanuel Mifsud u Toni Sant li ser jitnieda dalwaqt matul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Fl-isfond tal- kitbiet tat-tabib u n-newrologu Ingliż Oliver Sacks li stħarreġ ir-relazzjoni bejn il-mużika u l-moħħ, Saliba jfakkar fl-ewwel xhur tal-pandemijjatal-Virus Corona meta bosta nies qasmu fuq il-midja soċjali diversi tifkiriet personali tal-imgħoddi, fosthom ritratti, mużika u kitbiet letterarji. Kienu proprju dawn l-eżerċizzji retrospettivi, l-iżjed dawk mużikali, li welldu l-materjal li nsibu f'dan il-ktieb. Saliba jiġbed l-attenzjoni tal-qarrejja dwar kemm huwa diffiċli li ssir klassifikazzjoni stretta ta' xogħlijiet bħal dawn filwaqt li jistieden lill-qarrejja biex bejn il-linji huma u jaqraw jdaħħlu t-tifsira personali tagħhom, dejjem skont kif ikunu għexu l-ġrajjiet storiċi-kulturali msemmija u skont il-preferenzi mużikali tagħhom. Lejn it-tmiem Saliba jittanta wkoll jiġbed saqajn l-awturi billi jikkummenta dwar l-iżvilupp tal-gosti mużikali tagħhom, b'referenza partikulari għall-preġji tad-diski tat-tisbit skont Mifsud. f 'rasi, ġaladarba jaqbel niffoka l-iżjed fuq in-noti u l-ħsejjes iżjed milli fuq ir-rakkonti u l-istejjer, illi jiena u ż-żewġ awturi wkoll inzertajna nies "li għandhom ħafna affarijiet komuni bejniethom u fl- istess waqt ħafna differenzi". Għaldaqstant lil Mifsud ngħidlu, pirkażu, li bħalu — kontra r-rieda ta' familti li mill- midja tan-Nazzjonalisti kellha xorti jekk issegwi (u temmen) ir-rapport tat-temp — ħadt l-edukazzjoni mużikali tiegħi bis-saħħa tal-programmi ta' Noel Mallia. Bħalu wkoll sa minn età żgħira kont iffissat f 'Jim Morrison u d-The Doors u fil- Led Zeppelin, u bħalu wkoll minn hemm imxejt b'mod kważi reliġjuż għall-baned progressivi tas-snin sebgħin, anke dawk Taljani. Bħalu nħobb ukoll lill- minimalisti sagri. Żgur ma naqsamx miegħu, imbagħad, il- fehmiet tiegħu rigward il-ġeneru tad-diski tat-tisbit — ġeneru li, b'mod speċjali fil-form old school tiegħu, baqa' magħġun mal-identità tiegħi sal-ġurnata tal-lum. Minkejja dan, bħalu wkoll ftit li xejn niggosta d-Death Metal iżda xorta waħda nħobb ħafna l-ġeneru Doom. U mhux bħalu, la ġejna f 'dan, illi ma nħobbx nara mużiċisiti "jaħarqu l-kitarri tal-elettriku wara li jfarrkuhom, jifqgħu d-drum kits, u x'naf jien". Anzi, bi ħwejjeġ bħal dawn nieħu gost ħafna. Milli jidher lanqas Toni Sant ma jħobb jara "t-tkissir tal-kitarra u t-tnabar jisplodu". Paċenzja, iżda almenu xorta waħda, bħali, miġbud ħafna lejn il-mużika ta' The Who. F'dar-rigward kurjuż ħafna nsir naf x'jaħseb dwar Quadrophenia (1973). Laqtitni qatigħ l-analiżi tiegħu dwar il- karriera t'Elvis Presley u jekk xi darba jkun iridni "ndoqqlu waħda t'Elvis", kif jgħid it-titlu ta' silta minnhom, jista' jibqa' ċert minn issa li nsemmagħlu l-kanzunetta My Boy — diska li kważi kull ġimgħa għadni ndoqqha f 'jukebox partikulari ġo ħanut f 'raħal żogħriti. Ma' Sant naqbel ukoll ħafna rigward Bowie li aktarx għadu l-artist solista favorit tiegħi. Madankollu ma nistax ngħid bħalu li qatt ma ddiżappuntani: ibda biex għad irrid nisma' cover album agħar minn Pin Ups (1973). Bħalu wkoll inħobb il-Pink Floyd (u "l-glorjuża Interstellar Overdrive"!), u bħalu mhux inqas għandi ammirazzjoni kbira ħafna lejn il-materjal li smajna t l-ewwel formazzjoni (Mk I) tad-Deep Purple. Xi darba, madankollu, nixtieq lil Sant jispjegali daqsxejn l-għaliex ma jħobbx ir- Rainbow, almenu l-materjal tal- bidu. Nieqaf hawn għax inkella ma niqafx... Lura għal Sacks u l-ktieb tiegħu, jien u naqra u nisma' dawn l-istejjer u l-ħsejjes ta' Mifsud u ta' Sant — filwaqt li nixtarr fuq fuq ir-reazzjonijiet tiegħi għal kull artist jew memorja — ma nistax ma naqbilx ma' stqarrija partikulari ta' dan in-newrologu: "Kull att ta' perċezzjoni huwa, sa ċertu punt, att ta' kreazzjoni u kull att ta' memorja huwa, sa ċertu punt, att ta' immaġinazzjoni". Dan jorbot tajjeb ħafna wkoll mal-argumenti ta' Gadamer u l-bqija, voldieri r-rwol tal- qarrej fil-fehim u fit-tifsira ta' test letterarju. Fid-daħla għall- ktieb iż-żewġ awturi jgħidulna li dan huwa "ktieb li ma nkitibx". Hu x'inhu, jalla l-inizjattiva Jien - Noti - Jien (Stejjer u Ħsejjes) tnebbaħ kittieba oħrajn — forsi wkoll alla-ħares-qatt anke lili — biex jitilqu jimirħu fi traġitti xi ftit simili... bin-noti f 'rashom bil-pinna f 'idhom... Cartoon promozzjonali tal-ktieb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 October 2020